jesusandmary


  

waqfa numru 65 - KRISTU JFAHHAR LILL- KANANEA

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu u mara Kananea ma' gembu jfahhar il-fidi taghha li bi kliem umli baqghet titolbu ghal bintha mahqura mid-demonju u jaghtiha dak li riedet , ghalhekk johrog ix-xitan minn bintha dak il-hin stess.  (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ngibu ruhna mieghek b'sentimenti fina li ahna oggett ta' hniena ghalik ghal kbira mizerja taghna.

Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li fid-dwejjaq taghna nistkennu taht il-protezzjoni tal-medjatur taghna Gesu' Kristu.

​DEO GRATIAS.

dicembru 2018
 ​​
​​​waqfa numru 63 - HAFNA DIXXIPLI JABBANDUNAW LIL KRISTU

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu abbandunat minn bosta dixxipli tieghu, jghid lit-tnax appostlu li baqghu mieghu li jmorru huma wkoll jekk iridu ghax kienu semghuh jghid li kellu jaghti gismu u demm b'ikel u xorb . (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li  nzommu dejjem f'qalbna possibli ghalik dak li hu mpossibli ghalina.  Ammen.

Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nghixu ndifferenti ghas-success ta' l-ghemejjel tajba taghna.

​DEO GRATIAS.

novembru 2018
 ​​
waqfa numru 62 - KRISTU JIMXI FUQ IL-BAHAR

​​V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu miexi fuq il-bahar, imidd idu u jaqbad lil Pietru li kien talbu jsalvah billi x'kien miexi huwa wkoll fuq il-bahar bl-ordni ta' Kristu, jiddubita minhabba r-rih qawwi. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li f'kull periklu ghak-kawza tal-fidi debboli taghna nsibuk ghajnuna u helsien taghna.  Ammen.

Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nwahhluha f'qalbna li s-salvazzjoni ta' ruhna qieghda fil-perseveranza ta' l-ghemil it-tajjeb.

​DEO GRATIAS.

ottubru 2018
 ​​
waqfa numru 61 - KRISTU JIMXI FUQ IL-BAHAR

​​V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu miexi fuq il-bahar u d-dixxipli tieghu mill-bastiment jarawh u jahsbuh fantazma u malli jghajtu jghidilhom biex ma jibzghux ghax kien hu; u x'hin jitla' maghhom ir-rih li kien jorqod ghal kollox. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li fil-mumenti tal-biza' nitwennsu bil-hsieb li inti maghna.  Ammen.
 
settembru 2018
waqfa numru 60 - KRISTU JAHRAB MILL-FOLLA

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jahrab wahdu fil-muntanja, x'hin gharaf li madwar hamest elef ragel kienu sejrin jaqbduh biex jaghmluh sultan taghhom, ghax gharfuh b'veru profeta li kellu jigi fid-dinja, bil-miraklu tal-hobz u hut. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ngharfuk bil-verita' u bl-opri, veru re taghna u li ma nibdluk ma' hadd ghall-ebda kawza.  Ammen.

Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li minghajr tlaqlieq naharbu dejjem l-okazzjoni prossima tad-dnub.
​DEO GRATIAS.

lulju 2018
waqfa numru 59 - IL-MIRAKLU TAL-HAMES HOBZIET U Z-ZEWG HUTIET

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu flok dezert ma' hamest elef ragel mixhutin bil-qieghda fl-arft jerfa' ghajnejh lejn is-sema u jbierek hames hobziet u zewg hutiet li xebbghu lil kulhadd u li minnhom baqa' fdal ta' tnax-il qoffa. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li noqghodu dejjem mieghek biex xejn qatt ma jkun jonqosna fil-bzonnijiet taghna.  Ammen.

Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nikkuntentaw dejjem bl-ikel tal-providenza
​DEO GRATIAS.

gunju 2018
 ​​
waqfa numru 36 - GESU' JFEJJAQ WIEHED INDEMONJAT

​V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu ma' gemb ragel, li fih minn zmien twil kienu dahlu bosta demonji,  jaghti lil dawn stess il-permess mitlub minnhom biex ma jikkmandahomx imorru fl-abbiss izda fil-merhla tal-hniezer li kienet hemm; u malli dahlu fiha allura b'qawwa tgerbet fl-ghadira u fgat.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li  ma ngarrbu qatt il-mohqrija tad-demonji li fuqhom ilkoll inti tahkem b'kull jedd.  Ammen.

Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma niccajtaw qatt bil-hwejjeg tal-Fidi.
​R. DEO GRATIAS.

(Dawn is-siltiet meditattivi huma mehuda mill-ktieb ta' San Gorg Preca jismu IL-KORS TAL-PELLEGRIN NISRANI.)

mejju 2018

 ​
waqfa numru 35 - GESU' MAGHRUF B'IBEN ALLA

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu adurat minn bosta demonji f'ghaqda wahda u minn imsejjah bl-isem ta' gesu' u mistqarr b'Iben ta' l-Altissimu Alla u mitlub biex ma jahqarhomx.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nistkennu taht il-qawwa tieghek billi permezz tieghek inkeccu 'l boghod minna l-ispirti nfernali li jifhmu jaghmlulna d-deni tant fir-ruh kemm fil-gisem.  Ammen.

Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma naghtux widen ghall-holm u ghall-ebda superstizzjoni ohra.
​R. DEO GRATIAS.

(Dawn is-siltiet meditattivi huma mehuda mill-ktieb ta' San Gorg Preca jismu IL-KORS TAL-PELLEGRIN NISRANI.)

april 2018

 ​
waqfa numru 26 - IS-SAMARITANA

​V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu bil-qieghda ghajjien fuq il-bir ta' Gakobb jikkonverti mara samaritana ghax kien qalilha d-delitti mohbija taghha, li wkoll marret ix-xandar bi profeta gewa Sikar, belt tas-Samarija (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li l-grazzja li naghrfu dnubietna bl-orrur taghhom biex nisthuhom kif imiss.  Ammen.

Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma insejhux disgrazzja hlief l-offiza ta' Alla bid-dnub
​R. DEO GRATIAS.

(Dawn is-siltiet meditattivi huma mehuda mill-ktieb ta' San Gorg Preca jismu IL-KORS TAL-PELLEGRIN NISRANI.)

marzu 2018

Waqfa numru- 32

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jfejjaq bosta nies minn diversi mard u jkecci bosta demonji li kienu jafu min kien.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ngawdu ghall-glorja tieghek is-sahha ta' ruhna u ta' gisimna, imbeghdin mill-ghawg u mill-inkwiet.  Ammen.

Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma nirrikorru qatt ghall-ghajnuna tad-demonju.
​R. DEO GRATIAS.

(Dawn is-siltiet meditattivi huma mehuda mill-ktieb ta' San Gorg Preca jismu IL-KORS TAL-PELLEGRIN NISRANI.)

frar 2018


Waqfa numru- 8 IL-MAGI

V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.

R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.

Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tarbija ta’ xi sentejn fi hdan ommu Marija- adurat mill-magi, u miqjum bir-rigali taghhom.(Pawsa)

Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nzommu dejjem lilek wahdek b’Esseri suprem taghna, billi nitghakksu minn kull ma joghgob lid-dinja. Amen

Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nghoddu ruhna xxurtjati meta jkollna okkazzjoni li nahfru.
R. DEO GRATIAS

(Dawn is-siltiet meditattivi huma mehuda mill-ktieb ta' San Gorg Preca jismu IL-KORS TAL-PELLEGRIN NISRANI.)

jannar 2018

Make a free website with Yola