jesusandmary

KUMMENTARJU 2019    ARKIVJU

IL-FAMILJA TA’ NAZARET U L-FAMILJA TIEGHI

 


Il-hajja tas-Sagra Familja ta’ Nazaret kienet hajja mohbija ta’ talb u xoghol. Huma kienu joffru l-jum kollu taghhom lil Alla, ghaliex it-talb, semplici u sublimi kien jimla’ l-gurnata taghhom. Kienu dejjem sereni billi l-hsieb ta’ Alla kien jassorbihom.

Kienu jghixu fil-faqar, madankollu kienu kuntenti bin-necessitajiet tal-hajja u ma kienux ifittxu izjed milli kien ikollhom bzonn.. Il-gabra taghhom kien wahda qaddisa u mohbija hekk li ta’ madwarhom ma kienux jafu li l-Iben ta’ Alla u Ommu l-Vergni Marija kienu jghixu fosthom.

Kemm kienu jammiraw l-ezempju sabih ta’ Gesu’, Guzeppi u Marija, meta dan kien joqghod sottomess ghar-rieda taghhom. U hekk baqa’ ghal tletin sena sakemm hareg ghall-hajja pubblika tieghu.

L-ezempju ta’ l-ubbidjenza tieghu ghandu jkun ispirazzjoni ghal ulied, li jekk jirrispettaw lill- genituri taghhom skont ir-4 kmandament ghandhom jistennew il-barka tal-Mulej.

Il-presenza ta’ Gesu’ kienet ghalihom sors ta’ imhabba u grazzja li Alla kien ixerred fuqhom, fir-ruh taghhom. L-imhabba divina kienet tghaqqadhom f’familja qaddisa u ferhana.

L-EZEMPJU TA’ MARIJA

Marija hija ezempju haj ghal kull omm u mara mizzewga. Mhux biss kienet sottomessa lejn Guzeppi, ir-ragel taghha, imma kienet ispirazzjoni ghalih specjalment fl-imhabba taghha lejn Binha. Kienet ittir bil-ferh li quddiemha ghandha Mudell perfett biex Mieghu titkellem ta’ spiss b’qalb miftuha u li tosservah fil-qrib fl-imgieba tieghu. Kienet tahseb bla waqfien fil-virtujiet Tieghu u tara kif taghmel biex takkwista l-Ispirtu Tieghu. Hija ghaddiet iz-zmien taghha titghallem fuq Kristu u b’hekk hija saret l-eqdes kreatura li qatt imxiet fuq l-art.

Tghallem minnha u imita l-imgieba taghha lejn Alla u bhal Marija inti  ssir oggett maghgub mill-Mulej u ghajn ta’ ispirazzjoni u ghajnuna lill-familja tieghek. Li ssir tixbah lil Kristu huwa l-akbar dmir li jista’ jkollok. Marija tista’ tghinek taghmel dan ghaliex hija l-Mera tal-Gustizzja li tirrifletti l-Ispirtu ta’ Kristu b’mod l-aktar qawwi u fidil.

Bhalma Marija hija mudell ghal kull mara mizzewga, hekk ukoll Guzeppi r-ragel gust huwa mudell ghal kull ragel mizzewweg.  Bil-barka tal-Mulej, il-familja tieghek issir bhall- Familja Mqaddsa. Il-hajja fil-familja qaddisa ta’ Nazaret tesponi ir-relazzjonijiet li ghandhom jezistu bejn ir-ragel u l-mara mizzewga, genituri u ulied. Il-prattika tal-virtujiet ta’ l-imhabba u karita’, ubbidjenza u ghajnuna wiehed lil iehor isahhu l-pedament fil-familja.

FASSAL DAREK FUQ ID-DAR TA’ NAZARET

Fassal darek fuq il-karateristici  tad-dar qaddisa ta’ Nazaret. Hobb dejjem is-semplicita’. Fittex il-ferh tieghek skond id-dhul ta’ finanzi  u c-crieki socjali, domestici u tal-familja u tehles minn hafna nkwiet u ugiegh tal-qalb. Ir-ragel ghandu jkun gust ma’ martu u jistinka biex mil-ahjar li jista’ jipprovdi l-htigijiet ordinarji tal-hajja. Il-mara  thabrek li minn dak li jipprovdilha zewgha toffri l-aqwa servizzi u konfort tal-hajja.

Kunu ta’ wens lejn xulxin l-aktar fi zmien il-prova u qatt thallu l-hajja tat-talb: il-Quddies, Tqarbin u r-Ruzarju ghandhom ikunu jekk jista’ jkun haga ta’ kuljum. Itolbu l-barka tas-Sagra Familja sabiex tqaddes il-familja taghkom u bl-intercessjoni Taghha tilhqu l-ghajn taz-zwieg taghkom; il-hajja eterna. “Il-Familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.” Biz-zjajjar tieghek ta’ spiss lit-Tabernaklu, inti tiskopri u tiggosta l-hbiberija Tieghu u tikber fil-fidi. Hobb lil Gesu’ u aghmlu c-centru tal-hajja tieghek. 

Fil-htigijiet u problemi tal-familja stieden lil Gesu’, Marija u Guzeppi. Huma jharsu l-familja tieghek u jzommuk fil-biza’ ta’ Alla, u jkunu ta’ ghajnuna biex tghix il-hajja tal-virtu’.

Marija tressqek lejn Gesu’, Guzeppi jhares lill-familja tieghek bhalma ma hares lil tieghu u Gesu’ jimliek bil-barka u benedizzjonijiet tieghu.


KUMMENTARJU


JANNAR 2019



NIGGIELDU L-GHAKS SPIRITWALI FIL-KNISJA

L-gherq ta’ kull problema li thabbat wiccha maghha l-knisja gej minn kawza wahda: il-qdusija u l-ispiritwalita’ huma nieqsa.

F’hafna lokalitajiet fid-dinja occidentali l-attendenza ghall-quddies hija sew taht l-40 fil-mija. Fi kliem iehor is-60 + fil-mija huma xotti jew fil-ghaks spiritwali.  U numru akbar jhallu dan l-ghaks spiritwali jaggrava ghax jabbandunaw jew jittraskuraw is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni. Il-magguranza tal-Kattolici fl-Amerka u fl-Occident abbandunaw il-hajja sagramentali tal-Knisja. U darba tibred mill-hajja tar-ruh, jasal mument meta tinxef u tinqata’ mill-kumplament tal-familja spiritwali tal-knisja ta’ Kristu.

Dan il-mard jinfetta kollox: il-vokazzjonijiet fil-knisja, il-hidma fost il-poplu ta’ Alla, il-kwalita’ ta’ sacerdoti u religjuzi, l-istituzzjonijiet fi hdan il-knisja, u fuq kollox il-kunventi, il-monasterji, is-seminarji u l-parrocci jaghlqu l-bibien taghhom ghax privi mill-vokazzjonijiet. Tassew herba kbira igib dan il-mard li ma jirrispetta ebda klassi, la l-lajci u anqas il-kleru.

Hafna huma dawk li jhossuhom komdi jghixu fid-dnub,  u li l-kuxjenza taghhom ma iccanfarhomx. Aktar mal-bniedem ihossu komdu fid-dnub, aktar ihossu skomdu li joqrob lejn il-grazzja ta’ Alla. Forsi din hija r-raguni li generazzjoni wara ohra jitbieghdu mill-Quddies u l-parrocci jizvojtjaw. Forsi ghalhekk naraw ftit zaghzagh jirrispondu ghas-sejha sacerdotali jew religjuza, forsi ghalhekk il-partecipazzjoni fis-sagramenti hija kosmetika jigifieri biex inkunu bhall-ohrajn. Bhal dak il-bniedem li jersaq lejn is-sagrament tal-qrar minhabba l-ewwel tqarbina ta’ ibnu jew minhabba xi zwieg, funeral jew maghmudija fil-familja, imbaghad ma tarax aktar. 

Ir-raguni tkun ghaliex ahna nghixu fil-ghaks spiritwali.

Jekk irridu li l-Knisja timbidel ghal ahjar, iridu jkunu l-ewwel il-familji taghna li jimbidlu ghax kollox gej u hiereg mill-familji. Importanti li l-genituri jersqu huma lejn il-quddies, it-tqarbin u l-qrar flimkien ma’ uliedhom biex huma jkunu ta’ ezempju haj ghall-hajja tar-ruh. Hekk Kristu jirrestawra l-Knisja tieghu. Dawn huma l-familji li jipproducu kleru tajjeb, u cittadini onesti, pajjiz sodi fil-principji nsara tieghu.

Fi ftit kliem il-hajja sagramentali iggib maghha rebbiegha gdida fil-knisja u nsara li jibnu mill-gdid is-saltna ta’ Kristu.

KUMMENTARJU


FRAR 2019


RANDAN 2019 – L-GHAZLA F’IDEJNA

Ir-Randan 2019 rega’ wasal. Huwa zmien li nieqfu u naraw kif inhi r-relazzjoni taghna ma’ Alla. Hemm bosta hwejjeg li jxellfu jew jirrovinaw din l-ghaqda taghna Mieghu. Pero’ bi ftit rieda tajba u mghejjuna bil-grazzja ta’ Alla naslu biex intejbuha. Fid-dinja xejn ma hu mportanti hlief li nersqu aktar qrib lejn Dak li ta hajtu ghalina. – GESU KRISTU.

Xi ostakli kommuni  huma dawn:

IS-SUPPERVJA- Ahna jehtigilna li nbaxxu rasna ghar-rieda ta’ Kristu kontinwament sabiex tkun maghmula r-rieda tieghu f’hajjitna. Gesu’ ma hux qed ifittex ko-pilota. Huwa hu l-pilota Irridu naccettaw li ahna ma l-fatt li ahna ma nippjanawx hajjitna, izda Huwa hu li jmexxiha skont il-volonta’ tieghu.  U l-umilta’, meta nbaxxu rasna ghar-rieda tieghu tikkonfronta s-suppervja taghna.

MA TANTX NAPPREZZAW L-EWKARISTIJA – Kull wiehed u wahda minna ghandha l-opportunita’ li kuljum issahhah l-esperjenza tieghu jew taghha ma’ Kristu fl-Ewkaristija bil-partecipazzjoni taghna fil-Quddiesa. Imma jidher li ma tantx napprezzaw dawn il-mumenti qaddisa, bhal Quddiesa u Taarbina, u zmien ta’ Adorazzjoni etc. Qatt ma ser insiru nafuh jekk ma nghaddux hin mieghu u quddiemu.

NUQQAS TA’ TALB- Qatt ma jista’ jkollna hbiberija ma’ Gesu’ jekk nittraskuraw  li nitkellmu mieghu. Jehtigilna li nghaddu hin aktar fit-talb. Tidher haga tqila? Imma ahseb ftit kemm zmien tghaddi quddiem it-TV tara xi loghba jew film jew ahbarjiet jew xi programm ta’ l-ghazla tieghek u kemm zmien tghaddi fit-talb. Nippruvaw naghmlu programm biex insibu hin aktar ghat-talb. Dahhal dawn il-mumenti elenkati hawn taht fost il-hidma tieghek ta’ kuljum: it-talba ta’ filghodu, qabel l-irqad irrecita xi talb, ghid it-talba sabieha tar-RUZARJU, iitlob it-talba ta’ qabel u wara l-ikel, ingabar ghal xi hin fil-kwiet biex tahseb ftit fuq xi veritajiet tar-religjon, aqra xi siltiet mill-Bibbja etc. Jekk il-programm tieghek fih in-nieqes ipprova irranga f’dan ir-randan.

IFHEM IL-VOKAZZJONI TIEGHEK – ghaddi aktar hin mal-familja tieghek. Thallix li x-xoghol zejjed itellfek is-sbuhija ta’ uliedek jew martek / zewgek. Aqdi lill-familja biex il-familja taqdi lill-MULEJ.

TITHALLATX MAL-KURRENT TAD-DINJA – Bhala nsara rridu niddefendu lil Kristu fil-pubbliku. Tisthix tisqarru quddien l-ohrajn. In-nisani ghandu jkun tarka ghal Kristu u mhux jithallat mal-kurrent tad-dinja. Inkunu dawl ghal dawk li jmaqdru l-familja, ghal dawk li jkasbru t-tfal, ghal dawk li ma ghandhom rispett lejn hadd qishom huma biss jezistu u ma jaghtux valur ghall-hajja. Ahna ma ahniex hawn fuq l-art ghal dejjem u meta nidhru quddiem l-imghallem taghna Gesu’ Kristu nigu gudikati fuq l-appostolat taghna. Inkunu herqana li f’dan il-jum nisimghu dak il-kliem minn fomm Kristu: Bravu serv tajjeb u fidil, idhol fil-ferh ta’ Sidek.”

Daqs kemm hu ta’ htiega li nonqos minn xi piz zejjed, inhallas xi kontijiet li waqajt lura fihom, nirridekora d-dar ghax waslet, etc… daqs hekk iehor ghandi bzonn li nirranga jew ingedded ir-relazzjoni tieghi ma’ Alla f’dan ir-Randan 2019.

L-ghazla f’idejn kull wiehed u wahda minna.

marzu 2019 @

KUMMENTARJU


MARZU 2019



L-AVVENTURA TA' L-UBBIDJENZA  

Alla jikteb l-ahjar avventuri. Minn Abraham sa l-Appostli, Alla jigbed lejh nies semplici mir-rutina tal-hajja ta’ kuljum u jippredestinhom ghall-vjaggi li huma qatt ma hasbu fihom. Mose’ kien qed jirgha’  l-merhliet ta’ hatnu, imma wara l-grajja tas-sigra taqbad minghajr ma tikkonsma, sab ruhu jmexxi poplu shih barra mill-iskjavitu’. Pietru kien qed jistad f’rokna oskura, imma wara li ltaqa’ ma’ bniedem eccezzjonali huwa sab ruhu gewwa Ruma jmexxi l-poplu ta’ Alla.

Ebda vjagg minn dawn ma kien mistenni u hafna drabi anqas ma kien mixtieq ghal inqas fl-ewwel kaz. Mose’ qal lil Alla li huwa ma kienx jinqala’ biex jitkellem u Geremija oggezzjona ghall-missjoni li ried jafdalu Alla billi qallu li kien ghadu zaghzugh, bla esperjenza. F’kull kaz Alla wiegeb ghal oggezzjoni taghhom u rdoppja l-offerta tieghu. Madanakollu Alla baqa’ jirrispetta l-liberta’ taghhom. Huma kellhom jiehdu l-ewwel pass minn jeddhom. U ghalhekk l-ingredjent sigriet ghal dawn l-avventuri kienet l-ubbidjenza. L-avventuri taghhom bdew biss meta obdew, billi hallew kollox warajhom u imxew wara Alla.

Minghajr ubbidjenza ma hemm ebda avventura. L-Vangelu ghandu diversi grajjiet dwar dawk li xtaqu jimxu wara Kristu. Jippruvaw jiktbu l-avventuri taghhom, imma minghajr ubbidjenza allura jfallu. F’kaz minnhom ragel jghid lil Gesu’ li jrid jimxi warajh, imma jitolbu biex l-ewwel jmur id-dar isellem lin-niesu. Imma Gesu’ jwiegbu li hadd li jqieghed idejh fuq il-mohriet u jhares lura ma hu tajjeb ghas-saltna ta’ Alla . Jew tiftakru iz-zaghzugh ghani li rrifjuta li jinqata’ mir-rikezzi tieghu u ghazel aktar li jhalli lil Gesu’ milli jimxi warajh.

Din il-konnessjoni bejn l-avventura u l-ubbidjenza tidher xi ftit stramba. Il-kultura taghna tapprezza aktar lil ta’ l-ewwel milli lil ta’ l-ahhar. Jekk irridu avventura jehtieg li nhallu f’idejn haddiehor li jippjanaha ghalina, xi hadd aqwa minna. Ma nistghux nippjanawha ahna.  Awtur iehor irid jaqbad il-pinna. Aktar ma jkun tajjeb l-awtur, aktar tkun tajba l-avventura.

Kif ser isehh dan fil-hajja taghna? Probabilment ma ahniex ser niltaqghu ma' xi sigra taqbad minghajr ma tikkonsma jew ser nircievu xi zjajjar angelici mis-sema. Pjuttost Alla hafna drabi jkellimna bis-sahha ta’ triqat ohra sottili. Xi minn daqqiet ikun mument eccezzjonali li jispirana. Jew li naccettaw ubbidjenza gejja minn naha ta’ superjur taghna.  Bi prudenza mehtiega u kultant bis-sahha ta’ ghajnuna minn xi habib jew direttur spiritwali, jirnexxilna naghrfu id Alla f’dawn ic-cirkustanzi.

U meta naghrfu r-rieda ta’ Alla, u naccettawha, hawn tibda’ l-ubbidjenza.


april 2019 @

KUMMENTARJU


APRIL 2019

IR-RELAZZJONI TAGHNA MA’ GESU’ U MARIJA

 

​L-ghan tal-hajja taghna hawn fid-dinja huwa li nikbru fl-imhabba u nimxu fuq il-passi ta’ Gesu’ li qal li huwa t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja. Gesu’ huwa l-iskop ewlieni ta’ l-esistenza taghna. Jaghti tifsira lill-grajjiet kollha li jsehhu f’hajjitna- ferh, swied il-qalb, successi u fallimenti. Ommu u Ommna hija dejjem qrib Gesu’ Binha. Il-qaddisin jemfassizzaw li Marija hija l-iqsar triq ghall-qalb ta’ Alla.

Kif ser insahhu r-relazzjoni taghna maghhom u nikbru fil-hbiberija taghna ma’ Gesu’ u Marija, Ommu sabiex inkunu kuntenti kemm hawn fid-dinja kif ukoll fil-hajja li ghadha gejja?

AHRAB ID-DNUB

Id-dnub huwa ghadu ta’ Alla.  Alla u d-dnub ma jistghux jezistu flimkien. Jew ma’ Alla jew max-xitan. San Injazju minn Loyola halla miktub li irridu nkunu lesti li mmutu biex ma noffendux lil Alla.  Tmut mhux biss thalli hajtek, izda ukoll twarrab il-volonta’ tieghek meta din tmur kontra r-rieda ta’ Alla.

Ir-rigal ta’ San Duminku Savio, lil Gesu’ kien dan: Mewt iva, dnub le. Santa Marija Goretti halliet hajjitha taht id-daqqiet tas-sikkina biex ma taghmilx id-dnub kontra l-virtu tal-purita’. Il-martri kollha hallew hajjithom ghax l-ghazla taghhom kienet Kristu. Il-grazzja ta’ Alla tghinna nirbhu d-dnub. Niftakru biss li d-dnub il-mejjet inezzana mill-grazzja ta’ Alla u d-dnub il-venjal idghajjifna.

TGHALLEM FUQ ALLA BIEX TAGHRFU AKTAR

Ma nistghux inhobbu lil Alla jekk ma naghrfuhx. L-ahjar triq? Qari tal-Kelma Tieghu u l-Meditazzjoni fuqha. San Girolmu jikteb:” Injoranza fil-Kelma ta’ Alla, injoranza fuq Kristu.” Rizultat tal-qari tal-Kelma ta’ Alla huwa bidla fina ghal ahjar fir-relazzjonijiet taghna ma’ Alla. Ghax kif jghidilna San Pawl li “ mhux jiena qed nghix, imma Kristu li hu fija.”

AQRA L-HAJJIET TAL-QADDISIN

Nissel fik abitudni li taqra l-hajjiet tal-qaddisin. Il-qaddisin kienu l-hbieb ta’ Alla kif ukoll eroj tieghu. Ahna nemmu fil-kommunjoni mal-Qaddisin. Il-katekizmu jghallimna li l-qaddisin jistghu jghinuna b’hafna modi u manjieri: bil-qawwa ta’ l-intercessjoni taghhom quddiem Alla huma jistghu jitolbu ghalina u jipprezentaw it-talb taghna Quddiemu.

Bhalna twieldu fid-dnub u bhalna kienu midimbin, izda huma habirku li jsiru qaddisin, habirku hawn fid-dinja li r-relazzjoni taghhom ma’ Alla tikber kuljum. Bil-ghajnuna ta’ Alla rebhu kull xkiel u qdew il-missjoni taghhom li Alla afdalhom. San Injazju minn Loyola rcieva bosta grazzji waqt il-mixja tieghu biex jikkonverti billi kien jaqra l-hajjiet tal-qaddisin.

GHIX DEJJEM FIL-PRESENZA TA’ ALLA.

Is-sigriet li tghix hajja bazata fuq it-taghlim ta’ Kristu hija l-sforz li tghix kull mument ta’ hajtek fil-presenza ta’ Alla. Irridu nifmuha tajjeb li Alla jinsab kullimkien bhalma jghid San Pawl: fih ahna nghixu, fih ahna nicaqalqu, fih ahna ahna. Li tghix fil-presenza ta’ Alla hija triq certa biex tghix tajjeb, ‘l boghod mid-dnub. Santa Tereza ta’ Avila tafferma din il-verita’ meta tghid li ahna nidimbu ghaliex quddiemna ma jkollniex il-presenza ta’ Alla. U jekk haddiem jaghti xoghlu u ma jiskartax ghax jaf li l-imghallem tieghu qed jarah, kemm izjed in-nisrani jahrab id-dnub meta jaf li Alla, jarah, Alla jisimghu, Alla jiggudikah. Saqsi lilek innifsek meta ffaccjat b’diffikulta jekk taghmilx dik il-haga jew l-ohra: X’kien jaghmel Gesu’ li kieku kien floki jew x’kienet taghmel Marija Ommu li kieku kellha ssib ruhha fl-istess cirkustanza? U skond ir-risposta li jkollok, opra.

DAHHAL IL-PENITENZA FIL-PROGRAMM TA’ HAJTEK.

Anke minkejja li l-penitenza tmur kontra n-natura taghna ( ghax in-natura taghna trid il-fsid u mhux tbatija) il-penitenza trid tkun imdahhla fil-programm ta’ hajjitna. Jekk realment inhobbu lil Gesu’ irrid nissagrifikaw lilna nfusna ghal imhabba tieghu u ghas-salvazzjoni ta’ l-erwieh. Aqraw il-hajjiet tal-qaddisin u araw kemm batew, kemm merew lil qalbhom biex jghogbu lil Gesu’ Kristu.  L-imghallem divin taghna qalilna li “min irid jimxi warajja jichad lilu nnfisu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.” Kemm ibatu l-atleti biex jirbhu kuruna li titbiedel, jew titlu li maz-zmien jintnesa’! Ahna lkoll atleti ta’ Kristu msejha biex nigru l-girja u nircievu il-kuruna tal-glorja ta’ dejjem li ma titbiel qatt u ma johodilna hadd.

KUN HANIN U AHFER.

Gia la darba nghixu ma’ haddiehor xi darba jew ohra ser nindarbu. Hemm zewg reazzjonijiet ghal offizi li nircievu: jew tpattija jew mahfra u hniena. It-triq li tghogob lil Gesu’ hija dik tal-hniena u l-mahfra bhalma qalilna Kristu: Kunu ta’ qalb hanina bhalma hu Missierkom tas-smewwiet. Alexander Pope il-poeta ingliz jishaq l-istess tema meta jghid: Li tizbalja hija xi haga umana, imma li tahfer hija haga divina. Il-kelma ta’ Alla twissina biex ma nhallux ix-xemx tinzel fuq ir-rabja taghna. Din hija verita’ relevanti u tghodd hafna bejn ir-ragel u l-mara fil-hajja mizzewga taghhom.

KUN TA’ SERVIZZ GHAL OHRAJN

San Pawl ghal darb’ohra jghidilna li aktar thossok ferhan li taghti milli meta tircievi. Madre Tereza ta’ Kalkutta tinkoraggina naghmlu l-istess f’sentenza qasira: Aghtu sakemm tbatu. L-aqwa ezempju li taghti huwa Kristu fuq is-salib. Huwa ta kollox ghalina sa l-ahhar qatra ta’ Demmu. Irridu naghzlu bejn il-hajja li fiha Kristu jkun ic-centru ta’ hajjitna jew fejn ic-centru taghna hija hajjitna bla ma jimpurtana minn ta’ madwarna. Jekk Kristu hu c-centru ta’ hajtna, bilfors li rridu tkun ta’ servizz ghal haddiehor ghax ahna ilkoll irridu nimxu fuq il-passi ta’ l-Imghallem taghna Gesu’ Kristu li gie biex jaqdi u mhux biex ikun moqdi.

NOFFRU RADD IL-HAJR

Wiehed mis-sentimenti l-aktar li jintghogob u li johrog mill-qalb huwa r-ringrazzjament. Is-Salmist jghidilna biex naghtu hajr lill-Mulej ghaliex huwa tajjeb. Kemm sofra Gesu’ meta kien wiehed biss mill-imgiddma, u dan samaritan, li gie biex iroddlu hajr talli fejqu.

NIMXU MA’ MARIJA

Nghollu harsitna ‘l fuq lejn l-Omm taghna tas-Sema u nitolbuha tharisna minn fost il-konfuzjoni morali, it-taqlib politku mondjali, gwerrer, tixrid ta’ demm u ncertezzi. Inqieghdu t-tama taghna f’din l-Kewba tal-Bahar li tipprotegina fil-maltemp tal-hajja sabiex naslu fil-port tas-salvazzjoni qawwija u shah.

Imxi ma’ Marija, tkellem ma’ Marija u hobb lil Marija. Hija t-tama tieghek u tieghi kif insellmulha fis-Salve Regina.

 mejju 2019 @

KUMMENTARJU


MEJJU 2019


 IL-VIRTU TAL-PACENZJA

 

Hadd minna ma jista’ jghid li tghallem perfettament il-virtu’ tal-pacenzja. Nahsbu li ahna pacenzjuzi u f’lehha ta’ berqa nisplodu! U l-holma taghna li ahna pacenzjuzi taret mar-rih, saret duhhan!

Bil-pacenzja ahna nsalvaw ruhna. Naqghu fl-istess difetti, forsi fl-istess dnubiet  u min jaf kemm-il-darba  nduru umilment lejn Alla u nitolbuh jahfrilna. U Alla bil-pacenjza u mhabba jahfrilna, qisu qatt ma kien xejn.

Il-pacenzja taghna tghaddi mill-ezami il-hin kollu, f’cirkustanzi differenti, bil-lejl u bin-nhar. Il-mard, problemi ekonomici, il-kesha, is-shana, relazzjonijiet miksura etc. Kultant  inhossu li Alla hu ‘l boghod minna, ma jismghax it-talb taghna jew ma hux interessat jew indifferenti lejn is-supplikazzjonijiet taghna. U hawn tidhol il-pacenzja, ir-rassenjazzjoni.

Fost diversi mezzi, hames toroq konkreti juruna kif nistghu nottienu din il-virtu.

IT-TALB

San Injazju jinsisti li ahna rridu nitolbu ghall-grazzja. Santu Wistin ifakkarna li ahna lkoll tallaba quddiem Alla. Alla lest li jtina jekk semplicement nipperseveraw fit-talb taghna. Niftakru fl-armla persistenti li qalet il-grazzja minghand dak l-imhallef ingust ghar-raguni li talbet u talbet bla ma qaghtet qalbha. “Itolbu u tinghataw, fittxu u ssibu, habbtu u likom jigi miftuh.”

IL-HAJJA TA’ KRISTU

Il-vangelu huwa it-triq li jmexxina fit-triq tal-virtu’. Qalilna Gesu’ : Jiena it-Triq, il-Verita’ u l-Hajja. Hadd ma jigi ghand il-Missier hlief permezz tieghi.” Hemm proverbju li jghid: “Ghidli ma’ min taghmliha u nghidlek x’inti.” Jekk niflu u nahsbu fuq dak li naqraw fil-vangelu, l-azzjonijiet ta’ Gesu’ jsiru parti minna ghax nimmudellaw ruhna fuqhom. Nibdew nimitaw lil Gesu’ aktar u aktar, specjalment fuq il-virtu tal-pacenzja.

Il-PASSJONI TA’ KRISTU.

Il-qaddisin kellhom kalamita’ biex jimmeditaw il-passjoni ta’ Gesu’. It-tbaijiet ta’ Kristu, il-krucifissjoni u l-mewt tieghu jservu biex qalbna tinfetah ghall-bieb tal-pacenzja, anke jekk qalbna tkun xi ftit iebsa.

IL-PROVI

Meta niffaccjaw il-prova, nahsbu ftit fuq xi element tal-Passjoni ta’ Kristu u f’qalbna nghidu: Kristu ma ghaddhiex ukoll mit-tribulazzjonijiet? Kif jiena, li nghid li nhobb lil Kristu qed naraha bi kbira biex insofri bil-pacenzja din it-tribulazzjoni meta Kristu ghaddha minn tribulazzjonijiet kbar. Id-dnubiet tieghi huma raguni bizzejjed li jiena ghandi naccetta dik is-sofferenza. L-imhabba lejn Gesu’ toffrili opportunita li jiena ngorr salibi bil-pacenzja ma’ l-imghallem divin tieghi.

MARIJA ADDOLORATA

Marija Omm Gesu’ ghaddiet mit-triq  tas-sofferenza bil-pacenzja, bil-mument krucjali jkun dak li tkun prezenti ghall-mewt l-aktar kiefra ta’ Binha fuq is-salib.

Hajjitha kollha, Marija kellha tiehu pacenzja bid-duluri li garrbet.

Mhux daqqa ta’ stallet kien ghaliha meta kulhadd irrifjutalha kenn meta kien wasal iz-zmien li jitwieled Gesu’?

Mhux dulur kien ghaliha meta tilfet lil Binha Gesu’ u damet tlett ijiem tfittxu ma’ Guzeppi sa ma sabitu fit-tempju?

Mhux sofferenza u biza’ kienu ghaliha meta kellha tahrab ma’ Guzeppi bit-tarbija Gesu’ biex Erodi ma joqtolx lil Gesu’?

Mhux dulur kien ghaliha meta tisma’ li Erodi qatel lit-tfal ta’ Betlem minhabba binha?

Mhux dulur kien ghaliha tisma’ lin-nies izebilhu lil Binha aggonizanti fuq is-salib meta dawn ircevew tant grazzji u mirakli?

Marija batiet u batiet bil-pacenzja u rassenjazzjoni. Mudell ghalina biex inharsu lejha u nifhmu li Alla lil dawk li jhobb jghaddihom mit-triq tat-tigrib. Marija sofriet u sofriet bil-pacenzja u rassenzzjoni.

Tkun Marija ghalina ghajnuna biex nerfghu salibna u nimxu 

wara Kristu minghajr tgergir

gunju 2019@ 


KUMMENTARJU


GUNJU 2019

L-UMILTA' IL-PEDAMENT TA' KOLLOX  

 

Ahseb ftit: ghaliex Alla jfittex bnedmin dghajfa meta jkun ifittex mexxejja ghall-pjanijiet tieghu? Ghamel dan ma’ Mose,’ ma’ Samwel u David.  Ghazel lil Sawl meta dan kien jifhem li ma huwa xejn, imma meta dan haseb li lahaq is-seba’ sema b’idejh, allura Alla keccih minn mexxejj, irrigettah mi-servizz Tieghu.

Fit-Testment il-Gdid kien hemm Persuna Kbira, Sawl, li umilja ruhu u sar Pawlu, Persuna Zghira u Alla ghazlu biex ikun missjunarju kbir.

Alla jhobb lil dawk li huma umli, li jaghrfu li kollox gej Minnu, kollox Ghalih u kollox Bih.

Hafna miz-zmien taghna, nghixuh bhallikieku Alla ma jezistix, imma jezisiti tassew.   Fl-istorja ta’ David u Golia Alla hu Haj u Haj fil-verita’. Huwa jinteressah dwar dak li jkun qed isehh madwarna u nistghu nserrhu rasna fuq dan. Huwa jinvolvi ruhu qabel ma ahna ninvolvu ruhna fil-grajja.

Alla ma jimpressjonax ruhu ghax il-bniedem jaghmel lilu nnifsu kbir. Huwa veru li l-bniedem ghamel u qed jaghmel hafna affarijiet kbar, sbieh u ta’ gid ghall-umanita’. 

Meta jsib mezzi biex ifejjaq mard gravi, meta jivvinta magni biex ihaffef it-toqol tal-hajja ......juru li l-bniedem huwa tassew intelligenti.  Imma din l-intelligenza ma ghandix titla’ ghar-rasu u jaghmel lilu nnifsu daqs Alla, bhallikieku xejn  u hadd ma jista’ ghalih.  Ghax il-bniedem li jaghmel hekk ikun jixbah li wiehed li qed jispara l-pizelli u jipprova jimpressjona lil dak li ghandu bomba atomika.

Meta Alla jara li l-bniedem jissupervja ma jiehux pjacir ghax dak kollu li ghandu l-bniedem gie moghti lilu minghand Alla u b’xejn. 

ALLA JINQEDA’ BISS BIN-NIES UMLI.

Bhalma tghid Marija fil-Magnificat, Alla gholla lic-ckejknin u jbaxxi lil min hu gholi

Fl-Iskrittura ghandna l-grajja ta’ David u Golia. Din l-istorja ma ghandiex x’taqsam mal-kobor fiziku taghhom – David kien ghadu daqsxejn ta’ tfajjel u Golija kien ragel kbir jsejhulu ggant – imma aktar kellha x’taqsam ma’ kif kienu jahsbuha. David kien umli u jattribwixxi li kollox kien gej minghand Alla, Golia kien jiftahar li bis-sahha tieghu ser jeqred lil Izraeliti.

Din il-verita’ tidher ukoll fil-hajja ta’ Mose’. Huwa ghadda 40 sena jhossu li kien xi haga (meta kien jghix fil-Palazz tal-Farawn) u ghal 40 sena ohra hu sar xejn (ghax harab fid-dezert jghix ta’ rghaj) . F’dawn l-40 sena huwa gharaf x’jista’ jaghmel Alla bi bniedem li kien iqis lilu nnifsu bhala xejn billi issa kien jghix ta’ rghaj.  Li tkun rghaj tindokra n-nghag hija tassew esperjenza umli  wara li tkun ghaddejt parti kbira minn hajtek tghix bhala princep. Meta ccekken quddiem Alla, Alla seta’ juzah b’mod ta’ l-ghageb bhala l-hellies u mexxejj tal-poplu Izraelita.

Niehdu ezempju iehor: Salamun kien l-iben privileggjat tal-kbir re David, maghzul biex ikun ir-re successur wara missieru biex jiggverna lil Izrael. Seta’ hass u fehem li kien kapaci li jmexxi lill-poplu bil-hiliet tieghu. Madankollu hu umilja ruhu quddiemAlla u talbu d-dehen u l-ghaqal, zewg kwalitajiet mehtiega f’mexxejj biex jiggwida gens hekk kbir bhalma kien il-poplu ta’ Izrael. U Alla meta ra li Salamun fehem li hu jiddependi Fuqu, tah mhux biss dehen u ghaqal izda hafna u hafna gid iehor materjali. 

Fit-Testment il-gdid meta Gesu’ kien mistoqsi minn kien l-akbar fis-saltna tas-sema, Huwa ghazel tifel ckejken, qieghdu f’nofshom u ddikjara li dawk li huma umli bhat-tfal jaraw is-saltna tas-smewwiet.

Forsi l-fatt li Sawl u Golia kienu fizikament kbar tela’ ghar-rashom il-hsieb li kienu jistghu jaghmlu kollox wahedhom. Dan jigri meta nakkwistaw hafna fama, niksbu bosta gid, nirbhu l-loghba taghna jew ikollna successi b’xi mod jew iehor. Nibdew nahsbu li ahna sirna xi haga. Kif tghid l-Iskrittura fil-ktieb tal-Proverbji: [Prov:16:18] Qabel  il-qerda tiġi l-kburija, u qabel il-waqgħa t-tkabbir. Dan certament jiddeskrivi l-grajjiet ta’ swied il-qalb ta’ Golia u Sawl.

Ta’ kuntrast kbir kien David li f’ghajnejn Alla kien bniedem umli u bla ebda pretensjonijiet. Dak kollu li sehh f’hajtu huwa bil-wisq akbar minn dak li seta’ jitlob.

Tkun quddiem ghajnejna dak li kiteb Thomas À Kempis :

“Fittxu dejjem l-inqas lok u jinghata lilkom l-aktar gholi.  Quddiem il-gudizzju ta’ Alla, l-akbar huma dawk li jqishom lilhom infushom bhala xejn. 

Inhallu l-esperjenza taghna jew ta’ haddiehor tghallimna li l-umilta’ biss tressaqna quddiem Alla..

Jalla l-Mulej jara fina dak li jixtieq Hu.


lulju 2019 @

KUMMENTARJU


LULJU 2019

BIEX INSIR QADDIS


Li tkun qaddis hija sejha l-aktar radikali fost kull sejha. Hija sejha biex tintelaq totalment fl-imhabba ta’ Alla. Hija sejha biex thalli dak kollu li hu tad-dinja biex tidhol f’dinja ohra dik spiritwali. Biex issir qaddis jehtieg li taghti kollox lil Alla. Ma inkunu marbutin ma’ xejn hlief mar-rieda ta’ Alla.

B’hekk ninzghu mill-bniedem il-qadim u nilbsu l-bniedem il-gdid.

Kultant dak li jitlob Alla minna jista jkun difficli, izda mhux impossibli. It-tentazzjonijiet, il-provi, il-mard u d-difetti tal-karattru ta’ kull wiehed u wahda minna jaghmel il-vjagg taghna hawn fid-dinja wiehed tqil. Anke meta ahna nahsbu li qed naghmlu progress, insibu li qed  qed nizolqu .

U huwa f’dawn ic-circukstanzi li ghandna nirrikorru lejn Alla.

Hija l-imhabba ta’ Alla li tibdilna f’qaddisin. Kull bniedem huwa imsejjah biex ikun qaddis.

Hafna kienu rgiel u nisa u anke tfal li ghexu l-hajja qaddisa kif jitlob il-Mulej. Dawn in-nies huma dawl u gwida ghat-triq li twassalna ghand il-Missier.

Il-qaddisin ma humiex rgiel u nisa u tfal li ahna naraw minn distanza u nahsbu li l-qdusija hija biss ghalihom jew nies ohra. Le. Is-sejha taghhom hija wkoll is-sejha tieghi u tieghek li ghaliha irridu inwiegbu.

Din is-sejha ma nistghux nimxuha wahedna, infatti jekk nippruvaw naghmlu hekk nitilfu kollox. Fil-vjagg taghna irridu nimxu flimkien u magemb Kristu ghaliex Hu biss jista’jressaqna lejn il-Missier  bil-qawwa ta’ l-Ispirtu qaddis.

Ser ikun hemm zmien ta’ prova fil-hajja taghna, imma dan Alla jippermettih biex jippruvana.  Huwa opportunita’ li bis-sahha ta’ dawn il-provi nippurifikaw l-imhabba taghna mid-difetti taghha.

Hafna drabi naghmlu idoli foloz biex dawn ikunu alla taghna. Minhabba f’Alla jehtigilna li nippurifikaw lilna nfusa minn dawn il-barrieri.

Trid tahdem biex telgheb it-tfixkil, imma jekk nifthu qalbna berah ghal Alla ahna nirbhu dan it-tfixkil u nimxu ‘l quddiem fit-triq tal-qdusija. Inkunu targa eqreb biex insiru qaddisin kif irid Alla minna.



settembru  2019 @

KUMMENTARJU


SETTEMBRU

 2019

STENNA TMAQDIR

 Gib lilek innifsek segwaci ta’ Kristu fi zmien meta kien jghallem fl-art imqaddsa. Immagina kemm interess dwaru u t-tamiet kbar li Huwa kien ser ikun is-Sultan il-Gdid u l-Messija.

 Imma mbaghad bhal lehha ta’ berqa Gesu’ jippridka li s-segwaci tieghu ghandhom jistennew tmaqdir u persekuzzjoni. Is-segwaci tieghu zgur li jieqfu jigru warajh u jistaqsu lilhom infushom jekk hux val la pena li jmorru warajh.

 It-tmaqdir u l-persekuzzjoni ta’ l-insara kien minn dejjem sa minn meta Kristu gie fid-dinja. Dan sehh f’kull zmien u f’kull kultura. U ghadu sal-lum isehh u jibqa’ jigri ghaz-zmien li gej.

 Allura x’ghandu jkun il-pjan taghna?

 Hafna jahsbu li jekk inhobbu u nirrispettaw lil haddiehor haddiehor ser jimxi hekk maghna. Imma xhun hekk qal Kristu. Gesu’ habbar li l-persekuzzjoni ser tkun parti mill-knisja u li ma ghandnix ikunu sorprizi meta l-istess nies li ahna nhobbu u nirrispettaw ser jduru kontra taghna. Meta dan jigri facli li nitilfu l-fidi, facli li nhossuna skoraggiti u nhossu li l-fidi taghna ghandha nistqarruh f’post maghluq. Ghax id-dinja ma taccettax dak li hu ta’ Kristu.

 Aqra l-ahbarijiet u tara kif hawn certa ostilita’ ghall-fidi kristjana. izda flok li ncedu, ahna ghandna aktar naghtu kaz ta’ dak li wissiena bih kristu. nafdaw fih ghax Hu ser ikun maghna u jekk Hu maghna ahna mhejjija sew ghat-taqbida.

 Irrifletti kemm inti lest li tbati ghal Kristu. Ahseb li ma ghandek qatt tirreagixxi b’ostilita’. Aktar ghandek titlob l-ghajnuna ta’ Kristu, il-qawwa u l-gherf biex inti tohrog rebbieh fuq kull tfixkil ghall-gid tieghek u l-glorja tieghu


ottubru 2019 @

KUMMENTARJU


OTTUBRU

 2019


L-ERWIEH TAL-PURGATORJU  - niftakru fihom dejjem

Santa Gertrude kellha devozzjoni kbira lejn l-erwieh tal-Purgatorju. Fit-tqarbin taghha hija kienet titlob lil Gesu’ biex ihenn ghalihom.

Waqt tqarbina partikolari, hija għamlet esperjenza ma’ Ġesu’ fil-Purgatorju. Semagħtu jgħid: “Fit-Tqarbin Imqaddes jiena neħles mill-purgatorju lil dawk li għalihom inti titlobni”.

U wara t-tqarbin il-Mulej Ġesu’ kien jeħles aktar erwieħ milli hi kienet titlob għalihom. Darba meta Ġertrude kienet qed titlob b’ħerqa kbira għall-erwieħ imqaddsa hija staqsiet lill-Mulej Ġesu’ kemm erwieħ il-Ħniena Tiegħu kienet ser teħles. Huwa weġibha:

“Jekk re ta’ qalb tajba jhalli fil-ħabs, minħabba l-ġustizzja, ħabib tiegħu li nstab ħati, huwa jistenna b’xewqa kbira li xi ħadd minn nobbli tiegħu jidħol għal dak il-pruġunier u joffri xi ħaġa b’rahan biex jinħeles. Imbaghad ir-re jeħilsu bil-ferħ. Daqshekk ieħor jiena. Jiena naċċetta b’ferħ kbir dak li xi ħadd joffrili għal dawn l-imsejkna erwieħ għaliex huwa ta’ ferħ għalija li jkolli ħdejja dawk l-erwieħ li jiena għalihom ħallast prezz hekk għoli. Bit-talb tiegħek jiena nobbliga ruħi li neħles mill-purgatorju ħabsi kull darba li inti tagħmel hekk”.

Il-Mulej Ġesu’ għallem lil Ġertrude għal min għandha l-aktar titlob. Fil-jum li fih il-kommunita’ ikkommemorat flimkien il-mewt tal-ġenituri tagħhom, Ġertrude rat erwieħ ferħana jitilgħu mid-dlamijiet tal-Purgatorju bħal xintilli minn fjamma. Hija staqsiet lil Ġesu’ jekk dawk kienux kollha l-familjari tal-kommunita’. U Ġesu’ weġibha:

“Jiena hu l-eqreb qarib tiegħek, missierek u ommok. Għalhekk ħbiebi huma l-eqreb qraba għalik u dawn huma fost dawk li jiena ħlist mit-turmenti tal-purgatorju”.

Jum wieħed waqt li kienet qed titlob, Ġertrude ndunat b’persuna li kienet qiegħda bilwieqfa ħdejn il-Mulej, bilqiegħda fuq it-tron tal-glorja tiegħu u f’idejh kellu libsa mżejna mill-aqwa, li ppreżentahielha imma ma libbisilhiex. Il-qaddisa baqgħet tassew mistgħaġba u qaltlu:

“Meta għamiltlek talba simili ftit jiem ilu Inti ħadt mill-ewwel lil dik ir-ruħ tal-povra mara fil-glorja tal-ġenna. U issa Inti ma libbistx lil din il-persuna bil-libsa li wrejtha u li tant tixtieq tilbes, għall-merti tal-grazzji tiegħek”.

U l-Mulej weġibha:

“Meta xi ħadd joffrili xi ħaġa għall-erwieħ tal-purgatorju jiena nutilizzaha skont kif nara l-aħjar. Inqassam il-ħniena u l-maħfra tiegħi skont il-ġudizzju rett tiegħi”.

Kemm hi haga ghaziza li noffru l-pjagi divini ta’ Kristu lil Missier Etern biex jahfer in-nuqqasijiet ta’ dawk l-erwieh li jinsabu fil-purgatorju  halli dawn ifittxu jghaddu mit-tbatija ghall-ferh etern.

San Gorg Preca kiteb talba effikaci hafna ghal da nil-ghan:

“Alla O Missier noffrilek il-pjagi divini ta’ Ibnek l-ghaziz Gesu’ Kristu, ghal l-Erwieh tal-Purgatorju biex tithallas denjament fil-gustizzja tieghek ghad-djun taghhom u tqeghdhom fil-ferh etern tieghek. AMMEM.”

Int titlob għall-erwieħ tal-Purgatorju, b’mod speċjali f’dan ix-xahar iddedikat għalihom?

Toffri quddies u tqarbin b’sufraġju għal ruħhom fuq l-eżempju ta’ Santa Ġertrude?

novembru  2019 @

KUMMENTARJU


NOVEMBRU

 2019


IL-FERH TAL-MILIED

Il-Milied hu zmien ta' ferh u  nghiduha kif inhi li Milied bla ferh hu zmien bla sens. Il-bniedem jaghmel minn kollox biex igawdi l-ferh. Imma qed ifittxu fejn dan il-veru ferh qieghed? Bosta drabi l-bniedem jitfixkel ghax jahseb li l-ferh u l-pjacir huma l-istess haga. L-veru ferh, dak li bl-ingliz nghidulu happiness jew joy gej minn Alla  u huwa emozzjoni nobbli, interjuri u dejjiema. Il-pjacir li bl-ingliz nghidulu pleasure huwa emozzjoni esterjuri li tghaddi malajr u thalli l-vojt u xi drabi anke toghma qarsa.

Il-veru ferh gej mill-ghaqda taghna ma' Alla: dan il-ferh ghandna nibzghu ghalih u nghadduh lil ohrajn billi naghtu xhieda hajja tieghu: Alla jhobbna u ghax ihobbna baghat lil Iben Unigenitu tieghu biex isalvana.

Il-Papa Frangisku jheggina biex kull nisrani jiltaqa' ma' Kristu, hu fejn hu u f'kull qaghda li jinsab fiha ghax fejn hemm Kristu hemm kollox u xejn ma hu nieqes. Hadd ma hu eskluz minn dan il-ferh tal-Mulej.

Dan huwa l-awguru taghna ghal dan iz-zmien u ghaz-zmien li gej. Inhallu lil Mulej li gej jimliena bil-ferh li Hu biss jista' jaghtina.

dicembru  2019 @


KUMMENTARJU


DICEMBRU

 2019

Make a free website with Yola