jesusandmary

 

 

 

IR-RUZARJU FIL-HAJJA U FIL-KITBA TAL-BEATU GORG PRECA

  

 

San Gorg Preca jew kif nafuh ahna l-Maltin, Dun Gorg, kien sacerdot devotissimu tat-Talba tar-Ruzarju. Hadem u stinka kemm felah biex ixerrdu fost l-Maltin u l-Ghawdxin. U kellu ghal xiex jemmen kemm hi qawwija u tiswa’ din it-talba marjana.  Ghadda minn esperjenza personali.

Fil-laqghat li kien jaghmel mal-membri tas-Socjeta’ tieghu tal-Muzew kien isemmi li kien jitlob hafna ghal ohtu Antonja,  li mietet qablu fis-sena 1900.  Jum wiehed dehrtilu u habbritlu li salvat minhabba it-talba tar-Ruzarju.  Qaltu b’vuci cara: “Gorg, lili din (il-kuruna) salvatni.” Wara din il-grajja Dun Gorg iddecieda li jxerred kemm jiflah id-devozzjoni lejn ir-Ruzarju, billi jippriedka fuqu u ppubblika ktieb fuqu biex jghallem kif ghandu jinghad bi profitt. Wasal biex kiteb katekizmu qasir  dwar ir-Ruzarju.

Ma kienx jonqos li ukoll jitkellem fuqu meta kien jaghmel xi sajda muzewmina. Lin-nies kien jghidilhom “ il-Vergni Marija tkun tistenniena sa nofs il-lejl biex insellmulha mqar b’ hames posti Ruzarju”.

Dun Gorg kien jifhem li t-talba tar-Ruzarju hija talba semplici u profonda, mezz ta’ virtu’ u ta’ salvazzjoni. Mhux hekk kienet ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Omm taghna tas-Sema kull meta dehret lilna bnedmin, li din it-talba hija mezz li nsalvaw ruhna u ta’ ghajnuna kbira biex jikkonvertu l-midimbin? Permezz tieghu nirc ievu kull grazzja.

Dan il-qaddis jispjega li din t-talba ghandha valur kbir minhabba l-fatt li jigbor fih talb vokali( dak li ahna nghidu bil-fomm) u talb mentali (il-meditazzjoni ta’ kull misteru).

Hu kien jemmen bis-shih li t-talb u l-meditazzjoni jeqirdu l-vizzju u jkabbru l-virtu’. Kien jghallem li t-talb vokali ghandu jsir minghajr ghaggla u jekk ir-Ruzarju jsir alternat( bejn zewg partijiet) parti ghandha tistenna lil ohra biex tispicca qabel tibda’ hi. Kien iwissi li l-ghaggla u tferfix huma l-qerda tad-devozzjoni .

IL-GMIEL TAR-RUZARJU:

Dun Gorg kien ihobb jispjega wkoll il-gmiel tat-talb vokali li fih ir-Ruzarju. Kien ifakkar li l-Missierna hi l-aqwa talba ghax harget minn fomm l-Iben t’Alla nnifsu u fiha

 

 nitolbu lil Alla Missierna bl-istess kliem ta’ Ibnu dak kollu li ghandna bzonn ghar-ruh u ghall-gisem. Anki l-Ave Maria, fl-ewwel parti taghha, ghandna l-kliem ta’ l-Anglu Gabrijel u ta’ Elizabetta lil Marija, kliem ta’ tifhir mill-oghla lil Marija. Fit-tieni parti ta’ din it-talba (il-Qaddisa) nitolbu lill-Madonna biex titlob ghalina issa u fis-siegha tal-mewt taghna. U ma jistax ikun li din it-talba, li ntennu lil Marija mill-inqas hamsin darba kull meta nirrecitaw ir-Ruzarju, ma tigbidx fuqna l-harsien specjali ta Marija tul hajjitna imma, b mod specjali, fil-hin serju meta nkunu se nidhru quddiem Alla biex inwiegbu ghal ghemilna ta hajjitna kollha.

Il-Gloria hi innu ta tifhir lil Alla wiehed fi Tliet Persuni. Din it-talba qasira kienet wisq ghal qalb l-erwieh qaddisa, fosthom San Frangisk t’Assisi, ghax jemmnu li b’xi mod tanticipa dak li se naghmlu fil-genna, fejn l-angli u l-qaddisin mhumiex jaghmlu hag’ohra ghajr ifahhru l Alla.

Il-Meditazzjoni tal-Misteri

Imma jekk ir-Ruzarju hu sabih ghat-talb vokali li fih, ir-Ruzarju hu aktar sabih minhabba li jigbor fih ukoll il-meditazzjoni fuq grajjiet mill-hajja ta’ Gesù u ta’ Ommu Marija. U f’din il-parti, imsejha mentali, ghax issir bil-fakultà tal-mohh, in-Nisrani jsib ghajnuna kbira biex minn din il- meditazzjoni jislet taghlim biex ikun jista’ jfassal hajtu fuq dik ta’ Gesù u ta’ Marija. Ghax, jekk ahna tassew inhobbuhom, din l-imhabba rridu nuruha  billi nharsu lejhom bhala l-Mudelli taghna u nsiru nixbhuhom. Mhux ta’ b’xejn li Dun Gorg isejjah ir-Ruzarju Skola ta’ Taghlim. Biex jghin fil-meditazzjoni tal-misteri, Dun Gorg kien jissuggerixxi li min jghid ir-Ruzarju jaghmel pawsa qasira wara li jikkontempla l-misteru sabiex igib hafif hafif x-xena li tkun relatata mal-misteru. Ghal dan il-ghan ukoll, fil-ktieb Ir-Ruzarju tal-Madonna Dun Gorg jaghti hafna dettalji fuq il- grajjiet imsemmija f’kull wiehed mill-misteri. F’kitba ohra jirrakomanda li dak li jkun ikollu xbieha ta’ kull wiehed mill-misteri biex izommha quddiem ghajnejh biex tghin l-immaginazzjoni tieghek biex tikkonsidra u biex tikkontempla l-imqaddes Ruzarju li tant tirrakomanda l-Madonna lill-fidili ta’  Gesù.

 Talb marbut mal-Misteru Dun Gorg kien ukoll jghidilna biex, qabel ma tinghad il-Missierna, dak li jkun jaghmel talba lill-Madonna ghal xi virtù relatata mal-misteru. Hekk, per ezempju, fit-tieni misteru tal-Ferh, fejn Marija li kienet ghadha kif saret Omm Alla, tmur issefter ghal tliet xhur ma’ mara xiha, Dun Gorg jissuggerixxi li nitolbuha li nkunu umli u karitattivi ma’ min hu fil-bzonn.

ITTRA TAL-PAPA FUQ IR-RUZARJU

Huwa fatt kurjuz li hafna mit-taghlim ta Dun Gorg dwar ir-Ruzarju jinsab tista’ tghid kollu kemm hu fl-Ittra Apostolika tal-Papa Gwanni Pawlu II li hareg fis-16 t Ottubru 2002 Rosarium Virginis Mariae fl-okkazjoni tal-bidu tas-Sena tar-Ruzarju. Bizzejjed wiehed jaqra’ din l-Ittra biex jara kemm dan hu minnu.

Imma dak li hu aktar kurjuz f’din l-Ittra sabiha tal-Papa li nirrakomandawha lill-qarreja taghna hu l-fatt li fiha l-Papa jaghtina wkoll sett ta hames Misteri godda tar-Ruzarju, imsejhin Misteri tad-Dawl biex jibdew jinghadu nhar ta Hamis, li jaqblu mal-hames Misteri godda li Dun Gorg kien ta lill-membri tal-Ghaqda tieghu fl-1957 u li hu jsejhilhom ukoll Misteri tad-Dawl.

 

Il-Misteri tad-Dawl

Il-Misteri tad-Dawl huma mehudin kollha mill-hajja pubblika ta Gesù, li fil- qosor nistghu nigbruhom hekk: (1) Il-Maghmudija ta Gesù fil-Gurdan, (2) Gesù juri min hu fil-Miraklu tat-Tieg ta Kana, (3) il-bidu tal-predikazzjoni  tieghu, (4) it-Trasfigurazzjoni fuq il-Muntanja Tabor, u (5) it-Twaqqif ta l- Ewkaristija fl-ahhar sena. Xi gurnali u rivisti barranin, l-aktar dawk tal-lingwa Ingliza, dakinhar li giet ippubblikata l-Ittra tal-Papa, osservaw li meta l-Papa tana dawn il-Misteri godda hu seta’ kien ispirat mill-Fundatur tal-MUSEUM li hu kien iddikjara Beatu f’ Mejju 2001.

B’ hekk f’daqqa wahda isem Dun Gorg, li f’hajtu tant ipprova jinheba’, issemma mad-dinja kollha kattolika. U f’dan ma nistghux ma narawx l-Id misterjuza ta’ Alla li ried li isem dan il- Qaddej fidil tieghu, bniedem li ghex dejjem fi spirtu ta’ orazzjoni u li tant habrek biex jghallem in-nies kif jitolbu, b’xi mod se jibqa’ marbut mat-talba l-aktar imxerrda fil-Knisja Kattolika. Naghlqu din il-kitba qasira bi kwotazzjoni ohra ta’ Dun Gorg: Imbierek min jghid bil-gabra r-Ruzarju, ghaliex l-ghedewwa l-ebda hsara ma jaghmlulu fir-ruh tieghu.

 

 

 

 

 

Make a free website with Yola