jesusandmary

 

 

 L-EWWEL KRUCJATA

WERREJ

  1. Il-Krucjati – Min kienu il-Krucjati?
  2. X’kienet il-kawza tal-holqien ta’ dawn il-Krucjati?
  3. Il-grajjiet principali ta’ l-Ewwel Krucjata  
  4. Il-Krucjata tal-Poplu.
  5. Il-mappa ta’ l-Ewwel Krucjata .
  6. Il-Mexxejja ta’ l-ewwel Krucjata
  7. Partecipanti ohra
  8. Alexius
  9. Il-Wasla gewwa Nicaea

 

 Il-Krucjati – Min kienu il-Krucjati?

Il-Krucjati kienu sensiela ta’ gwerrer imqaddsa mmexxija minn stati ewropej insara kontra s-sarceni.  It-terminu Saracen kienet il-kelma uzata biex jirreferu ghal Musulman matul iz-zmien tal-Krucjati. Il-Krucjati bdew fis-sena 1095 meta l-Papa Urbanu II ippridka l-ewwel Krucjata fil-koncilju ta’ Klaremont.  Il-priedki tal-Papa tant nisslu hegga fis-semmiegha li eluf hallew lil djarhom u lil pajjizhom biex jinhaqdu f’din l-armata. Dawn wahhlu s-salib fuq hwejjighom u nghaqdu flimkien f’armata imsejha Krucjata – il-kelma Krucjata moghtija lil dawn il-Gwerrer Imqaddsa gejja mill-kelma antika Franciza “Crois” li tfisser “salib.”  Il-krucjati kienu spedizzjonijiet kbar militari mmexxija mis-slaten ta’ l-ewropa biex jiehdu taht idejhom mill-gdid l-artijiet imqaddsa li kienu nhatfu mill-Mislem. Kienu tmienja il-krucjati, l-ewwel erba’ isejhulhom Principali filwaqt li l-erba l-ohra jsejhulhom minuri.  Barra minn dan kien hemm dik  li jsejhulha l-Krucjata tat-tfal.  Kien hemm spedizzjonijiet militari ohrajn imma huma meqjusa insinifikanti ghaliex ma’ kellhomx rizultati.

X’kienet il-kawza tal-holqien ta’ dawn il-Krucjati?

Ir-raguni ta’ dawn il-krucjati kienet gwerra bejn l-insara u l-musulmani fuq il-belt ta’ Gerusalemm. Il-belt kellha tifsira specjali qaddisa ghal insara. Fis-sena 1065 il-belt ta’ Gerusalemm sfat attakata u mirbuha mit-Torok. 3000 nisrani sfaw massakrati u effett ta’ dan bdew sensiela ta’ grajjiet li kkontribwew ghall-kawza tal-Krucjati.

L-iskop tal-Krucjati kien il-helsien ta’ l-artijiet mqaddsa, partikolarment Gerusalemm,  mis-saraceni, imma maz-zmien il-missjoni taghhom tferrxet biex tehles lil Spanja mill-Mori u tkecci lis-Slavi u l-Pagani mill-Ewropa tal-Lvant u l-gzejjer tal-Mediterran.

Ghal periodju ta’ mitejn sena l-Ewropa u l-Asja kienu fi gwerrer u battalji kontinwi. L-ewwel krucjata damet erba’ snin jigifieri mis-sena 1095 sas-sena 1099 u hadet taht il-kontroll taghha lil Gerusalemm.

Il-krucjati taw bidu ghall-holqien ta’ ordnijiet ohra tal-kavallieri: il-kavallieri Templari, il-kavallieri Tutonici, u l-kavallieri Ospitaleri. Dawn kienu  ordnijiet religjuzi ta’ kavallieri li xoghlhom kien id-difiza ta’ l-art imqaddsa u l-pellegrini fi triqthom lejn Gerusalemm.

Il-krucjati kellhom effett fl-Ewropa taz-Zminijiet tan-Nofs fir-rigward ic-civilizazzjoni.  Influwenzaw il-gid u s-setgha tal-Knisja Kattolika, materji politici, kummerc,  svillup intelletwali u qanqlu interess fi vjaggi ta’ skoperti.

Gerusalemm kienet immexxija minn slaten u rgejjen ewropej bejn is-snin 1029 u 1291. Il-membri tal-Krucjati kienu jigu kemm mill-klassijiet gholja u nobbli kif ukoll mill-klassi komuni. X’kien li jhajjar lil ghexieren ta’ eluf biex iterrqu 1000 mil u xi privileggi kienu jinghataw is-suldati tal-krucjati.?

Fil-qosor ser naraw il-grajjiet principali ta’ l-Ewwel Krucjata  li tat bidu ghall gwerra ta’ mitejn sena bejn l-Ewropa u l-Asja.

 

DATI

GRAJJIET

1071

L-armata Bizantina sofriet telfa taht il-qilla tat-torok

1071 - 1085

Sejluk jirbah is-Sirja u l-Palestina.  Il-belt ta’ Gerusalemm tinhataf minn taht idejn il-kaliffi saraceni.

1085 - 1095

Inqatlu hafna nsara gewwa Gerusalemm u l-knejjes nsara gew distrutti jew uzati bhala stallel.

1095

L-imperatur Alexius I baghat ambaxxata lill-Papa Urbanu II fejn qallu bil-massakru tat-3000 ruh u l-minaccja tat-torok li kienet dejjem tikber ghal Kostantinopli u l-Ewropa kollha.

1095

Papa Urbanu II jsejjah ghall-Koncilju tal-Knisja gewwa Placenta, fl-Italja biex jikkunsidraw l-appell ta’ Alexius I – decizzjonijiet thallew ghal aktar tard fis-sena.

1095 Nov 27

Papa Urbanu II isejjah Koncilju mahsub ghall-kleru u n-nobbli biex jiltaqa’ gewwa Clermont fi Franza.  Hawn huwa sejjah ghall-krucjata kontra l-infidili.

1095 – rebbiegha 1096

Pietru l-Eremita bl-ghajta “Alla jridha” kien il-mutur biex nies ordinarji jinghaqdu fil-Krucjata tal-Poplu.  Hafna ma kienux armati.

Sajf 1096

Forzi armati ngabru Kostantinopli biex jimbarkaw fuq l-Ewwel Krucjata.

Awissu 1096

L-imperatur Alexius I ipprovda transport bil-bahar lill-Krucjata tal-Poplu biex jaslu il-Bosforus.

Ottubru 1096

Il-Krucjata tal-Poplu giet mirbuha mit-Torok f’Anatolia

Mejju – Gunju 1097

Jibda l-assedju fuq Nicacea

Lulju 1097

Il-battalja ta’ Dorylaeum

Ottubru 1097 – Gunju 1098

L-Assedju ta’ Antiokja

Gunju 1098, 1

Stiefnu ta’ Blois u hafna suldati francizi jaharbu mill-Assedju ta’ Antiokja bl-ahbar tal-wasla ta’ Emir Kerboga ta’ Mosul

Gunju 1098, 3

Bohemond I jmexxi l-htif ta’ Antiokja

Gunju 1098, 5

L-Emir Kerboga ta’ Mosul u l-armata tieghu ta’ 75,000 jassedjaw il-krucjata mmexxija minn Bohemond.

Frar 14 – Gunju 1099

L-Assedju ta’ Arqah, hdejn Tripli

Gunju 28, 1098

Il-battalja ta’ Orontes, l-ewwel krucjata tirbah u ggieghel lil Emir Kerboga jirtira mill-assejdu ta’ Antiokja

Gunju 13 1099

Rajmundu ta’ Toulouse jmexxi lis-suldati minn Antiokja ghal Gerusalemm

Lulju 15,1099

Il-krucjata tirbah u tidhol Gerusalemm

 

Kien il-massakru ta’ 3000 pellegrin nisrani gewwa Gerusalemm li pprovoka l-ewwel krucjata li sehhet bejn is-snin 1096 u 1099. Il-konvinzjoni religjuza tal-membri tal-Krucjati flimkien ma’ l-istint tal-glied u l-priedki ta’ Pietru l-Eremita taw spinta ‘l quddiem ghas-success ta’ l-ewwel spedizzjoni.  Fuq kollox il-minacca torka u l-approvazzjoni tal-papa Urbanu II kienu ragunijiet ohra biex tkun organizzata l-krucjata ghal helsien ta’ Gerusalemm.

Il-mexxejja ta’ l-ewwel krucjata kienu jinkludu fost l-ohrajn nies distinti. Il-Konti Rajmondu ta’ Toulouse kien  fost l-ewwel li mexxa armata ta’ volontiera minn naha ta’ isfel fi Franza.  Goffredu ta’ Bouillon u huh Baldwinu mexxew forza ta’ Francizi u Germanizi filwaqt li n-Normandija baghtet lil Robertu, iben il-kbir ta’ Guliermu r-Rebbieh biex jifforma parti mill-ewwel krucjata.  In-Normani mill-Italja u Sqallija kienu mmexxija minn Bohemond, iben Robertu Guiscard u neputih Tankredi.

Il-Krucjata tal-Poplu.

L-ewwel xhur  minn meta giet imnehdija l-krucjata kien hemm fervur religjuz fost il-poplu ta’ l-Ewropa ta’ l-occident. Predikaturi popolari bil-kelma fuq fommhom “Alla jridha” kienu jheggu lis-semmiegha taghhom biex jinghaqdu ghall-helsien ta’ Gerusalemm. Patri jismu Pietru l-Eremita qanqal hafna qlub fi Franza bil-priedki tieghu biex jiddefendu lil art imqaddsa hekk kif kien jigri mill-belt ghal ohra armat bis-salib jippridka lill-follol kbar. Minghajr ma qaghdu jistennew lin-nobbli li kellhom jingabru gewwa Kostantinopli fis-sajf tas-sena 1096, numru ta’ rgiel, nisa u tfal telqulha lejn Gerusalemm minghajr ma kellhom armi biex jiddefendu lilhom infushom. Din hija maghrufa bhala l-Krucjata tal-Poplu.  Bhala mexxej taghhom kellhom kavallier bla esperjenza jismu “Walter the Penniless”. (Walter ta' bla Sold) Warajh mxew 80,000 ruh inkluzi nisa u tfal u Pietru l-Eremita. Ghaddew mill-Germanja u l-Ungerija.  Hafna mill-membri ta’ din l-Krucjata tilfu hajjithom meta iggieldu ma’ nies ta’ lokalitajiet li minnhom ghaddew, jew inkellha mietu bil-guh u s-shana. Dawn il-membri kellhom disorganizzazzjoni shiha u kbira – hafna minnhom ma kellhomx armi u ma kienux jafu x’inhija dixxiplina u kmand militari. Alexius I, l-imperatur Bizantin baghathom  lejn l-Asja minuri fejn hemm gew maqtula mit-Torok wara attakk ta’ sorpriza mill-ghadu.  Pietru l-Eremita rnexxilu jsalva gildu.

Waqt dan kollu fl-Occident kienu qed jingemghu diversi armati jew kontingenti.  Hafna dahlu jaghmlu parti minn din il-Krucjata bil-magguranza taghhom minn Franza, cirkustanza li minhabba fiha is-Saraceni kienu jsejhu lis-suldati tal-krucjati “Franki”. Kull kontingent kellu kmandant ghalih ; dawn il-kontingenti ma telqux flimkien izda kull wiehed kien jivvjaga fuq ir-rotta tieghu u fi zmien differenti.

Il-mappa ta’ l-Ewwel Krucjata .

 

 

Il-Mexxejja ta’ l-Ewwel Krucjata

Fost in-nies prominenti fil-Krucjata kien hemm Goffredu ta’ Bouillon, id-Duka ta’ Lorraine u Tankredi, mexxejja ta’ hila fuq diversi divizzjonijiet ta’ l-armata. Maghhom kien hemm il-legat tal-papa, Adhemar, Isqof ta’ Le Puy.  Kien kapaci jirkeb iz-ziemel u jilbes l-armatura. Huwa wera’ ghal aktar minn darba l-hila tieghu militari.

Legat papali kien xi hadd maghzul mill-papa biex jagixxi minn floku. Meta ghazel il-legat tieghu, il-Papa Urbanu kien qieghed juri sinjal car li l-papat kellu jkun rapprezentat f’dak kollu li l-krucjata kienet taghmel.

Aktar minn hekk hadd ma jaf.

Kellu intenzjoni Urbanu li l-krucjata kellha tkun immexxija mill-knisja aktar minn nies lajci? 

Kellu f’mohhu li Adhemar ikun Patriarka ta’ Gerusalemm meta din tintrebah mill-insara?

Ebda fonti ta’ informazzjoni ma ghandha risposta ghal dawn il-mistoqsijiet u wara kollox Adhemar miet gewwa Antiokja; ghaldaqstant hadd ma jista’ jaghmel xi konkluzzjoni mill-azzjonijiet tieghu. L-armati kollha kienu akkumpanjati mis-sacerdoti u allura, billi kien il-papa nnifsu li sejjah din l-armata, kien hu responsabbli li jibghat maghha sacerdot principali ghall-htigijiet spiritwali tas-suldati.

Fil-kaz ta’ l-ewwel krucjata kienu l-mexxejja lajci li hadu kmand u ezercitawh matulha.

 

Partecipanti ohra

Numru ta’ armati ohra hadu sehem fl-ewwel krucjata.  Billi l-armati kienu ta’ nazzjonalita’ differenti, dawn kienu jitilqu minn lokalitajiet differenti u jiltaqghu flimkien meta jkunu waslu qrib fejn kellhom jattakaw. L-ewwel wiehed li telaq kien il-Konti Hugh ta’ Vermandois, hu ir-re ta’ Franza.  Qabel telaq huwa baghat ittra arroganti lil Imperatur Alexius fejn qallu li telaq u kkmandah li jaghtih laqgha li tixraqlu. Hugh flimkien mas-suldati tieghu, immarcjaw tul l-Italja kollha biex jircievi l-Istandard ta’ San Pietru minn idejn il-Papa gewwa Lucca. Imbaghad huwa pproceda lejn Bari minn fejn qasam l-Adriatiku.

Il-bicca kbira ta’ l-armata tieghu sfat imferrxa u mharbta minhabba tempesta. Hugh flimkien ma’ parti mill-armata tieghu salvaw u kienu migbura minn Giovanni Comnenus, in-neputi ta’ Alexius I li baghtilhom ikel u hwejjeg u baghathom lejn Kostantinopli taht il-harsien tas-suldati tieghu.

Robertu, konti ta’ Flanders ukoll organizza l-krucjata tieghu u telaq billi ha r-rotta ta’ l-Italja.  Mieghu nghaqad id-Duka Robertu tan-Normandija u l-Konti Stiefnu ta’ Blois. Robertu ta’ Flanders kien ezempju ta’ bniedem li mar ghall-krucjata mhux ghal xi qliegh personali izda minhabba z-zelu biex jinhelsu l-artijiet imqaddsa minn taht idejn l-infidili. Biex ikollu flus bizzejjed halli jiffinanzja l-armata tieghu huwa offra bhala garanzija lil Guliermu II ta’ Ingilterra, il-pajjiz tan-Normandija.  L-armata tal-Robertu, Konti ta’ Flanders marret minn Ruma ghal Monte Cassino biex is-suldati jinviztaw il-monasteru ta’ San Benedittu, imbaghad telqu ghal Bari.

Robertu tan-Normandija u Stiefnu ta’ Blois iddecidew li tintemm ix-xitwa ghaliex l-Adriatiku kien bahar ikrah biex taqsmu f’dan l-istagun. Meta waslet ir-rebbiegha telqu huma ukoll bil-bahar fil-5 ta’ April imma habbtu wicchom ma’ katastrofi.  Wiehed mill-vapuri inqasam  u madwar 400 ragel flimkien maz-zwiemel, munizzjon u flus intilfu fil-bahar.  Numru kbir ta’ pellegrini bezghu u marru lura d-dar. Il-bqija qasmu u waslu fit-territorju Bizantin minghajr inkwiet.  L-armata waslet Kostantinopli fl-14 ta’ Mejju 1097.

L-armata ta’ l-ewwel krucjata issa iltaqghet kollha gewwa Kostantinopli.  Xi uhud minnhom kienu ilhom hemm mix-xitwa ta’ qabel u kienu herqana li jimxu ‘l quddiem. Biex taghqad ir-relazzjonijiet bejn il-Latini u l-Griegi bdew jinkisru ftit ftit.

Alexius

Alexius kien imperatur fuq is-saltna Bizantina u wiehed ta’ hila kbira.  Hadem hafna biex l-imperu Bizantin jibqa’ sod u ma jitlef xejn milli kien igawdi.  Kien dan il-bniedem li kiteb lil Papa f’Ruma jitolbu biex jibghat suldati gewwa Kostantinopli biex jghinu jieqfu lit-Torok.

Malli l-ewwel krucjata waslet f’daru, l-imperatur hassu fiz-zgur. Huwa kien pogga lil imperu fuq sieq ekonomika soda u seta’ jhares ‘l quddiem b’kunfidenza biex jerga’ jiehu lura xi artijiet mill-Asja Minuri.  Kellu armata tajba u kien diplomatiku ghaqli. Kien jifhem lit-Torok u r-rvali taghhom.

Kollox kien jidher f’postu ghal imperatur biex minn issa jdur mid-difensiva ghal offensiva. Is-suldati mibghuta mill-Papa kienu zieda ta’ barka ghalih.  Imma mar wisq imqarraq.

L-ewwel problem li habbat wiccu maghha Alexius kienet l-armata ta’ Hugh ta’ Vermandois, it-tifel iz-zghir tar-Re ta’ Franza. Dan qasam l-Adriatiku minn Bari u l-armata zghira li kien gab mieghu kienet kwazi meqruda minhabba maltempata qalila tal-bahar. Alexius kien kostrett li jaghti l-ghajnuna tieghu lil Hugh u jwasslu lejn il-kapitali.

Warajh gie Goffredu ta’ Boullion li wasal f’Dicembru u malli ra wicc Alexius it-tnejn kellhom xi jghidu. Il-problema kienet l-imgieba xejn tajba tan-nies ta’ Goffredu, imma fil-verita kien il-gurament ta’ lealta li Alexius ried li s-suldati Franki jiehdu lejh qabel jibdew triqthom lejn l-Asja Minuri.

IL-WASLA GEWWA  NICAEA

L-ewwel suldati tal-krucjata waslu Nicaea fis-6 ta’ Mejju 1097.  Ittiehdu decizzjonijiet biex Bohemond jahbat bil-forzi tieghu mit-tramuntana filwaqt li Robertu ta’ Flanders u Goffredu jattakkaw minn naha tal-Lvant. Nahat ohra tal-belt kellhom jistennew ghaliex il-forzi tal-francizi u ta’ Rajmondu ta’ Toulouse kienu ghadhom ma waslux.  Alexius I baghat il-general tieghu Tatikios biex jirrapresentah b’forza zghira ta’ suldati.  Ma xtaqx li jkun involut direttament ghal-raguni politika. Jekk l-armata jkollha telfa, ir-relazzjonijiet tieghu ma’ Kilij Arslan kienu jintemmu darba ghal dejjem u allura l-posizzjoni tieghu kienet tkun wahda perikoluza.

Meta Kilij Arslan sema’ bl-ahbar ta’ l-attak fuq Nicaea, fejn il-mexxej tork kien halla l-familja tieghu, billi kien qed jiggieled ghall-kontrol ta’ Melitene, huwa abbanduna l-glied u mar lura lejn Nicaea.

L-ewwel incident sehh meta l-frozi ta’ Rajmundu kienu qed jippreparaw ghal attakk. Bla minstenni l-forzi torok hargu ghal gharrieda mill-gholijiet  lejn in- nofsinhar. L-armata ta’ l-insara taht it-tmexxija ta’ Rajmundu iggieldet b’kuragg kbir sakemm waslet l-ghajnuna ta’ Goffredu biex helsithom mill-attakk ta’ Kilij Arslan li kellu ta’ bilfors jirtira lin-niesu minn fuq il-kamp tal-battalja.

Is-suldati tal-krucjata bdew jibnu t-tghamir tal-gwerra.  Rajmundu ordna grupp ta’ suldati biex jhaffru l-pedament ta’ wiehed mit-torrijiet tal-belt.  Torri ta’ l-injam li kellu saqaf imzerzaq kien jipprotegi lis-suldati mill-vleggeg ta’ l-arciera torok waqt li dawn kienu qed jippruvaw jirfdu l-hajt.  Imma ghodwa wahda t-torri waqa’ u l-insara tilfu kull vantagg li seta’ kellhom ghaliex matul il-lejl it-torok saddew it-toqba li kienu ghamlu s-suldati tal-krucjata. Rajmundu pprova jaghmel attakk izda l-mislem qered l-armar tal-gwerra bin-nar.

Minn naha tieghu Goffredu bena’ zewg torrijiet biex jintuzaw bl-istess skop; imma dawn waqghu u qatlu ghoxrin ruh.

Matul dan iz-zmien Alexius kien iforni l-bzonnijiet kollha lill-krucjata; izda kien jaf tajjeb li Nicaea tkun mirbuha biss jekk ikun hemm assedju navali.

Ghalhekk ftiehem li taht it-tmexxija ta’ l-Ammiral Boutoumites jforni vapuri zghar biex jintuzaw ghal dan il-ghan. Dawn il-vapuri zghar kollha gew trasportati bicca bicca minn fuq l-art u mibnija mill-gdid fuq ix-xtut tal-Lag ta’ Ascanion u wara varati fil-bahar biex jaghlqu lil Nicaea.

Alexius baghat agenti fil-belt biex jinnegozjaw ma’ l-ghadu halli dan icedi.  Din l-inizjattiva zammha sigrieta minn shabu.  Is-suldati tal-krucjata kienu jissakkegjaw il-belt meta din kienet taqa’ taht idejhom, kif kienet il-procedura normali meta belt taqa’ f’idejn l-ghadu. Alexius ma riedx li jara din it-tieni belt ta’ l-imperu tieghu tkun meqruda u misruqa b’dan il-mod u ghalhekk hadem bla heda biex jipperswadi d-difensuri tal-belt biex icedu qabel il-krucjati jinfdu l-belt.

Sadanitant, bniedem li kien espert li jibni taghmir tal-gwerra kien moghti somma flus biex jibni torri aktar b’sahhtu. U t-torri ghamel xoghlu sew ghaliex il-hitan gew minfuda u deher li l-belt kienet ser taqa’.

Alexius, pero’ irnexxilu jinnegozja ftehim u l-krucjata kienet ferm sorpriza li tara l-bandiera tieghu tperper fuq il-belt. Il-belt cediet u malajr kienet imsahha bi truppi Bizantini. Imma l-krucjata ma baqghtix b’idejha vojta ghaliex Alexius tahom somma kbira ta’ flus u hafna ikel.

Il-krucjata kienet kuntenta bir-rizultat ghal dak li sehh imma kienu rrabjati bil-mod kif Alexius ha kontroll tal-belt.  Kien bidu ta’ nuqqas ta’ fiducja f’xulxin li kellu jikber, aktar mal-kampanja timxi ‘l quddiem.

(TMIEM L-EWWEL PARTI)

 IT-TIENI PARTI 

Make a free website with Yola