jesusandmary

 

 ERBA' PASSI MA' MARIJA SSMA.

 

 

 1. Nissiebhu ma’ Marija u narawha tilqa’ gewwa d-dar taghha f’Nazaret lil Anglu Gabirjiel li jswassliha l-ahbar li Alla ried li hija tkun l-Omm tieghu. Ix-xewqa kbira taghha kienet li dejjem taghmel ir-rieda ta’ Alla u ghalhekk accettat.

        Ghinni Marija biex jien inkun dejjem umli u ubbidjenti; aghmel li bhalek inkun kull hin u mument tal- gurnata generuz ma’ Ibnek biex nimxi wara Kristu kull fejn joghgbu jsejjahli.

 

2. Ingibu quddiem ghajnejna lil Marija Ssma titlaq minn Nazaret lejn fejn kienet toqghod il-kugina taghha Elizabetta biex tghinha f’dak li kienet tehtieg. Inti b’ferh kbir wassalt il-bxara t-tajba tal-migja ta’ Kristu fost il-bnedmin.

          Kun inti l-ghajnuna biex hafna zaghzagh ikunu generuzi u joffru hajjithom biex iwasslu lil Gesu’ lil ohrajn billi jikkonsagraw ruhhom lil Ibnek.

 

 3. Nilmhu lil Marija Ssma flimkien ma’ Binha Gesu’ u hbiebu l-appostli jifirhu u jiddevertu fit-tieg ta’ Kana. Inti bil-prezenza tieghek kont ta’ ghajnuna lil dawk l-gharajjes friski meta naqashom l-imbid u kienet ser tithassrilhom il-festa.

        Permezz tat-talb tieghek zommna hielsa minn kull periklu kemm tar-ruh kif ukoll tal-gisem u ghinna neghlbu dak kollu li jbeghdna minn Ibnek Gesu.

 

4. Ejjew naraw lil Marija Ssma hdejn is-Salib li fuqu Binha Gesu’ kien mislub ghal imhabba taghna. Kienet hemm mhux biex tehilsu mit-tbatija izda biex tfarrgu u ssahhah lil Binha halli jtemm is-salvazzjoni tal-bniedem waqt l-offerta tieghu lil Missieru.

       Nitolbuk ieqaf maghna fis-siegha ta’ mewtna u wassalna malajr ghall-ferh tas-Saltna ta’ Ibnek.

 

Make a free website with Yola