jesusandmary

 

IT-TIENI KRUCJATA

WERREJ

Dahla

Il-Papa Ewgenju III

Ir-Re Lwigi VII

Krucjata li dejjem tikber

L-Assedju ta’ Lisbona

Ir-Re Konrad

Ir-Re Konrad Melghub

It-Triq lejn Attalia

Antiokja

Waqfa go Antiokja

Damasku

Damasku Attakkata

DAHLA

Wara li t-torok hadu mill-gdid taht idejhom lil Edessa fis-sena 1147, San Bernard minn Clairvaux ippromulga l-bidu tat-tieni Krucjata li damet tiggieled ghal sentejn, mis-sena 1147 – 1149.

Bhal Kapijiet taghha kellha lil Imperatur Ruman Konrad III, li kien l-ewwel li telaq ghall-glied, u mir-Re Lwigi VII ta’ Franza. Iz-zewg armati ghaddew mill-Balkani u serqu dak kollu li gie taht idejhom fit-territorju ta’ l-imperatur Bizantin, Manwel I, li biex jehles minnhom ipprovdilhom transport lejn l-Asja minuri.

Il-kontingent Germaniz li kien kwazi ridott mit-torok inghaqad mal-Francizi fis-sena 1148. Attakk miz-zewg armati fuq Damasku falla minhabba l-ghira u forsi anke xi qerq u tradimenti fost il-princpijiet Latini ta’ l-art imqaddsa.

Fis-sena 1148 l-Imperatur Konrad irrtorna d-dar u r-re Lwigi segwih is-sena ta’ wara.

It-tieni krucjata kienet disastru.

IL-PAPA EWGENJU III

Fis-sena 1145 l-ahbar li Edessa waqghet f’idejn it-torok waslet Ruma. Il-Papa Ewgenju III kien ghadu kemm gie elett meta l-isqof Hugh wassallu din l-ahbar. Imma kien lejn tmiem is-sena, fl- 1 ta’ Dicembru 1145, meta l-Papa hareg il-bolla ghall-waqfien ta’ Krucjata, Quantum praedecessores, u ndirizzaha lir-re Lwigi VII .

Ir-reazzjoni ta’ Lwigi kienet interessanti. Huwa kien iggieled mal-papat fuq xi ghazla ta’ isqfijiet u materji ohra, imma wara kien irrikoncilja ruhu. Huwa kien wettaq massakru shih meta gewwa Vitry haraq ghall-mewt numru ta’ nies gewwa Katidral u kien qed ifittex li jaghmel xi penitenza addattata ghad-dnub tieghu. Huwa kien jaf bil-waqa’ ta’ Edessa u t-talba ghal-ghajnuna, ghalkemm ma kienx jaf li l-Papa hareg bolla ghall-waqfien tat-tieni krucjata. Dawn il-fatturi kollha kkonvincewh ghall-krucjata, imma dan ma kienx ifisser li sejjer jigri lejn Edessa biex isalva dak li kien mitluf.

Is-sitwazzjoni nbidlet meta fil-Milied il-qorti rjali franciza ltaqghet gewwa Bourges. Ma kien hemm ebda hegga ghall-krucjata universali ghaliex hadd ma kien ghadu nesa’ il-katastrofi tas-sena 1101 li kienu ghadhom fil-memorja ta’ kulhadd. Imma r-re tkellem favur taghha u bil-mod il-mod bdiet tqum kuxjenza favurha matul ix-xitwa. Sahansitra anke matul il-Milied, minkejja li Lwigi ma ghamel ebda referenza ghall-bolla papali tal-krucjata; ghalhekk nahsbu li r-re ma kienx ghadu jaf bil-bolla.

Il-Papa Ewgenju III kemmxejn skoraggut bin-nuqqas ta’ interess, irrefera x-xewqa tieghu lil Bernard ta’ Clairvaux u talbu li jippridkaha. Mill-gdid f’Marzu tas-sena 1146 rega’ hareg il-bolla tal-krucjata.

Din id-darba t-twegiba kienu nkoragganti.

Ir-Re Lwigi VII

Fir-rebbiegha tas-sena 1146 ir-re Lwigi VII zamm laqgha gewwa Vezelay fil-Burgundija fejn San Bernard kellu jippridka s-sejha ghall-krucjata. Bernard kien bniedem anzjan, imma kellu fama tajba hafna u ghalkemm kien bla sahha, hemm kien biex jaghti pridka li tqanqal il-qlub. Lwigi nizel gharkubtejh quddiemu u talbu l-benedizzjoni. Mijjiet ta’ kavallieri mxew wara l-ezempju tieghu. Ghedewwa antiki saru hbieb u ghamlu paci ma ’xulxin u nghaqdu flimkien ghal din l-avventura qaddisa. Bernardu carrat il-mantell tieghu biex minnu jahdmu is-slaleb.

Jekk l-ewwel krucjata kellha l-bidu taghha gewwa Clermont, it-tieni wahda bdiet gewwa Vezelay. Lwigi kiteb lil Imperatur Manwel, ir-Re Konrad tal-Germanja, lil Geza ta’ l-Ungerija u lir-Ruggier ta’ Sqallija biex jitlob l-ghajnuna u l-ko-operazzjoni taghhom billi f’mohhu gieh kemm ghaddew minn tbatijiet u sfortuni in-nies ta’ l-ewwel Krucjata.

Krucjata li dejjem tikber.

Bernard, fil-frattemp dejjem kien qed jigbor warajh lil Ewropa. Huwa mar gewwa Mainz fejn ipprova jipperswadi lil Konrad biex jiehu sehem fil-krucjata, izda Konrad ma kienx jinteressah.

Konrad kien miksur mal-papa u l-barunijet tieghu kienu nies indixxiplinati. Huwa gab hafna skuzi u anke hela’ iz-zmien biex jaghti risposta. U ma kienx qabel il-Milied tas-sena 1146 gewwa Speyer meta Konrad fl-ahhar accetta li jiehu sehem. Mieghu accettaw hafna minn nobbli tieghu entusjasti li jiehdu sehem bhalu.

Pero’ l-entuzjazmu ma’ kien nazzjonali ghaliex numru ta’ barunijet minn naha ta’ fuq tal-Germanja ma riedux ihallu arthom ghaliex qribhom kien hemm il-periklu. Is-Slavi kienu ta’ theddida ghalihom ghaliex bosta drabi kienu jirribellaw u jinvadu artijiet tal-Germanja. Gialadarba s-Slavi kienu pagani, il-barunijiet germanizi kienu qed jipprezentaw il-kaz taghhom f’termini religjuzi. Aktar milli jiggieldu lil ghedewwa ta’ Kristu f’artijiet imbieghda, ma setghux jiggieldu ghedewwa simili qrib arthom?

Il-krucjata germaniza kienet ippreparata sew. Kellha l-esperjenza tal-Krucjata ta’ qabel flimkien ma’ eroj li kienu ghamlu parti minnha. Dawn is-suldati kellhom mira preciza quddiemhom li jehilsu li Edessa.

L-Assedju ta’ Lisbona.

L-ewwel grupp ta’ suldati telqu bil-vapur f’April tas-sena 1147 biex jivvjaggaw madwar Gibilta’ u l-Mediterran. Kellhom xi dewmien minhabba xi tempesti ‘l barra mill-Portugal imma fl-ahhar dahlu Oporto.

Hemmhekk gew milqugha mill-mibghuta ta’ Neriku tal-Portugal. Ippruvaw jipperswadu lill-krucjata biex tghin fl-assedju ta’ Lisbona li kienet mizmuma mill-mislem. U l-krucjata accettat ghax kienet assigurata li wara r-rebha tista’ tiehu dak li trid mill-fdalijiet tal-gwerra. Ir-rebha sehhet bis-sahha taghhom u s-suldati ghaddew ix-xitwa gewwa Lisbona; xi uhud komplew triqthom lejn il-Lvant imma hafna rritornaw lejn pajjizhom jew baqghu l-Portugal.

Dawk li telqu lura lejn djarhom ma hassew ebda rimors fil-kuxjenza li naqsu minn xi haga. Emmnu li l-Portugizi ipprovdewlhom opportunita’ li jaqdu l-obbligazzjonijiet li dahlu ghalihom vicin ta’ pajjizhom. Huma kienu diga irriskjaw hajjithom ghall-knisja u raw li kienu gustifikati li jmorru lura lejn il-Germanja.

Il-ftit li baqghu komplew fuq il-vjagg taghhom. Setghu kienu motivati minn sens ta’ dover imma wkoll setghu xtaqu li jzuru l-artijiet mqaddsa u hadu l-vjagg taghhom bhala pellegrinagg. Setghu kellhom intenzjoni li jakkwistaw xi artijiet jew titoli fl-art Imqaddsa u ma xtaqux jergghu lura lejn art twelidhom.

Imma dawn kienu tassew ftit.

Ir-Re Konrad

Ir-Re Konrad gabar armata kbira mill-imperu kollu b’total ta’ madwar 20.000 suldat. Telaq tard f’Mejju tas-sena 1147 u segwa r-rotta ta’ l-ewwel Krucjata. Il-krucjata Germaniza waslet gewwa Kostantinopli f’Settembru. Ghaddew bil-paci mill-Ungerija imma fit-territorju Bizantin kien hemm xi glied hafif.

Gewwa Kostantinopli kien hemm incidenti ohra . Imma l-Germanzi ma’ damux ma telqu taht il-gwida li kien tahom l-Imperatur Manwel biex nofs l-armata ghaddiet mit-territorju tork. In-nofs armata l-ohra, Konrad baghtha lejn il-kosta li kienet taht il-kontroll ta’ forzi imperjali.

Ir-Re Konrad Melghub

Ir-re Konrad ma tantx ha mieghu provizjon u sab ruhu malajr nieqes mill-ilma. Meta fil-25 ta’ Ottubru 1147 l-armata waslet hdejn Dorylaeum fejn kien hemm xmara zghira, l-kavallieri nizlu biex jisqu z-zwiemel taghhom meta t-Torok attakkaw.

Kien tassew massakru. Il-germanizi qatt ma kellhom cans li jiffurmaw lilhom infushom ghad-difiza, aktar u aktar biex jattakkaw. Filghaxija Konrad harab lejn Nicaea u halla kollox warajh. Dawk li helsuha mill-mewt gew mibjugha bhala skjavi.

Meta waslu l-Francizi, Konrad ftiehem maghhom li bil-ftit suldati li baqghalu, jimxi maghhom.

Minhabba li Konrad kien imperatur huwa kellu parti fit-tieni krucjata imma billi l-armata tieghu spiccat qatt ma seta’ jghid li ta l-kontribut sinifikanti. Din kien essenzjalment krucjata franciza.

It-Triq lejn Attalia

Il-bqija tal-krucjata Germaniza flimkien mal-Francizi ghaddew minn Pergamum, Smyma u Efesu, ilkoll ibliet nsara. Il-provizzjon kien abbundanti, kienu f’territorju bizantin u l-armata kollha kienet qisha f’atmosfera ta’ vakanza. Waslu Efesu fi zmien il-Milied.

Meta kien Efesu, Konrad marad u mar lura Kostantinopli fejn l-Imperatur Manwel ha kura tieghu sakemm fieq. Meta ha sahhtu huwa mar lejn l-Art Imqaddsa bil-vapur ghax kien ghejja jivvjagga fuq l-art.

Wara li sofrew hafna hsara minhabba tempest, il-francizi hadu triq qasira lejn Antiokja. Qasmu muntanji sakemm fl-ahhar waslu Laodicea fil-bidu ta’ Jannar 1148 imma fil-belt ma kienx hemm ikel bizzejjed. Kien ser jaqsmu il-muntanji li kien hemm bejnithom u Attalia bi ftit provizzjon u bit-Torok madwarhom.

Waqt li kien qed jaqsmu l-muntanji l-francizi sofrew telfa kbira. Wiehed mill-kmandanti li tahtu kienet taqa’ parti mill-armata li kienet thares il-parti principali ta’ l-armata, iddecieda li jikkampa go wied u halla l-parti principali ta’ l-armata esposta ghall-periklu kbir. Meta Lwigi flimkien ma’ l-armata waslu, gew attakkati mit-torok u l-francizi sofrew telfiet kbar.

It-torok habtu ghas-suldati li bdew jaharbu, u joqtluhom. Il-lejl kellu jkun biex isalva lil armata. Lwigi sab kenn go sigra biex jistahba mill-ghadu. Geoffrey ta’ Poitou li kien il-hati ntbaghat lura d-dar sgradat.

Filghodu kien deciz li t-Templari kellhom jiehdu l-gwida tal-vjagg qalb il-muntanji. Kollha hadu gurament li ma jaharbux mill-glied u li jimxu fuq il-kmand tal-Gran Mastru.

Kollox mexa harir taht il-gwida taghhom.

Antiokja

Is-suldati li kienu baqghu hajjin waslu Attalia u nghaqdu mal-forzi Germanizi li nfirdu minn Konrad gewwa Nicaea. Kien nofs Frar. Lwigi kien tal-fehma li jkun ghaqli li jivvjaggaw bil-bahar u ghaldaqstant ta’ ordni lil gvernatur bizantin gewwa Attalja biex jipprokulalhu flotta. Il-gvernatur ghamel li seta’ imma kien hemm ftit wisq vapuri biex takkomodha armata shiha. Ghenuh kif setghu u Lwigi wasal fil-port ta’ Saint Symeon fid-19 ta’ Marzu, 1148.

Il-bqija ta’ l-armata baqghet gewwa Attalia biex tistenna aktar vapuri. Il-belt ma setghitx takkomoda daqshekk suldati u allura kellhom jikkampaw barra s-swar taghha fejn it-Torok kienu spiss jattakawhom. Biex isolvi l-problema l-gvernatur ipprova jsib aktar vapuri, imma ma kienx hemm bizzejjed.

Il-kapijiet li Lwigi halla warajh biex jmexxu lis-suldati li baqghu Attalja ppreferew ukoll it-triq bil-bahar. Hafna mill-kavallieri telqu bil-vapuri li kien hemm u salpaw lejn Antiokja u hallew bosta suldati u pellegrini biex ifendu ghar-rashom. Il-gvernatur ried jehles minn kulhadd ghaliex il-prezenza taghhom kienet qed tressaq bosta attakki torok, imma ma kienx hemm post bla perilku ghalihom.

Fl-ahhar is-suldati iddecidew li jterrqu lejn Antiokja . Kienu attakkati mill-ewwel mit-torok u l-Bizantini hallewhom wahedhom.

Is-suldati kienu kapaci li jehlisu mill-mewt imma ftit inqas minn nofshom irnexxilhom jaslu Antiokja tard fiz-zmien ir-Rebbiegha.

Waqfa f’Antiokja

Finalment Lwigi u Eleonora r-regina martu li kienet qed takkumpanjah fil-missjoni tieghu, sabu ruhhom f’Antiokja. Eleonora kienet imsahhra meta rat ghal ewwel darba il-belt ta’ Antikoja . Aktar minn hekk il-belt kienet immexxija minn zijuha Rajmundu ta’ Toulouse u Rajmundu ghamel kull ma seta’ biex jilqaghhom bl-istil rjali franciz.

Rajmundu ppropona lil Lwigi biex jinghaqad mieghu halli jattakkaw lil Aleppo, il-qalbha tal-Mislem fin-naha ta’ fuq tas-Sirja. Joscelin ta’ Edessa kompla mieghu u qabel mal-pjan ghaliex Edessa qatt ma setghet tkun sigura sakemm Aleppo tibqa’ qawwija u f’sahhitha. Hafna minn nobbilta’ franciza qablet ma’ Rajmundu .

Lwigi ma tahx risposta negattiva u anqas wahda posittiva imma stenna z-zmien. Ir-regina naturalment kienet taqbel ma’ zijuha u argumentat favuru. Lwigi kompla jkaxkar saqajh u gab bhala skuza li kien qed jistenna l-infanterija tasal minn Attalja. Lwigi fl-ahhar ha decizzjoni meta wasal il-Patriarka ta’ Gerusalemm f’Antiokja. Lwigi habbar l-intenzjoni tieghu li jitlaq lejn il-Palestina.

Rajmundu xeghel bil-qilla u hekk ghamlet Eleonora li hedditu li ser tibqa’ Antiokja u qed tahseb li tiddivorzjah. Dak in-nhar filghaxija r-re ta ordni li l-gwardi jiehdu taht il-harsien taghhom lir-regina u johorguha mill-belt flimkien ma’ l-armata. Kmieni fis-sajf Lwigi wasal Gerusalemm minghajr ma kellu ebda incidenti.

Damasku

Rajmundu ta’ Antiokja rrifjuta li jakkumpanja lir-re Lwigi u probabilment anke kieku ried, ma setghax jaghmel dan. L-istess Joscelin ta’ Edessa, li kien preokkupat biex jiddefendi lil Turbessel.

Ittiehdet decizjoni mill-magguranza tal-mexxejja tal-krucjata li Damasku kellha tkun attakkata billi kienet ta’ theddida mmedjata ghal Gerusalemm.

Xi suldati kienu rrabjaw ghal din id-decizzjoni u telqu hesrem, fosthom kien hemm id-Duka Welf, imma parti kbira mill-armata baqghet hemm u qablu li jimmarcjaw lejn Damasku.

Damasku attakata

L-espedizzjoni kienet falliment mill-bidu. L-armata ghalkemm kbira, ma kienitx kapci ddawwar il-belt. Waslu fl-24 ta’ Lulju u waqqfu l-kamp gewwa s-subburgi lussuzi ta’ Damasku mnejn bdew jiggieldu biex jaslu sal-hitan tal-belt.

Il-gvernatur tal-belt, il-vizier Unur baghat ghal ghajnuna minn Nur ed-Din. Is-suldati bdew jaqtghu s-sigar biex jibnu l-magni tal-gwerra, izda forzi musulmani harbtuhom u kellhom jabbandunaw l-preparamenti taghhom.

Il-krucjata fehmet li jkun ahjar li kieku jimxu lejn il-lvant tal-belt. Kienu bosta drabi kkritikati ghal din il-mossa billi l-lvant kien nieqes mill-ilma. Il-posizzjoni taghhom fil-punent kienet perikoluza billi l-bini u s-sigar kienu joffru kenn perfett lit-torok attakkanti u ghaldastant il-kamp kristjan ma kienx protett. L-lvant tal-belt kien aktar fic-cert u barra minn hekk riedu jiehdu l-belt fi ftit jiem billi Nur ed-Din kien qed joqrob gmielu bl-armata tieghu.

Raw li l-qaghda taghhom fil-punent kienet ser tiswilhom deni u mhux gid u dawk li pproponew attakk fuq Damasku kienu l-istess nies li issa qed isostnu biex jabbandunawh. Ir-rejiet qablu kontra qalbhom, u meta raw l-armata maqsuma, u ghedewwa u mhux allejati kienu qed javvanzaw, ma kellhomx ghazla ohra.

L-ghada 28 ta’ Lulju l-armata regghet bdiet timmarcja lura lejn il-Palestina wara biss 4 ijiem ta’ attakki fuq Damasku. Tul it-triq kienu attakkati bosta drabi u ntilfu hafna hajjiet.

It-tieni krucjata spiccat f’umiljazzjoni u kienet tebgha fir-reputazzjoni ta’ mexxejja hekk ta’ hila.

Ir-re Konrad mar lura d-dar billi kellu hafna inkwiet politiku. Ir-re Lwigi baqa’ xi ftit iehor gewwa Gerusalemm ghall-festi ta’ l-Ghid 1149; imbaghad mar id-dar. Hadd mill-kavallieri ma baqa’ l-art imqaddsa.

It-tieni krucjata ppartecipat f’attivita’ fi Spanja, Portugal u kontra s-Slavi fil-Germanja barra l-ispedizzjoni principali gewwa l-Palestina. Ma kellha ebda rizultat hlief ir-rebha ta’ Lisbona, li ma kienitx fil-mira taghhom.

Fl-erbghin sena li segwew ma kienx hemm aktar krucjati ghalkemm kien hemm xi sejhat ghalihom. Ghalkemm Gerusalemm tablet ghal ghajnuna tista’ tghid li ma sar xejn. Xi nobbli kienu jghaqqdu armata fuq inizjattiva taghhom u jmorru joffru s-servizz taghhom fl-art imqaddsa, izda xejn aktar.

Il-barunijiet tal-Palestina fehmu li biex jghixu u jsalvaw kellhom jiddependu fuq ir-risorsi taghhom u jaghmlu alleanzi mal-qawwiet ta’ madwarhom.

Make a free website with Yola