jesusandmary

 

 Id-devozzjoni tat-tlett Ave Marijiet

. Jghidilna Gesu': X'jiswielu l-bniedem li jakkwista l-gid tad-dinja kollha, imbaghad jitlef ruhu?" (Mt 16,26)L-aktar haga mportanti hawn fil-hajja hija s-salvazzjoni eterna. Trid sehem fil-hajja eterna? Kun devot ta Marija Ssma, Medjatrici tal-grazzji kollha billi kuljum tirrectica tlett Ave Marijiet. Santa Matilde ta' Hackeborn, soru benedittina, mbezza' fuq is-salvazzjoni ta' ruhha talbet lil Madonna biex tassistiha f'dak il-punt krucjali. Ta' farag kbir kienet ir-risposta ta' Marija Ssma: " Naghmel dak li qed titlobni pero' irrid minnek li inti tghid tlett Ave Marijiet kuljum : l-ewwel wahda biex tirringrazzja lill-Missier Eetern talli tani setgha kbira kemm fis-sema kif ukoll fl-art; it-tieni wahda biex tonora lil Iben t'Alla talli tani tant gherf li jisboq bil-bosta dak ta' l-angli u l-qaddisin, it-tielet biex tonora lil-Ispirtu Santu talli ghamili tant hanina wara Alla."

Din il-weghda ta' Marija tghodd ghal kulhadd barra ghal dawk li jabbuzaw mill-hniena ta' Marija Ssma billi jibqghu jaghmlu d-dnub mohhom mixtrieh li hemm hija tintercedi ghalihom. Kien hemm minn objetta li hemm sporporzjon kbir li takkwista l-genna bi tlett Ave Marijiet kuljum. Izda P. Giambattista de Blois fil-kungress Marjan gewwa l-Isvizzera wiegeb hekk: " Jekk dan il-mezz jidhirlkom li hu sporporzjonat, hudha ma' Alla li ta din is-setgha lil Vergni Mbierkba. Alla hu padrun assolut tad-doni tieghu. U l-Vergni Ssma bil-qawwa ta' l-intercessjoni taghha tirrispondi b'generosita' proporzjonata ghal-imhabba immensa t'omm" L-element ta' din id-devozzjoni hu l-intenzjoni li nonoraw is-Santissma Trinita libbset lil Marija b'tant setgha, gherf u imhabba. Ma hux eskluz intenzjonijiewt ohra barra din principali. Hekk jikteb Fra Fedele, missjunarju: " Il-prattika tat-tlett Ave Marijiet tant iggib barka kbira. Sehh fejqan, konverzjonijiet, ghazla ta' vokazzjoni fejn kien hemm dubbji, rebh fuq il-passjonijiet, rassenjazzjoni fuq it-tbatija......."

 Sa l-ahhar tas-seklu li ghadda u fil-bidu ta dan attwali, din id-devozzjoni tat-tlett Ave Marijiet xterdet b'mod mghaggel ma' hafna pajjizi is-sahha ta' patri kappucin franciz P. Giovanni Battista di Blois, mejjghun minn shabu l-missjunarji. Saret prattika universali meta l-Papa Ljun XIII ta indulgenzi u ordna li c-celebrant jirrecita tlett Ave Marijiet wara il-quddiesa. Dan baqa' fis-sehh sa tmiem il-Koncilju Vatikan II. Il-Papa Giovanni XXIII u Pawlu VI taw barka specjali ghal dawk li jxerrduha.

 Hafna kienu l-qaddisin li xerrdu din id-devozzjoni. Biex insemmu xi ftit: San Geraldu Maiella, San Gwann Bosco li rrakommandha liz-zaghzagh tieghu, San Piju minn Pietralcina u San Giovanni B de Rossi li heggeg din r-recita tat-tlett Ave Marijiet ghall-konverzjoni tal-midinbin ostinati. Jekk bir-recita tar-Ruzarju niftakru fil-misterju ta' l-Inkarnazzjoni, jekk bir-recita tar-Ruzarju nimmeditaw il-misteri tal-hajja tas-Salvatur taghna, bir-recita tat-tlett AveMarijiet, nonoraw lis-Santissima Trinita' ghat-tlett privileggi koncessi lil Marija: is-setgha bhal omm Alla, l-gherf bhala omm Alla u l-imhabba bhala omm Alla.

 Min ihobb lil Marija ma ghandux jarah bi kbira li jaghti daqqa t'idd lil din l-Omm tas-sema fis-salvazzjoni ta' l-erwieh billi jtenni b'devozzjoni t-tlett Ave Marijiet. Inkunu fidili u kuljum nghidu dawn it-tlett Ave Marijiet ghas-salvazzjoni tal-midimbin. Jekk ix-xitan jaghmel hiltu kollha biex jisraq dak li Kristu akkwista bic-carcir ta' Demmu, ghaliex jiena ma naghmilx hilti biex nressaqhom ghand Marija biex hi tippresenthom lil Binha? IT-TALBA SHIHA: Marija, Omm Gesu' u Omm tieghi, iddefendini mill-hazen f'din il-hajja u fis-siegha tal-mewt, bis-Setgha li tak il-Missier Etern Sliema u Qaddisa Bis-sahha t' l-Gherf li bih zejnek l-Iben Divin tieghek Sliema u Qaddisa Bis-sahha ta' l-Imhabba li biha nissel fik l-Ispirtu Santu Sliema u Qaddisa. (MIN ISALVA RUH, JASSIKURA S-SALVAZZJONI TIEGHU - SANTU WISTIN

Make a free website with Yola