jesusandmary


IL-KUMPANIJA HAZINA


HTML Editor - Full Version

X’tahseb li jigri jekk ma’ kannestru tuffieh tajjeb u sabieh, maghhom inqieghdu wahda hazina u mhassra? Ma jghaddix zmien wisq li t-tuffieh isir kollu hazin. Anke s-sens komun osserva bl-esperjenza ta’ din il-prattika u hareg bil-proverbju li: min jaghmilha maz-zopp mas-sena jsir zopp, u, ma’ min rajtek xebbahtek u ghidli ma’ min taghmilha u nghidlek x’inti.

Fi ftit kliem nitghallmu li min jaghmilha mal-kumpanija hazina jitlef il-kwalitajiet sbieh u nobbli li jkollu biex dawn jimbidlu fi qziez. X’tistenna minn bniedem iblah hlief li jaghmlek infelici. Fis-salm 17 l-Ispirtu Santu jghid li x-xorti ta’ kull bniedem tigi mill-kumpannija li wiehed jaghmilha maghha. Mal-qaddis issir qaddis u mal-hazin issir hazin. L-ghazla hi f’idejn kull wiehed minna.

Li kieku inti taf bi zgur li f’darek sejjer jidhol ghandek bniedem ghadu taht l-apparenza ta’ habib biex jaghmillek il-hsara, kont inti skond in-natura tiftahlu u tistiednu gewwa? Ir-risposta tieghek zgur li tkun li tindokra ruhek minnu. Ma ghandix dubbju li smajt b’hafna nies li rnexxew  fil-hajja u ghamlu hwejjeg kbar. Dan seta’ jsir ghax marru l-iskola u hemm tghallmu t-taghlim li bis-sahha tieghu akkwistaw hafna gid.

 Issa l-kumpannija hazina hija vera skola li tghallem bil-kelma u bis-suggerimenti malizzjuzi taghha l-principji tad-dinja li huma ghal kollox kontra l-principji ta’ Kristu: Kristu jghallem il-faqar, izda d-dinja thajrek biex tikseb flus u aktar flus anke b’modi illegali u illeciti, Kristu jghallem l-umilta’ izda d-dinja tmexxik lejn l-unuri, Kristu jghallem il-kontroll taghna nfusna filwaqt li d-dinja timbuttak lejn id-delizzji senswali, Kristu jghallem il-verita’, li l-kliem taghna ghandu jkun iva iva u le, le, mentri d-dinja tghidlek li kliemek ghandu jkun ingann biex timxi ‘l quddiem fil-hajja;  u tant u tant principji hziena ohra li kumpannija hazina thaddan u topera.

Il-grajja bibblika ta’ Sansun u Dalila turina car u tond li l-kumpannija hazina hija sahta ghall bniedem ta’ kostumi tajbin. Sansun ghal l-ewwel kien  bniedem skond il-qalb ta’ Alla, maghzul biex imexxi l-poplu lhudi. Imma maz-zmien thabbeb ma’ mara jisimha Dalila, minn nisel tal-Filistej, poplu dikjarat ghadu tal-lhud u nisel ta’ kostumi religjuzi totalment differenti mill-poplu t’Alla. Billi l-Filistej kienu jobghodu hafna lil Sansun u xtaqu kieku jahtfuh taht idejhom biex joqtluh, inqdew b’Dalila biex isiru jafu is-sigriet ta’ sahhtu. Weghduha l-flus u l-flus ghamiet warajhom. Wara hafna nsistenza taghha, Sansun svela s-sigriet wara s-sahha li kellu u Dalila dahqet bih. Ittradietu u tatu f’idejn il-Filistej li wara li rabtuh haduh prugunier. Sansun mhux biss tilef il-liberta li kien igawdi, izda miet taht it-tifrik tat-tempju tal-Filistej. Hemm ezempju aktar car minn dan li jurik li kumpanija hazina hija ta' rovina ghalik?

Zomm f’mohhok li wiehed jahsad dak li jizra’. Mill-kumpanija hazina li wiehed izomm zgur ma jistghax jahsad benedizzjoni ghax kliemha u azzjonitha huma skandli u rovini ghar-ruh u anke ghal-gisem. Min izomm kumpanija hazina jistenna biss inkwiet u mrar f’hajtu u telfien ta’ dejjem fil-fjammi eterni wara mewtu.

Li tillamenta wara mewtek  li t-telfien tieghek kien kawza li zammejt kumpannija hazina, ikun kollu ghalxejn ghaliex kull rimedju huwa inutli.

 

Konkluzzjoni:

Ahseb ftit li meta hadniha kontra r-rieda ta’ Alla, ma kienitx forsi xi kelma jew ezempju ta’ bniedem hazin? Iftah ghajnejk issa waqt li ghadek haj u tista’ tirrimedja li ma jkollikx bilfors tiftaghhom minghajr rimedju.

Make a free website with Yola