jesusandmary

 

 

IS-SIEGHA TAL-HNIENA BLA QIES.

 Pagna 260

Id-dnub u l-Penitenza.

 " Hafna jiem wara il-festa tat-Tlugh fis-sema tal-Mulej, Gesu' qal lil Swor Fawstina:

Ikteb: Jien qaddis u nobghod l-icken dnub. Ma nistghax inhobb ruh li hi imtebbgha bid-dnub; imma meta tindem ma jkun hemm limitu ghall-generosita' tieghi lejha. Il-Hniena tieghi titghannaq maghha u tiggustifikha. Il-hniena tieghi jiena tmexxi il-midimbin fi triqathom u Qalbi tifrah meta jigu mill-gdid ghandi. Jiena ninsa il-morr li sqew lil Qalbi u nifrah meta jersqu mill-gdid lejja.

Ghid lil midimbin li hadd ma ser jahrab minn idejja: jekk jitbieghdu mill-qalb hanina tieghi jsibu ma wicchom l-id tal-gustizzja tieghi. Ghid lil midimbin li jiena dejjem nistennihom, li jiena nisma it-tahbit ta' qalbhom ....meta ser jasal il-mument li qalbhom thabbat ghalija? Ikteb li jiena nkellimhom permezz tar-rimors tal-kuxjenza taghhom, permezz tat-tbatijiet taghhom permezz tan-nuqassijiet taghhom, permezz ta' tempesti, permezz tal-vuci tal-knisja. U jekk igibu fix-xejn is-sejha tal-grazzi tieghi, il-korla tixghel fija, nitlaqghhom ghar-riehhom u jiehdu dak li jixtiequ. (1728)"

Pagna 324

Gesu' jsejhilna biex nerfghu salibna ghaliex Huwa juza t-tribulazzjonijiet taghna biex jigbidna Lejh. Lil Swor Fawstina qalilha: " Hemm prezz wiehed li bih l-erwieh jistghu jinxtraw u dan huwa s-sofferenza maqghuda mat-tbatija tieghi fuq is-Salib." Mhabba vera tifhem dawn il-kliem, mhabba tal-gisem qatt ma tista tasal biex tifhimhom."

Pagna 1578

Il-Mulej qal lil Swor Fawstina: "........ haga wahda biss iggib il-grazzi tal-Hniena tieghi fuq il-bnedmin u din hija t-tama. Aktar mar-ruh tittama u tafda fija aktar tircievi."

 

Make a free website with Yola