jesusandmary



Il-Fini tal-Bniedem



Kun af li hadd ma jaghmel xejn ghal xejn: inti tahdem biex taqla’ l-paga halli tghejjex lill-familja tieghek jew tahdem part time biex b’dak li ddahhal tixri karrozza. Immela ahseb ftit jekk Alla Sapjenza Nfinita joprax minghajr skop jew idejal. Alla halaq kollox ghalih innifsu, kollox jidderigi u jiggverna ghall-volonta' tieghu. Kull bniedem ghal dan il-fini hu mahluq, biex jaghraf lil Alla, biex ihobb lil Alla u biex iservi lil Alla u b’hekk isalva ruhu.

Kif naghrfu lil Alla?

Lil Alla naghrfuh b’zewg modi. L-ewwel bid-dawl tar-raguni. Mix-xejn ma jsir xejn u dak li hu tajjeb u perfett fi kreatura huwa nfinitament tajjeb u perfett f’Alla li halaqha. Niftakar lil San Gorg Preca waqt wahda mis-sajdiet tieghu jirrakonta l-istorja ta' Sander li hareg ma' missieru fuq il-bahar bid-dghajsa taghhom Meta sab ruhu f'nofs ta' bahar quddiem dik il-profondita' indehex u beza' U jikkonkludi San Gorg Preca li jekk Sander beza' quddiem wahda mill-opri tal-holqien ta' Alla kemm ghandu ghax jibza' il-bniedem minn dak oi halaq il-bahar, mhux b'dik il-biza'li Alla hu xi tirann, izda b'dik il-biza' reverenzjali, li toqghod attent li ma toffendihx.

Mid-dawl tal-fidi. Alla permezz tal-profeti, ta’ missirijietna u ta’ Ibnu stess gharrafna fuqu nnifsu l-veritajiet li tghallimna l-Knisja wara mottivi sodi ta’ kredibilita’. Gesu' Kristu jghallimna li Alla hu Missierna, li Alla hu Hanin u Jahfer, li Alla jigri wara l-midneb etc.....

Thobb lil Alla.

Jista’ qatt jghaddilek minn mohhok li wiehed ma jhobbx lil min ihobbu? Xi hadd habbek daqs kemm habbek Alla li tak l-esistenza u xerred fuqek xita ta’ grazzji u benefizzji? Xejn tahseb li inti thobb lil Alla li hu Spirtu Purissimu den fih nnifsu ta’ min ihobbu ghal tjubitu jekk ma taghmilx f’kollox il-volonta’ tieghu kif qal Kristu: “Min ghandu l-kmandamenti tieghi u jharishom dan hu li jhobbni.”

Isservi lil Alla.

Kull bniedem ghandu jkun quddiem Alla bhal massa tafal f’idejn skultur jew bhima tat-tghabija. Dan l-annimal ma jaghzilx il-piz li ser jerfa’ fuq dahru jew it-triq li minnha ser jghaddih sidu. It-tafal ma jghidx lil iskultur biex jahdmu f’xi statwa prestigjuza. Hekk, mela,  il-bniedem f’kull stat li jsib ruhu fih bis-skiet u minghajr tgergir joqghod ghal kull disposizzjoni ta’ Alla sidu. X’kont tghid li kieku padrun jikkmanda lis-seftur tieghu jaghmel haga u dan jaghmel ohra jew ma jaghtix kaz? Inti fil-gudizzju tieghek tghid li dan il-padrun jew ikeccih jew ma jhallsux.


Konkluzzjoni: Fhimt xejn ghalfejn ahna qeghdin fid-dinja? Mhux biex turi ruhek jew biex tpaxxi lil gismek jew trekken il-flus. Qeghdin hawn fid-dinja biex nigglorifikaw lil Alla.

Make a free website with Yola