jesusandmary

IL-MADONNA LI THOLL L-GHEQIEDI

Marija li tholl l-gheqiedi (Virgen Maria Knotenlöserin) hija devozzjoni marjana u esposta fi kwadru ta’ tpingija taz-zejt fuq it-tila, fi stil venezjan b’influwenza barokka ta’ qis 182 bi 110 centimetri, mahdum fis-sena 1700 mill-pittur germaniz Johann Georg Melchior Schmidtner.

Kien mahdum mill-artist fil-knisja ta’ St. Peter am Perlach gewwa Augusta, belt fil-Bavarja fuq kummissjoni ta’ prelat nobbli li kien kanonku u duttur. Il-kwadru jirraprezenta lil Marija fic-centru, b’anglu fin-naha tal-lemin li ghandu f’idu zigarella mimlija gheqiedi u anglu iehor fin-naha tax-xellug jilqa’ z-zigarella ghaddejja minn idejn Marija, imma nieqsa mill-gheqiedi. Il-Vergni hi rapprezentata bil-qamar taht riglejha filwaqt li qed tikkalpesta s-serp, figura tal-hazen u x-xitan.  Fil-qiegh tal-kwadru hemm ix-xena bibblika ta’ Tobija ggwidat mil-arkanglu Rafel fil-vjagg tieghu.

Il-partikolarita’ ta’ din id-devozzjoni mwielda fil-qalba tal-Bavarja u li tghaqqad iz-zewg papiet: Benedittu XVI li l-familja tieghu kienet devota hafna tal-Madonna li tholl l-Gheqiedi u l-attwali Papa Frangisk li meta kien ghadu mhux isqof, matul l-istudji tieghu teologici fil-Germanja, habbat wiccu ma’ din id-devozzjoni u tant laqtithu. Meta rritorna lejn pajjizu, l-Argentina, hadem kemm felah biex ixerred din id-devozzjoni fost il-poplu argentin. Il-kult qabad sew fl-Amerka t’isfel kollha, partikolarment fil-Brazil.

Ta’ min jghid li din id-devozzjoni hadet hajja mill-gdid bl-ewwel vjagg ta’ Benedittu XVI fil-Bavarja, devozzjoni ghaziza ghall-fidi personali tieghu f’Marija. U minn dak in-nhar din id-devozzjoni hadet spinta ‘l quddiem bis-sit lucisull’est.

Tassew providenzjali li l-Madonna li tholl l-gheqiedi, l-gheqiedi tat-talb taghna, l-problemi taghna u d-diffikultajiet taghna li ahna nqieghdu f’riglejha, fiducjuzi li hija taf thollhomlna.
Il-qalba ta’ din id-devozzjoni ma ghandiex l-gheruq taghha minn xi dehra partikulari, imma minn grajja prodigjuza:

L-ahhar Sibt tax-xahar, fit-28 ta’ Settembru 1615, sacerdot gizwita Jakob Rem, kien qed jitlob quddiem xbiha tal-Madonna, is-Sinjura tas-Silg li kienet esposta fil-kappella tal-Monasteru, u waqt ir-ritwal ta’ azzjoni solenni li fiha gholla zigarella matrimonjali b’hafna gheqiedi (f’dawk iz-zminijiet Wolfgang Langenmantel e Sophie Imhoff li kienu zzewwgu xi tlett snin qabel kienu ghaddejjin minn krizi), inhallu l-gheqiedi kollha u z-zigarella bajda saret lixxa u kulurha sar hekk lucidu li ebda artist ma seta’ qatt ipingi. B’dan il-gest il-koppja evitat li jinfirdu u jidivorzjaw u komplew il-hajja matrimonjali taghhom. L-uzu taz-zigarella skont l-uzanza ta’ dak iz-zmien kienet tfisser l-ghaqda konjugali.

Ghadda z-zmien u n-neputi taghhom lahaq sacerdot u kanoku tal-knisja St. Peter am Perlach u ddedika wahda mill-kappelli tal-knisja ghall-familjari tieghu.  Huwa kkummisjona kwadru biex ikun ta’ tifkira li z-zwieg tan-nanniet tieghu, Wolfgang Langenmantel e Sophie Imhoff, ma tfarrakx anzi gie salvat minn Marija Ssma.

Meta Bergoglio gie mahtur isqof awziljarju ta’ Buenos Aires, huwa hadem biex jiddedika santwarju lill-Madonna li tholl l-gheqiedi. Artist argentin ghamel riproduzzjoni tal-kwadru u fit-8 ta’ Dicembru 1996 il-Madonna li tholl l-gheqiedi sabet it-tron taghha fil-knisja ta’ San Jose’ del Talar quddiem folla ta’ eluf ta’ fidili.

Bhala arcisqof, Bergoglio sahhah il-kult billi kompla jinawgura kappelli f’giehha u jinqeda’ bix-xbiha taghha fil-biljetti personali tieghu.

Hekk kif mara kkontribwit biex iggib il-mewt, mara ohra kkontribwit biex iggib il-hajja. L-ghoqda tad-dizubbidjenza ta’ Eva sabet is-soluzzjoni taghha bl-ubbidjenza ta’ Marija. Marija ghalhekk kienet u hija dik il-hlejqa li tholl l-gheqiedi tal-htija u tal-hazen Il-Papa Frangisk kif spjega bosta drabi: Ilkoll ghandna l-gheqiedi  fil-qalb taghna, nuqqasijiet u nghaddu minn diffikultajiet. Il-Missier tajjeb taghna lijqassam il-grazzji lil uliedu kollha, irid li ahna nafdaw Fiha, li ghandha nqieghdu it-tahbit taghna li jimpedina li ninghaqdu ma’ Alla.  Tkun hija li thollhom ghalina u tressaqna lejn Binha Gesu’. Din hi t-tifsira ta’ l-immagini.”

 

Make a free website with Yola