jesusandmary

OMM IL-HNIENA



Matul riflessjoni li l-Papa Frangisk ghamel fuq Marija Ssma, huwa sellmilha bhala Omm il-Hniena.

“Hija omm il-hniena ghaliex garret fil-guf taghha il-Wicc  tal-Hniena Divina. Gesu,....l-Iben ta’ Alla, li sar bniedem ghalina l-bnedmin minhabba s-salvazzjoni taghna. Din l-Omm tal-Hniena tinghaqad maghna tul il-pellegrinagg ta’ hajjitna sabiex ahna qatt ma nhossuna wahedna, specjalment fi zmien it-tribulazzjoni u l-incertezza.”

Il-Papa rrifletta fuq il-versi ta’ innu antik hafna li hu tislima lil Marija: Sliem ghalik Omm il-Hniena, Omm Alla, Omm il-Mahfra, Omm it-Tama, Omm tal-Grazzja u Omm ta’ ferh qaddis.

“F’dawn il-ftit kliem insibu sommarju tal-fidi ta’ generazzjonijiet ta’ irgiel u nisa  li b’harsa fissa fuq l-ikona ta’ Marija Ssma talbu l-intercessjoni taghha u l-konsolazzjoni fil-problemi taghhom.”

Filwaqt li d-dinja ma temminx fil-kelma Mahfra, il-fidi nisranija tishaq il-htiega taghha, jkompli jghid il-Papa.

“Persuna li ma tahfirx ghadha ma fehmitx il-veru tifsira ta’ imhabba. Huwa dak li verament ihobb li hu kapaci li jahfer u jinsa’,” kompla l-papa filwaqt li semma’ li Marija, prezenti taht is-salib tara lil Binha jmut issir omm tal-mahfra ghall-popli kollha, filwaqt li tkompli miexja fuq il-passi ta’ Binha li hafer lil dawk li kienu qed joqtluh.

“Ghalina Marija hija xbiha ta’ kif il-knisja ghandha toffri mahfra lil dawk li jfittxuha,” kompla jghid il-papa.

L-Omm tal-Mahfra tghallem il-Knisja, li l-mahfra moghtija fuq il-Golgota ma ghandhiex limitu. Il-Mahfra tal-Knisja tkun tixbah lil dik offruta minn Gesu’ fuq is-Salib, b’Marija ma’ gembu.”

Innota wkoll li Marija toffrilna tlett rigal f’wiehed: lil binha li minnu johorgu t-tama, il-grazzja u l-ferh qaddis. Binha joffrilna l-mahfra li ggedded il-hajja u mill-gdid nibdew naqdu lil Alla b’ferh qaddis.

Il-Mahfra, jenfasizza l-papa iggib il-paci u s-serenita’ billi tifdi lil qalb minn kull tpattija u mibgheda.


 

Make a free website with Yola