jesusandmary

 IS-SAGRIFICJU TAL-VOLONTA TAGHNA 


 Il-bniedem jigu jzuruh bosta cirkustanzi, uhud minnhom prosperi, ohrajn penuzi. Ta’ l-ewwel il-bniedem jilqaghhom b’idejh miftuha u bit-tbissima fuq wiccu, izda tat-tieni, arah jaghmel il-geddum u l-buri, forsi xi tgemgima jew anke jirribella kontra taghhom. Alla l-Hallieq taghna jara kollox u jiggverna kull haga ghall-volonta’ tieghu, bhalma inti, jekk ikollok ghasfur propjeta’ tieghek, tista’ taghtih l-liberta' jew taqflu f’gagga. U allura f’kull haga prospera, irringrazzjah u f’kull haga kontra l-qalb tieghek baxxi rasek u ubbidjenti ghal dak kollu li bih izurek.

Alla halaqna liberi, nistghu naccettaw dak li jibghatilna kontra qalbna, jew inwarrbu dak li jdejjaqna. Meta ahna naccettaw dak li hu kontra qalbna, fi kliem iehor inkunu lesti ghas-sagrificcju, ahna volontarjament inkunu qed nirrikonoxxuh bhala Alla taghna u b’Sid taghna u beati ahna meta inkunu mxejna hekk ghax Alla taghna jaf ihallas il-generozita’ taghna b’generozita’ ta’ Alla li hu.

Propjeta’ tal-bniedem hija l-volonta tieghu li biha jista’ jaghmel dak li jrid, tajjeb jew hazin, u ghalhekk denju ta’ premju jew kastig. Il-volonta’ tal-bniedem ghandha b’oggett taghha jew il-volonta’ ta’ Alla jew xi haga temporali bhalma huma l-flus, l-unuri, kumditajiet etc. L-ghazla hija dejjem f’idejk, u n-nisrani ghandu dejjem ifittex li jaghmel ir-rieda ta’ Alla, anke jekk din tkun titlob sagrificcju. Minn kif tghix tista’ inti tghid jekk intix lest li tissagrifika l-volonta’ tieghek biex taghmel dik ta’ Alla, bhalma ghamel Abraham meta Alla talbu b’sagrificju lil ibnu u Abraham kien lest li joffrihulu? Forsi Mose’ mhux ezempju ta’ bniedem li ghamel il-volonta’ ta’ Alla, meta Alla ghazlu biex ikun il-gwida tal-poplu lhudi minkejja li dan ma accettax mill-ewwel? Sab xi diffikultajiet biex jimxi fuq il-pjan ta’ Alla, imma Alla wrieh kif ser ikun mieghu u fl-ahhar accetta l-missjoni.

U l-aqwa persuna li ssagrifikat ir-rieda taghha ghal dik ta’ Alla kienet Marija Ssma. Kellha il-pjan taghha kif isservi lil Alla, imma l-pjan ta’ Alla kien differenti minn taghha. Gharrafulha permezz ta’ l-anglu Gabirjiel u ghalkemm kien fih it-tbatija, hija accettat u warrbet ir-rieda taghha.

Meta wiehed jirrifjuta lil Alla s-sagrificcju tal-volonta’ tieghu ikun qed jonqos lil Alla u ma jaghrfux bhala l-Padrun u Sid assolut tieghu. U allura bhal dak is-seftur li naqas li jaghmel il-volonta’ ta’ sidu ghandu jistenna kastig. Il-bniedem li jonqos li jaghmel ir-rieda ta’ Alla ma jkunx grat ghall-benefizzji kollha li ghamel il-Mulej mieghu meta Alla juri providenza kbira mieghu, offrihielu l-fidwa, hafirlu dnubietu meta dawn kienu kawza li jinfired mill-hbiberija tieghu u l-bqija. Jekk Alla mexa’ hekk bil-kbir mieghek ma ghandikx inti timxi mill-ahjar li tista’ mieghu u tissottometti l-volonta’ tieghek ghal Tieghu?

Konkluzzjoni:

Tahseb inti o bniedem li inti sejjer titghakkes, tmeri lil qalbek u tichad lilek innifsek jekk inti ma intix perswaz fuq il-premju jew kastig  wara l-mewt? Il-fidi hija kollox u fejn tonqos hi joktru d-dnubiet u l-infedeltajiet. F’dak kollu li taghmel ara dejjem x’jrid Alla minnek u aghmlu bil-qalb anke jekk dan jitlob minnek sagrificcju.

U ntemm din il-lezzjoni b’talba miktuba minn San Gorg Preca:

“O Alla ta’ kobor infinit…li tassew tirrezisti lis-suppervi… u taghti lill-umli l-grazzja tieghek…kemm habbewk il-qaddisin tieghek!,,,Kemm batew biex joghgbuk f’kollox,,, Merew lil qalbhom u sostnew dwejjaq,,, u dan kollu bil-grazzja tieghek… U jiena… kollni nisthija nistqarr li xejn den jien m’ghamilt quddiem ghajnejk… bi htija tieghi nnifsi…U tant ma niswa xejn…li ma nissugraz nghidlek hlief li thares lejja u thenn ghalija.”

(Talba nru 12 - RUH NIEDMA TITKELLEM MA’ KRISTU)

 


Make a free website with Yola