jesusandmary

 

 

IL-BAZILKA TAL-MADONNA TAS-SALIB GEWWA CREMA

Is-Santwarju tal-Madonna tas-Salib huwa Bazilka minuri kattolika, kilometru boghod biss mic-centru storiku ta’ belt ta’ Crema, matul il-vjagg ghal Bergamo.

L-origini tal-kult marjana fil-knisja dedikata lil Santa Marija tas-Salib huma maghrufa u dokumentati tajjeb.

Delitt

Fit-13 ta’ Frar 1489 Caterina degli Uberti, membru ta’ famlja sinjura fi Crema, izzewget lil Bartolomeo Pederbelli, imlaqqam il-Contaglio, bniedem ta’ karattru habsi, imkecci mill-provincja fejn kien jghix minhabba l-hajja xellerata tieghu. Caterina qatt ma ghaddielha minn mohha li l-mahbub taghha kien bniedem mahrub billi Bartolomeo zamm is-skiet. Fl-ewwel sena taz-zwieg taghhom ir-relazzjoni bejnithom ma kienet xejn pjacevoli; jinghadu hafna rakkonti ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il- Contaglio u l-familja ta’ Caterina minhabba xi hlasijiet ta’ dota.

Fit-3 ta’ April 1490 Contaglio ikkonvinca lil Caterina biex tmur mieghu ghand il-familjari tieghu gewwa Bergamo. Hekk kif waslu barra minn Crema gibed triq ohra li ma kienitx taghti ghal Bergamo u hemm fera’ gravament lil Caterina f’rasha u f’partijiet ohra ta’ gisimha, hekk li hallieha tizvina. Huwa harab u hadd aktar ma sema’ bih.

Il-mara kwazi mejta u bla ebda forza talbet lil Madonna biex tatiha grazzja li ghal anqas tircievi l-ahhar sagramenti. Lilha dehret mara libsa ilbies fqir u qaltilha: “Jiena dik li sejjaht.”

L-emorogija waqfet immedjatament u Marija wasslet lil Catarina vicin id-dar ta’ xi bdiewa li tawha l-ewwel ghajnuna. Billi l-bibien tal-belt ta’ Crema dak il-hin kienu maghluqa kellha tghaddi l-lejl ghand dawn il-benefatturi taghha u filghodu jittrasportawha lejn il-belt.

Hawn kienet assistita minn tabib .

Hi giet ukoll interrogata mill-Magistrat tal-lokal, Imbaghad il-qassis Filippo tal-parrocca ta’ San Benedittu amministralha l-ahhar sagramenti. L-emorgija regghet gietha u Caterina mietet kif talbet lil Madonna filwaqt li hafret lil zewgha.

L-ewwel Mirakli

Fuq il-lok tad-delitt poggew salib ckejken ta’ l-injam. Xahar wara, fit-3 ta’ Mejju, jum il-festa ta’ l-ezaltazzjoni tas-salib, tfajjel jismu Francesco Marazzi, marid bi problemi serji ta’ sahha f’wahda minn saqajh, li allura kienet timpedih li jimxi sew, haduh fuq il-post fejn kien hemm is-salib. Wara li ntqal xi talb it-tfajjel qam fuq saqajh u beda jimxi regolari. Kien l-ewwel miraklu li qanqal il-folla. Rapporti jghidu li f’dak l-istess jum sehhew madwar erbghin fejqan mirakoluz.

Il-Madonna bil-Bambin Tikbi

L-ghada ta’ dawn il-mirakli, 4 ta’ Mejju, telqet purcissjoni lejn Noveletto, il-post fejn sehhew il-mirakli. Hemm waqqfu artal ckejken li fuqu tqieghed kwadru tal-Madonna bil-Bambin, rigal ta’ Gianfranco Cotta minn Milan. Fil-5 ta’ Mejju hafna kienu xhud li raw il-Madonna bil-Bambin tikbi u anke f’dak il-jum sehh fejqan mirakoluz li wiehed ma setghax jispjegah. Jinghad li sehhew mat-80 fejqan. Fit- 18 ta’ Mejju u t-2 ta’ Gunju sehhew mirakli ohra skond xiehda li kienu prezenti.

Ic-Cirku tad-Dawl.

Il-podesta’ jew kif kienu jsibuh in-nies ta’ dawk iz-zmienijiet, il-magistrat li kellu r-responsabilta’ li jzomm l-ordni, Nicolo Priuli kien dubjuz fuq dak li kien qed isehh gewwa Novelletto. Kien qed jibza’ li jkun hemm xi dizordni pubblika. Ghalhekk fit-18 ta’ Gunju mar personalment qrib l-artal u kien xhud okulari ta’ dak li sehh dak il-hin: ic-cirku tad-dawl. Madwar ix-xemx deher cirku ta’ dawl li bhal donnu kien jidher jaqa’ fuq id-dinja. U dan gara ghal tlett darbiet wara xulxin. L-istess podesta’ kien wiehed mis-sostenituri ghall-bini tas-santwarju.

Il-Bini tas-Santwarju

Il-progett tas-santwarju thalla f’idejn l-arkitett Giovanni Battagio, skular tal-Bramante.

Fis-sena 1514 Crema kienet taht l-assedju tat-truppi tal-familja Sforza: id-difiza tal-belt kienet f’idejn Renzo da Ceri li witta’ dak kollu li kien wieqaf madwar il-belt, biss halla s-santwarju li kien fi stat avvanzat ta’ kostruzzjoni u ttrasforma l-knisja f’fortizza. Renzo da Ceri rebah l-assedju li dam erba’ xhur u li minhabba fih is-santwarju garrab hsarat gravi. Il-gwerra u l-pesta baghtu x-xoghol tal-bini tas-santwarju lura hafna, infatti kien fis-sena 1541 li l-ewwel tizjin intern beda’ jara d-dawl.

Fis-sena 1585 is-santwarju gie afdat lill-parrocca ta’ Pianengo.

Fis-sena 1593 il-podesta venezjan Nicola Vendramin bena’ triq gdida li tghaqqad lil Porta Serio mas-Santwarju. Kienet triq twila li giet moghtija l-isem Trqi Vendramina u aktar tard giet imwessa u msebbha bis-sigar fis-sena 1810.

Fis-sena 1694 is-santwarju gie afdat f’idejn l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi, li xi snin wara jigifieri fis-sena 1706 taw bidu ghall-bini ta’ kunvent imponenti. Erba snin wara ziedu l-kampnar. Madankollu l-ordni karmelitan ma damx wisq ghaliex minhabba s-soppressjoni ta’ Napuljun, l-ordni kellu jhalli Crema.

Meta l-ordni telqet nibet il-problema tal-kura ta’ l-erwieh billi madwar is-santwarju twieldet komunita’ zghira ta’ nsara: fis-sena 1828 l-isqof ta’ Crema Monsignur Tommaso Ronna waqqaf il-parrocca ta’ Santa Marija tas-Salib bl-ewwel sacerdot don Agostino Cremonesi jiehu pussess tal-parrocca fit-2 ta’ Mejju 1830.

Fl-4 ta’ Settembru Mons Giuseppe Sanguettola nkuruna ras il-Vergni Mbierkba waqt ceremonja solenni.

Fis-sena 1869 is-sacerdoti don Silvio della Noce, don Paolo Stramezzi u don Bartolomeo Borsieri kienu xhud tal-fatt li ghajnejh ix-xbiha tal-Madonna iccaqalqu u kbew id-dmugh. Fis-sena 1904 saru xi interventi fil-koppli meta gew miksija bir-ram u ghaxar snin wara l-paviment gie sositwit b’dak li hemm il-lum.

Bil-Bolla Pontificja li ggib id-data tat-18 ta’ April tas-sena 1958 il-Papa Piju XII ta lis-santwarju l-unur ta’ bazilka minuri. Dan kollu sehh bis-sahha u l-intervent tal-Mons Placiso Maria Cambiaghi u Mons Francesco Piantelli.

Fis-sena 1990 Mario Toffetti hadem fil-bronz il-bibien tas-santwarju u sentejn wara fl-20 ta’ Gunju l-bazilka rceviet zjara mill-Papa Giovanni Pawlu II, li waqaf jitlob quddiem ix-xbiha ta’ Marija qabel kompla z-zjara fil-belt.

Is-Santwarju - deskrizzjoni

Il-perit Battaglio ppjanta binja li ghal dawk iz-zminijiet kienet titqies bhala progett modern billi ma mexiex fuq pjanta ta’ salib grieg: binja gholja 35 metru, f’forma ta’ cirku esternament u ottagonali internament

It-torri tal-kampnar jidher iserrah mal-knisja u huwa gholi tista’ tghid daqs il-bini tas-santwarju. Il-bazi tieghu ghandha kobor ta’ madwar 4 metri fuq kull naha. Il-bazi ta’ taht hija mifruda minn ta’ fuqha, karakterizzata minn twieqi foloz, permezz ta’ cinta. Il-livell li jmiss, aktar gholi minn ta’ tahtu huwa mzejjenfl-irkejjen b’pilastri. L-arlogg huwa imqieghed fuq faxxa li tissepara t-tielet livell mir-raba wiehed. Fuq nett wiehed jista’ jammira il-kampnar bil-qniepen, li s-saqaf tieghu huwa mibni f’forma ta’ basla.

ID-DEHRA TAL-KNISJA MINN GEWWA.

Din hija ticrita minn affresk ta’ l-1700, li tinsab esebita fil-bazilka turi x-xena tad-dehra tal-Madonna lil Katerina degli Uberti bil-mutilazzjoni li garrbet f’idejha minn zewgha fil-foresta wara li dan attakkaha biex jisraqha u hallieha ghal mejta.


Make a free website with Yola