jesusandmary

  

 L-INGANN

Huwa Ingann:

li wiehed jittama fil-bnedmin, jew fil-flus, jew f’hiltu, jew fir-rigali;

li wiehed jippretendi jghix fid-dinja minghajr slaleb, ghawg jew kuntrarju;

li wiehed jaghmel biex isib il-paci u l-ferh billi jfittex il-flus, il-gost tas-sensi u l-unuri;

li wiehed jassigura hajtu anki ghal minuta zmien;

li wiehed jahseb li m’ghandu bzonn hadd.


(b) Huwa ngann:

li wiehed jghodd ruhu mahbub minn kulhadd;

li wiehed jghodd il-flieles qabel ma jkunu faqqsu;

li wiehed jipproponi ghalih innifsu futur sabih – Alla hu li jiddisponi kollox;

li wiehed jiggudika bis-shih li ma jistax jitbiddel minn stat ghall-iehor – Xejn mhu ghal dejjem fid-dinja;

li wiehed jahseb li jippersevera b’hiltu fi stat tajjeb.


(c) Huwa ngann:

li wiehed jahseb li hu bizzejjed li jaghmel l-attenzjoni kollha u jindokra ruhu b’kull hila ghall-helsien mill-hziena u mid-disgrazzji; Alla jehtieg li jindukrah;

li wiehed joghgob lil Alla u lill-bnedmin fl-istess hin;

li wiehed jahseb li d-deni jigri addocc;

li wiehed jiggudika skond il-wicc;

li wiehed ghandu l-virtù meta ma ghandux il-prova.


(d) Huwa ngann:

li wiehed jaghmel gudizzju rett taht l-imhabba jew taht il-korla;

li wiehed jahseb li hemm l-azzjoni ta’ Alla meta m’hemmx ubbidjenza;

li wiehed jahseb li hu mibeghda ta’ Alla l-kastig fuq il-bniedem;

li wiehed jghozz virtù meta jkun jikser ohra;

li wiehed jahseb li x-xjuh imutu zgur qabel iz-zghazagh.


(e) Huwa ngann:

li wiehed irekken tezori u ma jafx ghal min;

li wiehed jahseb li se jikkuntenta lilu nnifsu b’darba biss;

li wiehed jispacenzja ruhu ghall-ahjar tieghu;

li wiehed jahseb li joghgob ’l Alla bil-gid li jaghmel permezz tad-deni;

li wiehed imur fil-periklu bil-fehma li ma jaqax.


(f) Huwa ngann:

li wiehed jahseb li huwa umli u intant jiehu ghalih innifsu;

li wiehed jaccetta dak li fih jinheba l-ingann;

li wiehed jippretendi li jsib hniena meta ma jaghmilx il-hniena;

li wiehed jidneb u wara jghid li xejn ma gralu;

li wiehed jafda ma’ min jghid id-difetti ta’ haddiehor.


(g) Huwa ngann:

li wiehed irid isalva u ma jaghmilx biex isalva;

li wiehed jilmah il-hena fil-gholi u mhux fil-baxx;

li wiehed izomm b’deni dak li jigi fuqu;

li wiehed jghid li ma jistax meta tassew ikun irid;

li wiehed ipaxxi s-seftur biex jobdih meta jikkmandah

(mill-ktieb id-Dixxipulat”)


 
 LEZZJONI XXII (mehuda mill-ktieb "L-ISKOLA TAL-MANSWETUDNI)
 
A

Huma denji ta' canfir dawk l-insara li huma devoti tal-qalb ta' Gesu' u intant mill-opri taghhom la jidhru umli u anqas mansweti.
Is-sustanzi tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu' jaghtihielna huwa stess x'hin jistedinna li minnu nitghallmu li nkunu mansweti u umli fil-qalb, u b'hekk insibu l-veru mistrieh, il-vera paci tal-qalb taghna.
 
 Minghajr din id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu' hadd ma jista' jidhol fil-hajja eterna ghax jekk tonqos il-manswetudni zgur li Alla ma jahfrilniex id-dnubiet taghna u jekk tonqos l-umilta' tal-qalb taghna zgur li nibqghu barra mis-saltna tas-smewwiet x'hin Kristu qal:  "Tassew Tassew nghidilkom li jekk intom ma tkunux tbiddiltu u sirtu bhat-tfal iz-zghar ma tidhlux fis-saltna tas-smewwiet" Matt XVIII 3.
 
L-aqwa sinjal u l-aktar sod ta' l-umilta' hija l-ubbidjenza li hija hi li ddahhal il-kulturi taghha fis-saltna tas-smewwiet: "Mhux min jghid: 'Sinjur Sinjur'  izda min jaghmel il-volonta' ta' Missieri  jidhol fis-saltna tas-smewwiet." Hekk qal Kristu fl-Evangelu skond San Mattew kap VII 21

Make a free website with Yola