jesusandmary

 

 Is-Sinjura ta’ Guadalupe.

 L-imperu ta’ l-Azteki jaqa’ taht il-qawwa tal-forzi Spanjoli. F’inqas minn 20 sena wara, 9 miljun abitant ta’ art li ghal bosta sekli kienet tipprofessa religjon lejn allat foloz u taccetta sagrificcji umani offruti lil allat, ikkonvertew lejn il-Kristjanezimu. X’kienet ir-raguni ghal din il-bidla? Hafna huma l-mirakli li sehhew bl-intervent ta’ Ommna Marija ta’ Guadalupe. Kwazi kull sena 10 miljun ruh izur din il-Bazilka, wiehed mill-aktar santwarji popolari fid-dinja kattolika. B’kollox 24 papa onoraw ufficcjalment lis-Sinjura ta’ Guadalupe; il-papa Gwann Pawlu II zarha 4 darbiet fis-sena 1979,1990, 1999 u fil-31 ta’ Lulju 2002 fl-okazzjoni tal-kanonizzazjoni ta’ Juan Diego li lilu dehret Marija Ssma. Juan ikkonverta ghall-kattoliku bejn is-snin 1524 u 1525 u tghammed flimkien ma’ martu Marija Lucia li mietet fis-sena1529. Xoghlu kien li jahdem fl-ghelieqi u jaghmel it-twapet. Wara l-mewt ta’ martu, huwa mar jghix ma’ zijuh Bernardino. Biex jaqdi dmirijietu ta’ nisrani huwa kien jimxi ghal bosta mili halli jasal fil-knisja u hemm jattendi ghall-quddies u t-taghlim tal-katekizmu. Wara l-miraklu ta’ Guadalupe huwa halla kollox warajh u ingabar f’kamra hdejn il-kappella minn fejn huwa kien jippropaga d-devozzjoni marjana u ewkaristika lil dawk li kienu jmorru izuruh. B’permess spejali huwa kien jitqarben tlett darbiet fil-gimgha.

 Fid-9 ta’ Dicembru 153, kien fi triqtu lejn il-knisja, u kellu jaqsam l-gholja Tepayac biex jasal hemmhekk. Fit-telgha ta’ l-gholja huwa iltaqa’ wicc imbwicc ma’ mara sabieha ta’ gilda skura imdawwra f’ballun ta’ dawl jiddi daqs ix-xemx. Kelmitu bid-djalett tieghu u saqsietu fejn kien sejjer. Huwa wegibha li kien fi triqtu lejn il-knisja biex hemm jaghti qima lil Alla u jitghallem il-katekizmu. Is-Sinjura wegbitu: “ Jiena l-Vergni Mqaddsa Marija, Omm Alla, il-Kreatur tal-Holqien kollu, irridek li tmur ghand l-isqof u tghidlu biex jibnili knisja dedikata ghal –unur tieghi. Jiena nkunu ghalikom Omm li tisma’ il-karbiet taghkom u nkunilkom wkoll ta’ konfort ghad-dwejjaq li ggarrbu. Il-knisja irridha tkun mibnija hawn fl-istess lok li fiha jiena qed inkellmek.” Juan ghamel kif qaltlu Marija, imma hass ruhu disappuntat meta r-risposta ta’ l-isqof kienet wahda negattiva. Huwa rah lilu niffsu bhala dik il-persuna li ma tiswiex biex twassal il-messagg ta’ Marija Ssma. L-ghada huwa rega’ mill-gdid iltaqa’ mal-Vergni Marija fl-istess lok bl-istess talba.

 Talabha biex tehilsu minn din il-missjoni ghax hu ma kienx jinqala’. Izda Marija Ssma baqghet tinsisti li kellu jkun hu li jwassal x-xewqa taghha ghand l-isqof. L-ghada Juan sab ruhu quddiem l-isqof u ressaqlu l-istess talba. Din id-darba l-isqof talab sinjal ta’ prova biex ikun jaf min kienet din is-Sinjura. Juan irrotorna lejn l-gholja biex jiltaqa’ ma’ Marija li qaltu li l-ghada kellu jmur ghal darba ohra hemmhekk biex tipprovdilu dan is-sinjal. Sfortunatament l-ghada Juan ma irritornax ghax zijuh kien marid serjament u kellu bzonn l-ghajnuna tieghu. Wara jumejn, meta Juan kien qed jigri biex isib qassis biex jassisti ma’ zijuh, jahbat mill-gdid wicc imbwicc mas-Sinjura tas-Sema. Assiguratu li zijuh kien sejjer ifieq u amritlu biex jiehu t-tilma tieghu (il-kapott) u fih jigbor il-ward ta’ l-gholja fejn kien jaraha, minkejja li dak ma kien iz-zmien li jikber il-ward, minhabba il-kesha tax-xitwa. Juan ha dawn il-fjur ghand l-isqof u hekk kif fetah it-tilma biex ixerred dan il-ward f’riglejn l-isqof, xbiha tal-Vergni Mqaddsa dehret fuqhu, precizament kif kien iddeskriviha. L-ghada Juan urieh il-lok fejn Marija Ssma riedet li timbena l-knisja. Wara rritorna lejn il-villagg fejn b’ghageb kbir tieghu sab li zijuh kien fieq miriklozament. Zijuh irrakontalu li waqt li Juan kien ‘l boghod minnu, ra zaghzugha mdawwra b’dawl li qaltlu li kien hi li baghtet lin-neputi tieghu ghand l-isqof bix -xbiha taghha u kompliet tghidlu : “ Sejhuli u semmghu x-xbiha tieghi Santa Marija ta’ Guadalupe.”

 Maz-zmien il-knisja tbiddlet f’bazilka. Ghal aktar minn 400 sena, it-tilma nzammet b’devozzjoni u qima l-aktar kbira. Ix-xibha tirrapresenta lill- Vergni Mbierka mdawwra b’dawl tas-sema u mzejna bil-kwiekeb ta’ sema xitwi. Kurzitajiet Ix-xjenza moderna ghalkemm poggiet il-mantell jew tilma taht il-lenti taghha qatt ma seghtet issib tifsira ghaliex dik it-tilma li ma kelliex isservi ghal aktar minn ghoxrin sena ghadha sal-lum, aktar minn 450 sena wara ta’ l-istess karattru bhalma kienet fis-sena1531.

F’Novembru 14, 1921 fatt kurjuz hafna iqieghed dik it-tilma mirakoluza taht il-protezjoni divina. Haddiem bl-isem ta’ Luciano Perez, dahal fil-knisja biex iqieghed kuruna ta’ fjuri quddiem ix-xbiha mirakoluza tal-Vergni Mbierka. Gol-kuruna tal-fjuri heba bomba li splodiet meta huwa hareg mill-knisja. Il-hsara kienet kbira, it-tarag ta’l-artal maggur inqered kif ukoll ghaddew mill-istess hsarat il-kandelabri kif ukoll il-hgieg tad-djar vicin. Izda il-hgiega li kienet tipprotegi ix-xbiha baqghet intatta.

Fis-sena 1936 ezami mill-professur Fritz Hahn, ta’ zewg fibri kulur ahmar u isfar, mehuda minn fuq it-tilma jikkonkludi li dawn iz-zewg fibri ma ghandhomx kulur artificjali, la minerali, la vegitali, la animal u anqas sitentiku. Fis-sena 1951 Jose’ Carlos Salinas Chavez, waqt li kien qed jezamina fil-profond ritratt tal-wicc tax-xbiha, jiskopri xbiha ta’ ragel bil-baffi rifless kemm fl-ghajn ix-xellugija tal-Vergni kif ukoll dik il-leminija. Hafna nies ohra kellhom l-opportunita’ li jaghmlu ezami fil-profond ta’ ghajnejn il-Vergni fuq it-tilma, inkluz numru ta’ aktar minn ghoxrin tabib ta’ l-ghajnejn lkollha waslu ghal istess konkluzzjoni li dik ix-xbiha riflessa hija ta’ Juan Diego.

Make a free website with Yola