jesusandmary

 

 Id-Dehra ta’ Marija SSma lil Santa Katerina Laboure

 

’ Din id-darba Marija Ssma dehret lil wahda soru gewwa il-kappella tal-kunvent tas-sorijiet tal-karita’ f’Rue de Bac fi Franza fis-sena 1830. F’dan iz-zmien il-knisja kienet qed issofri minn persekuzzjoni li bidet mir-Rivoluzzjoni Franciza tas-sena 1789 . Il-grajja tal-Medalja mirakoluza sehhet fis-27 ta' Novembru 1830 gewwa Rue de Bac f'Parigi. Il-Vergni Mbierka dehret lil Swor Katarina Laboure' wahda mis-sorijiet tal-Kongregazzjoni tal-Karita' San Vincenz di Paoli. Is-soru ratha bilwieqfa imlibbsa bl-ilbies abjad b'riglejha fuq globu zghir, b'idejha miftuha u li minn subaghajha kienu hergin raggi ta' dawl.

 Fi kliem Swor Katarina, ir-rakkont tad-dehra tiddeskrivih hekk: " Kien is-Sibt 27 ta' Novembru, Sibt qabel l-ewwel Hadd ta' l-Avvent, fil-hamsa u nofs ta' wara nofs in-nhar, wara li temmejt il-meditazzjoni f'silenzju l-aktar profond, deherli li smjat minn naha tax-xellug tal-kappella hoss, bhal thaxwix ta' libsa ta' l-ghazel. Dawwart wicci lejn dik in-naha u lmaht l-Imqaddsa Vergni Marija fil-gholi hdejn il-kwardu ta' San Guzepp. Stajt nara lil wiccha, li ma kienx mghotti ghal kollox, u riglejha kienu jserrhu fuq globu jew ahjar fuq nofs globu, jew almenu jiena ma rajtx hlief nofsu. Idejha li kienu merfugha f'livell ta' qaddha, kienu qed izzommu b'mod naturali globu iehor, izda izghar fid-daqs li kien jirrapresenta d-dinja. Hija kellha ghajnejha jharsu lejn is-smewwiet u minn wiccha kienet hierga dija l-aktar qawwija u splendenti, filwaqt li ippresentat il-globu lil Mulej Sidna. F'daqqa wahda, subajha intlew bi crieket imzejna bl-aktar hagar prezzjuz, wiehed isbah mill-iehor, xi uhud minnhom zghar u ohrajn kbar.

 Ikoll bdew jixhtu raggi ta' dawl jiddi. Waqt li jiena kont attenta nahseb fuq dan kollu, il-Vergni Mqaddsa baxxiet ghajnejha lejja, u smajt vuci li tghidli: " Dan il-globu jirrapresenta id-dinja kollha b'mod partikulari lil Franza u kull persuna ...." Hawn jiena ma nistax infisser dak li rajt u ghaddejt minnu, is-sbuhija u l-isplendur tar-raggi hekk qawwija!... U l-Vergni kompliet tghidli: " Ir-raggi huma simboli tal-grazzji li nixhet fuq il-bnedmin li jitolbuni." B'hekk hi riditni nifhem kemm hi haga sabiha li titlob lil Vergni Mqaddsa u kemm hi generuza ma' dawk li jersqu lejha jitlobuha. U kemm grazzji hija taghti lil bnedmin li jitolbuha u x'ferh thoss Marija li tikkoncedihomlna.

 Hekk hu beda jifforma madwar il-Vergni Marija bhal kwadru forma ovali u madwaru wiehed seta' jaqra dawn il-kelmiet miktuba bid-deheb: "O Marija, imnissla minghajr htija itlob ghalina ahna li nirrikorru lejk." Imbaghad smajt vuci li qaltli: " Aghmel kopja ta' din il-midalja fuq dan il-mudell; kull min igib din il-midalja jircievi grazzji kbar, specjalment jekk jilbisha madwar ghonqu. Il-grazzji ikunu abbundanti jekk igibha bil-fiducja." F'daqqa wahda deherli li l-kwadru dar ta' wara quddiem u rajt in-naha l-ohra tal-midalja. Kien hemm il-monogramma ta' Marija, ossija l-ittra M imqieghda fuq salib, u bhala bazi ta' dan is-salib kien hemm l-ittra I, monogramma ta' Gesu', Jesus.

 Taht dawn iz-zewg monogrammi kien hemm il-Qlub Imqaddsa ta' Gesu' u Marija, wahda mdawra b'kuruna tax-xewk u l-ohra minfuda b'sejf." Fost dawk id-djamanti kien hemm xi uhud li ma kienux jarmu r-raggi. Filwaqt li stghagbet b'din il-haga, Marija qaltilha: " Id-djamanti li ma humiex jarmu ir-raggi huma l-grazzji li wiehed jinsa jitlobni." Sentejn wara din id-dehra, jigifieri fis-sena 1832, din il-medalja giet mahduma u mxerrda mad-dinja kollha. Fost dawk li rcevew il-midalja kien hemm swor Katarina Laboure li bieset ghal bosta drabi dik ix-xbiha. Ma tantx riedet xi sforz kbir biex tinxetred din il-midalja ghax il-grazzji u l-mirakli li sehhew kemm ghall-gid tar-ruh kif ukoll ghall-gid tal-gisem kienu jitkellmu wahedhom. U kien ghalhekk li din il-midalja bdiet tissejjah "mirakuluza."

Make a free website with Yola