jesusandmary

TORRI TA' DAVID

Il-karateristika principali ta’ dan it-titlu marjan huwa torri mibni fuq pedament ta’ blat sod u mdawwar bil-fortifikazzjonijiet li maghhom hemm imdendla hafna tarki.

Fuq it-torri hemm imwahhal medaljun li juri f’nofsu xbiha marjana, f’posizzjoni ta’ mara zaghzugha u umli titlob.  Il-medaljun huwa dekorat bil-ghodda u simboli tal-gwerra: xabla, bandiera, elmu, tarka, trumbetta u anke jidher li hemm ras Olefernes.

Is-simbolu tat-Torri ta’ David huwa mehud mill-Ghanja ta’ l-Ghanjiet . 
[Għan:4:4] Għonqok, torri ta' David,
li nbena ħalli fih jintrefgħu l-armi.
Elf tarka hemm fih imdendla,
tarkiet tal-qalbenin, lkoll kemm huma.

Japplika ghal Marija u jissimboliggja l-guf ta’ Marija li jaghti l-hajja lil Gesu’ u jipprotegiha.
Marija wkoll tati protezzjoni lil dawk li jitolbu kenn kontra t-tentazzjonijiet u l-perikli tar-ruh. It-torri huwa simbolu wkoll tal-vergnita’ pura ta’ Marija Ssma –l-Immakulata Omm ta’ Gesu’.  Il-fortifikazzjonijiet jfissru l-virtujiet ta’ Marija u d-difiza li hi toffri li dawk li jitolbuha li jaharbu d-dnub.
Il-bniedem huwa mdawwar b’elf tentazzjoni u biex jirbahhom ghandu jdur lejn din l-Omm spiritwali taghna b’fervur kbir.

 X’ma tghinx ma' l-ewwel karba ta’ uliedha meta tara tarahom  jitolbuha ghajnunijiet biex jibqghu fidili lejn Binha.

Make a free website with Yola