jesusandmary


IL-KRUHA TAD-DNUB

 

L-akbar ghadu tal-bniedem hu d-dnub. Dan jitfacca quddiemna bhala habib kbir taghna li jwieghed muntanji u ibhra ta’ paci, u mbaghad meta inti tiftahlu s-santwarju ta’ qalbek tara bi-car li huwa ngannak; ghalhekk x’hin taf li huwa qarrieqi u ghadu kbir tieghek ma tkunx tassew bla sens li inti titbissimlu bhala habib?

Ara ftit kemm huwa ghadu kbir tal-bniedem: kull deni li hawn fid-dinja u fl-ohra huwa frott tad-dnub. Kemm hija tal-biza’ il-mewt! Kien id-dnub li dahhalha fid-dinja ghax Alla halaq il-bniedem biex ma jmutx. “Intom tmutu,” qal Alla lil Adam u Eva,” jekk tidimbu u tieklu mill-frott ipprojbit.”  Xi hsibijiet jghaddulek minn mohhok meta tara funeral ghaddej fit-triq? Ma tahsibx li dak il-pass ser tghaddi inti minnu wkoll u tghaddi ghall-linja ta’ l-eternita? Dwejjaq slaleb, niket, ugighat, guh, ghatx, terremoti, sajjetti u mard ta’ kull xorta u kull haga li hi kuntrarja ghall-qalb tal-bniedem jafu b’omm taghhom lill- mishut dnub.

Innota issa ftit x’ghamel id-dnub lil Kristu. Id-dnub kien il-kawza li Alla sar bniedem u f’bahar ta’ umilta’ u disprezzi u hruxija miet biex jirriparah u biex inehhieh mid-dinja. Persuna divina kien jehtieg li tissodisfa l-gustizzja divina ghax il-kreaturi ma jaslu qatt, billi Alla huwa nfinit u l-kreaturi huma finiti.

Id-dnub kien u ghadu l-kawza li hafna erwieh jintilfu ghal dejjem fil-fjammi eterni gewwa l-infern. Ghandek idea tan-nar u kull haga li hija kontra qalbek? Il-gustizzja divina tithallas kif irceviet. Ghamilit inti bid-dnub dak li hija ma rieditx, issa hija taghmel dak li inti ma tridx. Qatt kellek tghaddi lejl li fih tisma’ kontinwament kelb jinghi? X’disperazzjoni taqbdek li ma tistax taghlaq ghajn ma ghajn. Lejl, tafx qed nghidu, lejl, u mhux eternita’. Tifhimha xejn il-kelma ghal dejjem.? Tahseb ftit fiha ittik rasek.

L-effetti tad-dnub il-mejjet ghandhom tassew ibezzghu u jrazznu l-bniedem li jemmen. Id-dnub il-mejjet jaghmel minnek ghadu ta’Alla. Id-dnub il-mejjet jaghmlek werriet tat-telfien ta’ dejjem u jtellef il-merti kollha u dment li tibqa’ tghix fih ma tista qatt timmerita ta’ l-opri tajba li tista’ taghmel. Itellef il-paci ta’ qalbek li hija l-aqwa tezor tal-bniedem. Jidhirlek li bniedem f’sensih li jemmen fuq il-kruha u l-konsegwenzi serji tad-dnub il-mejjet sejjer jilqghu f’qalbu meta dan jabborri l-inqas deni li jara kontra tieghu?  Min jibza mid-dnub il-venjal jassigura ruhu li ma jaqax fid-dnub il-mejjet.

 

KONKLUZZJONI: Meta nkunu ttentati ghad-dnub il-mejjet ingibu quddiem ghajnejna d-deni tieghu.  Malli nintebhu li l-azzjoni taghna Alla ma jridhiex, allura mill-ewwel ma naghtux kunsens ghaliha. Ghax Alla joffendi ruhu biss meta wiehed jintebah  bid-dnub u jaccettah. Meta tahrab id-dnub Alla jiehu gost bik ghax iqisik bhala habib tieghu u jroxx mis-sema il-bartkiet tieghu.


Make a free website with Yola