jesusandmary

ID-DEHRA TA’ MARIJA SSMA GEWWA ZEITOUN : MILJUNI JIXHDU GHALIHA

 

Izrael kien hareg rebbieh fil-gwerra tas-Sitt ijiem is-sena ta’ qabel u hataf il-Peninsula tas-Sinai minghand l-Egittu. Fuq iz-zewgt nahat it-tensjoni kienet gholja u n-nies kienu bezghana.  Il-Lvant Nofsani kien taqliba wahda. U f’nofs dan il-kaos il-Vergni Mbierka dehret lill-bniedem.

Kien filghaxija tat-2 ta’ April tas-sena 1968. Wiehed Musulman jismu Farouk Mohammed Atwa  kien qed jahdem fit-triq fuq karrozza ftit ‘l boghod mill-knisja tal-Kopti ta’ Santa Marija. Din il-knisja kienet tinsab gewwa Zeitoun, distrett fil-Kajr u hija mizmuma mill-insara bhala l-post fejn is-Sagra Familja kienet toqghod fl-Egittu wara li harbu mill-qilla ta’ Erodi.

F’daqqa wahda xi haga fuq il-bejt tal-knisja ta’ Santa Marija gibdet l-attenzjoni ta’ Farouk Mohammed Atwa : dehret figura ta’ mara zaghzugha.  Huwa sejjah lil xi whud li kienu ghaddejjin fil-qrib biex ikunu xiehda ta’ dak li qed jara. Imhassba li xi hadd kien ser jikkommetti suwicidju, huma sejhu lill-pulizija.  Ingemghet folla biex tara dak li kien qed isehh. Ftit minuti wara il-figura sabiha ghebet malajr.

Hafna kienu qed jitkellmu fuq din il-grajja. Min kienet? Minn fejn giet? X’kienet tfisser dik id-dehra? Il-pulizija qalu li kien xi rifless ta’ dawl tat-triq jirrifletti b’mod mhux tas-solut – imma l-folla kienet taf li dan ma kienx il-kaz.

Imbaghad gimgha wara fid-9 ta’ April, dik il-figura dehret ghal darb’ohra. Bhal l-ewwel darba baqghet hemm ghal xi minuti qabel ma ghebet ghal kollox. Imbaghad il-folla bdiet tifhem xi haga: kienet l-Imqaddsa Vergni Marija.

Hija kompliet tidher aktar spiss u kultant tibqa’ tidher ghal sighat hekk li hafna setghu jaraw dan l-avveniment sopranaturali. Xi drabi kienet tidher li qed tbaxxi rasha lejn is-salib tal-knisja jew tbierek lil dawk li kienu jieqfu u jingabru fit-toroq ta’ ma’ gemb il-knisja.

Follol kbar kienu jsegwuha. Ufficjali ekklesjatici, u governattivi, xjenzjati, nies li jemmnu u dawk li ma jemmnux jew fid-dubju lkoll rawha. Sahansitra l-President  ta’ dak iz-zmien Gamal Abdel Nasser  zar is-sit u wkoll ra l-apparazzjoni. Il-media kollha, ilkoll hadu ritratti u xandru l-fenomenu. Il-pulizija ghamlu wkoll l-investigazzjoni taghhom u qalu li ma setghux isibu spjegazzjoni la naturali u anqas umana.

 

Ir-ras tal-Knisja ortodossa tal-Kopti ta’ Alessandria, il-Papa Kirillos VI ta’ Alessandria ghamel investigazzjoni. Fl-istess hin grupp ta’ sorijiet kattolici li kienu xiehda tad-dehra baghtu rapport lill-Vatikan li minn naha tieghu waqqaf  tim ta’ esperti biex huma ukoll jaghmlu l-investigazzjonijiet taghhom. Minhabba li d-dehra kienet saret fi knisja tal-Kopti il-Vatikan halla f’idejn l-ufficjali tal-Kopti biex johorgu bil-fehma taghhom, li huma ghamlu fil-5 ta’ Mejju 1968: iva, id-dehra kienet wahda reali.

Dak mhux kollox: il-gvern egizzjan ukoll ghamel l-investigazzjoni tieghu u haga ta’ l-ghageb accetta li l-apparazzjoni kienet wahda reali.

B’kollox id-dehra rawha eluf u eluf u miljuni ta’ nies sakemm Marija dehret ghal ahhar darba fis-sena 1971.

 

Make a free website with Yola