jesusandmary

  


IL-VIRTU’ TAL-HNIENA F’MARIJA

Xi xahrejn ilu marti, ibni ckejken u jiena morna fuq vjagg pjuttost twil matul tmiem il-gimgha fuq il-Mlied. Wara jum sabih ta’ sewqan konna qed nirritornaw lura lejn id-dar meta ndunajt li l-fuel beda jonqos u zgur li ma kontx ser nasal id-dar bli kien fadal fit-tank. Lo!!!! 20 minuta wara waqaft tlett mili ‘l boghod mill-eqreb villagg.

Kien qed iraxxax id-dlam u bdiet ukoll niezla xi xita hafifa. Il-karozzi bdew ghaddejjin minn ma’ gebna qishom rih.  L-unika haga li stajt naghmel kien li nohrog mill-karozza u nitlob l-ghajnuna lil xi sewwieq ta’ qalbu tajba.

Ghal 10 minuti ghamilt is-sinjal biex xi hadd jieqaf u f’qalbi tlabt lill-Vergni Qaddisa ghal assistenza. Izda bhal inkejja, is-sewwiqa kienu jnaqqsu l-giri tal-vettura meta jkun qrib tieghi, biex meta jaslu, itiru mill-gdid minn hdejja.

Imxarrab bix-xita u mrezzah bil-ksieh, ergajt lura lejn il-karrozza kollni hosbien kif ser naghmel biex nirranga s-sitwazzjoni u nasal lura lejn id-dar qabel ma jkompli jidhol aktar il-lejl.

Ma domtx wisq f’dik is-sitwazzjoni ta’ stennija, li ma narax karozza tieqaf quddiemi.  In-nies ta’ go fiha kienu mera taghna. Koppja zghira b’tifel ckejken fuq wara. Il-mara nizzlet il-hgiega tat-tieqa u stasietni jekk kellnix bzonn ta’ ghajnuna.  Tlabtha jekk setghux ikunu ta’ qalb generuza u jgibulna gallun fuel.

“ Certament,” qalet il-mara, “Emmini li kien hemm cirkustanzai meta anke ahna spiccalna l-fuel f’nofs ta’ triq.”

Kienu lura f’ghaxar minuti.  Ma kellix kliem biex nirringrazzjahom u hallasthom tal-fuel. Fi triqti lura  radd il-hajr lil Marija Ssma li semghet talbi fis-siegha tal-bzonn u talli ghallmitni lezzjoni kbira fil-virtu tal-hniena.

Li tkun hanin ifisser li tnissel fih attitudni ta’ kompassjoni lejn il-mizerja u l-htigijiet ta’ haddiehor, attitudni li tird tissarraf f’azzjoni.  Li jkollok qalb li taf thenn ifisser li trid twarrab l-egozimu u tidhol ghas-sagrificcju bhal dik il-koppja li assistit il-familja wieqfa fil-karozza bla fuel.

Irridu nistaqsu lilna nfusna jekk hux qed nifthu qalbna ghal dawk inqas ixxurtjati minna.  Jekk le, jew mhux bizzejjed ingibu quddiem ghajnejna  lil Imqaddsa Vergni Marija bhala mudell.

Marija, li ahna nsejhulha Omm l-aktar Hanina, ghaddiet hajjitha tkun ta’ servizz ghal ohrajn. Filwaqt li tbatijiet kienu qed jistennewha, hija ghazlet li tkun Omm Alla ghal imhabba tal-bniedem fid-dnub.  Hija gabet fid-dinja ghalina l-bnedmin, lil Kristu Gesu’ – Imhabba Nkarnata .  Marija Ssma li qatt ma hija  ‘l boghod mill-morda jew dawk li qed jigu persegwitati jew fi bzonnijiet ohra turina kif ghandna nghixu b’qalb miftuha ghal ohrajn.

Ahseb ftit kif Marija salvat lit-tarbija Gesu’ mill-persekuzzjoni ta’ Erodi billi flimkien ma’ Guzeppi harbet lejn l-Egittu.

Ahseb kemm Marija nkwetat ghal gharajjes ta’ Kana meta ndunat li naqsilhom l-imbid: tablet lil Gesu biex jibdel l-ilma f’imbid.

Bhal Marija li marret izzur lil qaribitha Elizabetta meta saret taf li kienet ser issir omm u baqghet maghha tghinha fil-bzonnijiet taghha ghal tlett xhur. Bhalha rridu ninsew lilna nfusna u nkunu ta’ servizz ghal haddiehor.

Aghtu harsa madwarkom u araw dinja mkissra.  Inkunu sensittivi lejn dawk taht toqol ta’ salib – lil dawk li jbatu l-guh, lil dawk li huma bla djar, lill-fqar, lill-morda, lill-habsin u lil dawk li huma mdejqa.  Itlob, ahfer, kun ta’ konfort. Xaqleb dejjem lejn in-naha tal-hniena.

Marija Ssma  li hija msejha, Regina tal-Hniena, tistedinna biex ninghaqdu mal-familja nobbli taghha. Kif jghid William Shakespeare li nobbli hu minn jilbes l-insigna ta’ hniena.

 

Make a free website with Yola