jesusandmary

 

 

San Mattew.

Mt 22, 1-14

F'DAK IŻ-ŻMIEN: lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu Ġesù reġa' qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta' ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa' bagħat qaddejja oħra; qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta, il-barrin u l-għoġiela msemmna diġa ma qtula, u kollox lest; ejjew għall-festa.' Iżda dawk ma tawx każ: min mar il-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom.

Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered 'il dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom. Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, ‘Il-festa mhejjija, imma lil dawk ma kienx ta' min jistedinhom għaliha.

Mela morru f'salib it-toroq u sejħu għall-festa 'l kull min issibu.' Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru 'l kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.

Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ, u qallu, ‘Ħabib, dan kif dħalt hawn m'intix liebes għall-festa?' Dak tbikkem. Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin inewlu, ‘Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħeżżiż tas-snien!' Għax ħafna huma l-imsejħin imma ftit il-magħżulin."

Applikazzjoni

Il-Vangelu l-ewwel jghidilna li l-Missier jixtieq jiccelebra l-festa tat-tieg ghal ibnu u ghaldaqstant jibghat messaggiera biex isejjah lil mistednin ghax l-ikla hija imhejja ghal din l-okazzjoni specjali. Il-mistednin jirrifjutaw li jigu ghal ikla minn ghal haga u minn ghal ohra. Ir-re jhossu insultat. Jiehu pacenzja u jerga' jibghat messaggiera ohra biex isejjah il-mistednin. Ghal darba ohra l-mistednin jirrifjutaw anzi jgibu ruhhom hazin mal-qaddejja tas-sultan. Ir-re jhossha wisq din l-ingratitudni u jibghat s-suldati biex jikkastighom u jeqridhom. Il-pranzu lest u r-re fil-hniena tieghu jibghat messagiera ohra biex jistieden lil kull min isibu fit-triq." Mela morru f'salib it-toroq u sejħu għall-festa 'l kull min issibu." U il-qaddejja marru fit-toroq u ghamlu kif amarhom ir-re, lil dawk kollha li sab gabruhom u haduhom fis-sala tal-pranzu, tajbin u hziena. U s-sala imtliet bin-nies.

L-ewwel punt li jishaq fuqu l-evangelista hu li s-salvazzjoni gejja minn Kristu; il-festa tat-tieg hija celebrazzjoni ghad unur l-Iben li fih il-Missier isib l-ghaxqa tieghu. Li hu car daqs il-kristal hu il-fatt li dejjem ikun Alla li jiehu l-inizjattiva ghas-salvazzjoni ta' ruhna. Ahna ma nistghu naghmlu xejn biex nibdew il-process, ma nistghu naghmlu xejn li jikkwalifikana biex inkunu mistiedna ghal-ikla tal-festa, u Alla jaghzel lil min irid hu.

Jekk r-re jew persuna importanti tistedinna ghal xi ikla ahna sejrin nirrifjutaw? Ma nhossuniex ipprivilegjati li nkunu fost il-mistednin distinti? Madankollu meta ikun Gesu li jestedinna biex inkunu parti mir-renju tieghu hafna drabi taht skuza jew ohra nirrifjtuaw l-istedina tieghu, nuru ruhna ndifferenti ghas-sejha tieghu, nhalluh jistenna barra il-bieb ta' qalbna.

Il-parabbola turina li Alla ghandu sabar kbir, ma jcedix malajr. Jibghat qaddejja ohra, jigifieri mhux biss il-profeti izda l-appostli u s-sacerdoti biex ifakkruna fis-sejha t'Alla. Alla jista wkoll ikellimna bil-kelma tieghu fl-Iskrittura, permezz tat-talb, ta' xi priedka, jew xiehda awtentika ta' hutna l-bnedmin.. L-importanti hu li naghtu kaz tas-sejha tieghu u ma ngibux skuzi.

Il-parabbola ta' Mattew tkompli tiddeskrivi li r-re ra mistieden nieqes mill-ilbies tat-tieg. Filwaqt li kulhadd kien liebes addatat, jigifieri bil-libsa ta' l-okazzjoni, dan ir-ragel jispikka ghaliex kien liebes zmatat. Baqa' imbikkem meta il-kap tal-festa staqsieh kif liebes zmatat. irnexxielu jidhol fis-sala tal-festa. U allura qacctu ‘l barra. Ir-ragel ma kellu ebda skuza x'joffri. Il-messagg tal-parabbola ta' Mattew juri li mhux bizzejjed li nkunu parti mill-poplu t'Alla, mhux bizzejjed li nkunu mistiedna biex niffurmaw parti mis-saltna t'Alla izda rridu nippruvaw li bil-ghemil tajjeb taghna jixraqilna li nkunu parti minn din il-familja kbira t'Alla. Il-mod kif nghixu hajjitna turi bic-car jekk ahna niffurmawx parti minn dan ir-renju. Ghax kif jghidilna Kristu: Mhux min jghidli Sinjur, Sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet izda min jaghmlu r-rieda ta'Missieri dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet."

Fil-knisja ta' Kristu hemm membri tajbin u ohrajn hziena. Kulhadd imsejjah imma mhux kull min jircievi l-istedina originali, is-sejha, jibqa' l-mistieden, il-maghzul. Fil-parabbola l-libsa tat-tieg tfisser hajja fil-grazzja t'Alla, hajja li taghmel frott ta' l-Ispirtu. Min ikun nieqes mill-grazzja t'Alla ma jistax jifforma parti mis-saltna t'Alla. Ghalhekk il-libsa tat-tieg tfisser il-hajja nisranija u dawk il-kwalitajiet li jikkarakterizzaw is-segwaci ta' Kristu.

Il-Lhud irrifjutaw l-istedina ta' Kristu u l-gentili bla ebda mertu taghhom gew mistiedna jiehdu posthom. Imma jehtieg li jilbsu lil Kristu, li jimitawh, li jimxu fuq il-passi tieghu jekk iridu jifformaw parti minn din is-saltna. Il-libsa tat-tieg hija l-imhabba, l-imhabba li taf taqsam, l-imhabba li taf il-htigijiet ta' haddiehor, l-imhabba li lesta li taghti, hu x'inhu is-sagrificcju.

Kulhadd kien jafu lil dak it-tfajjel orfni jiggerra mat-toroq ta' Londra jbiegh il-gazzetti biex jaqla' l-ghexien tieghu. Missieru abbadunah u hallieh jghix ma ommu li mietet ftit wara. Ghalkemm rieduh jingabar f'istitut, it-tfajjel dejjem irrifjuta u harab kull darba li haduh fid-dar ta' addozzjoni. "Jiena naf niehu hsieb tieghi niffsi," kien jghid lil min xtaq jaqflu f'xi istituzzjoni ta' l-orfni. U ta' bilhaqq ghax qatt ma kien ikun bil-guh. Darba iltaqa' ma' ragel li ried jixtri gazzetta minn ghandu u waqt li dan kien qed ifittex xi zghar fil-bwiet hataf l-okazzjoni biex jistaqsih fejn kien joqghod. I-tfajjel wiegbu li kien jghix hdejn xatt ix-xmara . "U min jghix mieghek?" rega' staqsa r-ragel. "Jimmy biss. Jim hu paralizzat u ma jistax jahdem. Hu l-habib tieghi."

"Imma kieku ma tkunx ajhar minghajr dan il-habib tieghek?", mill-gdid staqsa r-ragel mistghageb ghat-twegiba li tah it-tifel. It-tfajjel b'wicc serju wiegbu: " Da zgur li le sinjur. Ma nistghax inhallih wahdu lil Jim. Imbaghad id-dar ma jkolli lil hadd. Ma rridx nghix minghajr ma' min ikolli lil xi hadd li naqsam mieghu il-gid tieghi."

It-twegiba tat-tifel kienet priedka f'zewg kelmiet.

Jalla inkunu denji li niffurmaw parti minn din is-saltna.

 

Make a free website with Yola