jesusandmary

 

 

 

IL-QAWWA TAR-RUZARJU 

KIF KIENET IMQASSMA L-AWSTRIJA BEJN L-AMERKA,L-INGILTERRA, FRANZA U S-SOVJETICI.

Vjenna

Il-fidi u l-morali tal-poplu kienu fil-livelli l-aktar baxxi taghhom fil-bidu ta’ dan is-seklu. Fis-sena 1917 Omm Alla dehret lit-tlett rghajja Portugizi gewwa Cova D’Ira u talbithom biex jitolbu u jaghmlu penitenza halli l-popli jindmu minn dnubiethom u jduru mill-gdid lejn Alla.

F’Mejju tas-sena 1955 il-Krucjata tar-Ruzarju Mqaddes, bl-intercessjoni tar-Regina tar-Ruzarju Mqaddes, il-Patruna taghhom, kienet xhud ta’ miraklu – l-irtirar tat-truppi Sovjetici mill-Awstrja.

L-umanita’ li ghaddiet mill-kefrija ta’ tbatijiet li jwahhxu ta’ l-ewwel gwerra dinjija, kellha tgawdi l-paci jekk il-bnedmin jaghtu kaz tal-kliem tas-Sinjura taghna, Omm Gesu’. Jekk le kellhom jghaddu minn kefrija l- aktar iebsa li tizbarazza pajjizi shah minn wicc id-dinja; il-knisja, imwaqqfa minn Binha kellha tghaddi minn persekuzzjonijiet, u l-Papa, kap taghha kellu jgahddi minn tribulazzjoni kbar.

IL-KASTIG

Il-kankru tad-dnub kien qed inawwar b’mod mghaggel dik li darba kienet imsejha c-Civilizazzjoni Nisranija. Il-fidili nsew u warrbu ghal kollox il-ligi t’Alla. Nibtet krizi fil-knisja meta sahansitra isqfijiet kienu fil-miftuh jisfidaw il-Magisteru tal-Knisja.

Spiccat it-tieni gwerra dinjija u d-dinja baqghet xorta wahda mifnja mill-glied. Xi whud bassru li jekk ma nwaqqfux ir-rotta li hadet id-dinja prezenti ser naslu biex tibda’ it-tielet gwerra dinjija.

L-IMGHODDI JEW LI GEJ?

Dan hu l-istat prekarju tad-dinja f’zewg kelmiet. Imma x’seta’ kien ikun, li kieku l-bniedem sema’ il-messagg ta’ l-Omm hanina ? L-istorja fil-qosor tista’ tifthilna ghajnejna u toffrilna solliev.

Meta l-Awstrja nghaqdet mal-Germanja f’Marzu tas-sena 1938, id-destin taz-zewg nazzjonijiet gie ssigillat u l-hsarat li garrbet l-Germanja mill-aggressuri tan-Nazi batiethom ukoll l-Awstrija.

Wara li ntemmet il-gwerra, l-allejati qasmu lil Awstrija f’erba’ zoni li kellhom ikunu amministrati mill-Amerka, Ingilterra, Franza u l-Unjoni Sovjetika. Il-parti li messha l-Unjoni Sovjetika kienet l-aktar parti sinjura f’dak li huma

Kien quddiem din ix-xbiha li il-patri kappuccin sema’ vuci interjuri tghidlu: “Aghmel dak li nghidlek u intom ikollkom il-paci.”

agrikultura, bjar taz-zejt u industrija. Vjenna wkoll kient maqsuma f’erba zoni.

Il-Germanja ghaddiet mill-istess destin.

L-GHANIJIET SOVJETICI

Fi zmien sentejn, il-Germanja rnexxilha takkwista certu livell ta’ indipendenza politika fiz-zoni Amerikani, Inglizi u Francizi. Twieldet b’hekk ir-Repubblika Federali tal-Germanja. Minkejja li ghaddew is-snin l-Awstrja ma kienitx ittratta bl-istess mod.

F’nofs is-seklu 20 hekk kif il-gwerra bierda kienet dahlet gmielha, kien evidenti li l-Unjoni Sovjetika ma kellha ebda intenzjoni li tabbanduna t-territorju li kienet tokkupa fil-Germanja tal-Lvant jew il-parti li kien miss lilha mill-Awstrija

“AGHMEL DAK LI NGHIDLEK.”

Ikkunslat mit-talb ta’ sorijiet qaddisa, sacerdot Kappuccin, Fr. Petrus Pavlicek, mar pelleggrinagg gewwa Mariazell, li hu santwarju principali marjan gewwa l-Awstrija biex jitlob l-ghajnuna ta’ l-Omm t’Alla ghal-pajjizu f’dawk iz-zminijiet koroh. Fit-2 ta’ Frar 1946, il-festa tal-Kandlora, hekk kif kien qed jitlob b’herqa kbira quddiem ix-xbiha mirakuluza ta’ Marija sema’ vuci interjuri tghidlu: “Aghmel kif qed nghidlek u jkollkom il-paci.”

Biex jimxi fuq dak li ordnatlu s-Sinjura, Fr. Pavlicek waqqaf krucjata ta’ Tpattija bir-Ruzarju Mqaddes, fis-sena 1947. Hafna u hafna Awstrijaci dahlu jiffurmaw parti minn din il-Krucajta biex bit-talb tar-Ruzarju jikkonvertu l-midimbin, terga’ issaltan il-paci fid-dinja u l-Awstrija tikbes mill-gdid il-helsien.

Filwaqt li s-superjuri tieghu approvaw l-hidma tal-Kappuccin, ma setghux jghinuh finanzjarjament. Madankollu l-isqof ta’ Leira, Portugal, ghinu biex jakkwista statwa tal-Madonna ta’ Fatima mahduma mill-iskultur li kien hadem ix-xbiha originali tas-Sinjura Pellegrina . Huwa kien johodha f’pellegrinaggi madwar l-ibliet u irhula ta’ l-Awstrija u jfakkar lill-fidili fix-xewqa qawwija tas-Sinjura tas-Sema li jikkonvertu l-midimbin.

HEGGA GHALL-ERWIEH

Fr. Pavlicek kellu herqa kbira ghall-konverzjoni ta’ l-erwieh. Huwa kien jistieden lill-midimbin biex jirrikonciljaw ruhhom ma’ Alla billi jqerru. Meta kien qed jippridka gewwa 11 il-villagg fir-regjun ta’ Amstetten, il-patri kappuccini sema’ 6,000 qrara. F’okkazjoni ohra huwa dam tlett ijiem, lejl u nhar iqarar il-penitenti. Bil-hidma appostolika tieghu msoqqija bit-talba tar-Ruzarju, il-patri ressaq hafna erwieh imbieghda lejn Alla.

Jum wiehed Fr. Pavlicek iltaqa’ ma’ ragel jimbotta karru mimli silla f’telgha u immedjatament mar jaghtih l-ghajnuna. Billi l-qassis kien mohbi mill-bidwi bil-qattet tas-silla, kien biss meta waslu fuq il-quccata ta’ l-gholja li r-ragel induna bih. Dar lejn il-benefattur tieghu u stqarr: Issa fhimt ghaliex il-karru kien hafif “ Wara li tkellmu xi ftit, il-patri sema’ il-qrara tieghu fuq il-post.

NASSEDJAW IL-GENNA

Kien f’Settembru 1948 meta Patri Pavlicek introduca l-Krucjata tieghu fi knisja tal-Kappuccini gewwa Vjenna. Il-qofol tat-twaqqif taghha kien is-sagrificcju tal-Quddiesa, priedki, qrar, tberik tal-morda u recta tar-Ruzarju. Sejjah dawn l-atti religjuzi “bhala assalti ta’ talb u assedju tas-sema.” Il-paci hija rigal minn Alla mhux ix-xoghol tal-politici” kien jghid lill-kompatriotti tieghu. U dawn ir-rigali nircevuhom biss minghand Alla bit-talb li jassejda s-smewwiet bhalma ma s-suldati jassedjaw fortizza bit-tama u determinazzjoni.

Il-purcissjonijiet bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima f’kull 13 tax-xahar tant kibru li l-kappuccin haseb biex jaghmel purcissjoni annwali li fiha jistieden il-parrocci kollha ta’ Vjenna biex jinghaqdu halli jonoraw lir-Regina tas-sema u l-art. U ghazel it-12 ta’ Settembru li tahbat il-festa ta’ l-isem imqaddes ta’ Marija bhala l-jum tal-purcissjoni annwali.

Papa Innocent XI stabbilixxa din il-festa fis-sena 1683 biex tkun imfakkra r-rebha ta’ l-insara fuq it-torok bl-intercessjoni ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija . Ried li f’din id-data jitolbu lil Marija biex l-Awstrija jkollha helsien mill-kommunizmu.

GHAJNUNA MINN FUQ

Ghalkemm il-patri kappuccin stieden lill-kardinal ta’ Vjenna Theodor Innitzer biex jiehu sehem f’dawn il-purcissjonijiet marjani, il-kardinal irrifjuta. Fil-fatt il-primat ta’ l-Awstrija kien kontra li Pavlicek jiehu x-xbiha fil-knisja tal-kappuccini billi qal li diga hemm xbiha. “Sinjura hija wahda” il-kardinal rrimarka lil Pavlicek, li wara ghadd mat 35 figura different tal-Vergni Imbierka fil-Katidral.

Imma l-pressjoni pubblika gaghlet lill-kardinal jcedi u jattendi. Mhux hekk gab ruhu l-Prim Mistru ta’ l-Awstrija Leopold Figl. Dan accetta mill-ewwel u assigura lil patri Pavlicek mill-partecipazzjoni tieghu. “Anke jekk inkunu jiena u inti biss, nigi. Pajjizna jehtieg u jitlob dan id-dover minna.”

L-istatwa attwali tal-Madonna ta’ Fatima

Kien ikun prezenti bix-xema u l-kuruna tar-Ruzarju flimkien mal-ministri tal-kabinett tieghu kull darba li kien jintalab li jaghmel hekk. U meta Julius Raab ha l-inkarigu ta’ Prim Ministru flok Figl kompla din l-uzanza religjuza.

Il-Krucjata kompliet tinxtered ma’ l-Awstrja kollha u sahansitra fil-Germanja u Svizzera. Kull imsieheb kien jitolb ghall-konverzjoni tal-midimbin, paci fid-dinja u liberta ghal Awstrija.

PROVA TA’ FIDI

Waqt dawn iz-zminijiet bdew isiru laqghat bejn l-Allejati u delegazzjoni mill-Awstrja gewwa Londra biex tinstabsoluzzjoni konklussiva ghad-destin ta’ l-Awstrja. B’kollox saru 260 laqghat.

Il-gwerra bierda issahhet u l-kommunizmu irfina l-metodi tieghu tal-persekuzzjoni religjuza fil-pajjizi okkupati. Jidher li Alla ried jghaddi mill-prova l-fidi ta’ dawk li kienu jitolbu hekk herqana ghall-helsien ta’ pajjizhom.

Wara l-prova giet il-grazzja. F’Marzu 24. 1955 is-Sovjetici stiednu lill Awstrijaci biex jattendu ghall-konfernza gewwa Moska. Raab il-Prim Miistru li emmen li wasal iz-

Il-Prim Ministrtu Raab lil awstriaci t-trattat ta’ helsien totali minn kullokkupazzjoni

zmien tal-helsien talab lill-Patri Pavlicek biex jitlob hu u l-Krucjata tieghu, aktar minn qatt qabel.

Sorpriza kbira ghad-dinja kienet li s-Sovjetici habbru li kienu ser jirtiraw t-truppi taghhom mill-Awstrija fi zmien tlett xhur. Fil-15 ta’ Mejju l-Allejati ffirmaw trattat li jiggarantixxu l-indipendenza totali lill- pajjiz. Issa l-Awstrija kienet hielsa minn kull xkiel, specjalment dak Sovjetiku.

L-ahhar suldat sovjetiku halla l-art awstriaka fis-26 ta’ Ottubru tas-sena 1955, xi haga li setghet biss tinghad gewwa l-Germanja fis-sena 1995.

Ghal din l-ahbar l-awstrijaci hargu bi hgarhom jirringrazzjaw lil Marija ta’ Fatima bir-Ruzarju.

Make a free website with Yola