jesusandmary

 

MARIJA, IL-KELMA TA' ALLA U AHNA

 

Ghal dik il-mara li ghajtet: “Imbierek il-guf li gabek fid-dinja” Gesu’ wiegeb: “ Beati pjuttost huma dawk li jisimghu l-Kelma ta’ Alla u jharsuha.”

F’dak id-djalogu qasir, Gesu’ stieden lil dik il-mara biex timita lil ommu: fil-verita’ Marija, Omm Gesu’ kienet tisma’ il-Kelma ta’ Alla, kienet tharisha l-Kelma ta’ Alla u twettaq il-Kelma tal-Mulej. Ghax l-ghan ta’ Marija dejjem kien li taghmel dak li jrid Alla. Kif, alura tista’ taghmel dak li jrid Alla u ma tisimghux x’jrid jghidlek?

Anke Elizabetta fahhret lil Marija u irreferit ghal dan il-fatt: “Imbierka inti li emmint.” Elizabetta fehmet tassew li l-fidi ta’ Marija hija l-vera beatitudni tal-qariba taghha Marija.

Hekk ukoll kull nisrani ghandu jiddedika ftit hin tal-jum biex jisma’ il-Kelma ta’ Alla billi jiftah u jaqra l-Evangelu. U b’dan il-mod anke ahna bhal Marija, inlahhmu fina il-Kelma ta’Alla hekk li ssir parti integrali minna.

Il-veru ferh nisrani joktor fina mis-smigh tal-Kelma ta’ Alla li fil-qalb tal-bniedem pur tinzera’ u tati bosta frott u l-frott taghha jibqa’ ghaliex inkunu accettajniha b’volonta hielsa.


Make a free website with Yola