jesusandmary

 

MARIJA L-MARA UBBIDJENTI


"Mhux min jghidli Sinjur, Sinjur jidhol fis-saltna tas-Smewwiet, izda min jaghmel il-volonta' ta' Missieri dan jidhol fis-Saltna tas-Smewwiet." Gesu' Kristu. Kliem car u bla tidwir.  Jakkwistaw il-ferh etern min jobdi l-Ligi ta' Alla. B'mudell biex nimxu f'din it-triq ghandna lil Gesu' li qal espressament lil Appostli: "Jiena ma gejtx biex naghmel ir-rieda tieghi, izda r-rieda ta' Dak li baghtni."

Ikompli jaghtina ezempju Gesu', meta fil-gnien tal-Getsemani huwa talab lil Missier tieghu biex jekk jista' jkun iwarrablu dak il- kalci," izda mhux kif irrid jiena, izda kif trid inti jkun maghmul."

"Jiena il-qaddejja tal-Mulej," wiegbet Marija, "Ikun minni skond kelmtek." (Luqa Kap 1 vers 38 )

Marija ma kienitx qed tistenna z-zjara ta' l-anglu Gabirjiel. Iz-zjara tieghu hasditha u bezzghitha. Madanakollu minkejja il-konfuzjoni u l-biza' Marija ma harbitx mis-sitwazzjoni.  Hija qaghdet tisma' bl-attenzjoni l-ahbar li gabilha. Imbaghad staqsiet mistoqsija semplici: " Kif ikun dan?" Marija ma oggezzjonatx is-sejha t'Alla fuq hajjitha.  Talbet biss spejgazzjoni biex tifhem xi haga li kienet opposta ghall-ligi naturali. Meta l-anglu wegibha, hija baxxiet rasha ghar-rieda t'Alla.   " Ma nistax nifhem id-dettalji kollha kif dan ser jigri, imma Mulej jiena nafda fik u naghzel li nkun il-qaddejja ubbidjenti tieghek." Dan kien il-kliem ta' Marija.    Kien it-talb, u l-ghozza ta' valuri religjuzi, l-kawza li Marija kienet mara ubbidjenti. L-ubbidjenza taghha ma gietx mix-xejn.

Marija basret il-problemi li kien ser ikollha thabbat wiccha maghhom meta baxxiet rasha ghall-missjoni li ghazilha Alla. Imma b'kalma kbira hija emmnet li jekk dak kien il-pjan ta' Alla ghaliha, dak kien l-ahjar pjan. U dan jghidilna xi haga fuq r-relazzjoni ta' Marija ma' Alla.  Kellha fidi profonda u kbira biex toffri lilha nnfisha u toqghod ghal dak li ried Alla minnha. U kawza t'hekk Alla zejjinha b'kull virtu u privilegg li seta' jaghti lill-bnedmin. Li Marija hija mara l-aktar qaddisa, li Marija hija Mmakulata, minghajr ebda htija ta' dnub, li Marija giet imtella' is-sema bir-ruh u bil-gisem u l-bqija huma effett u rizultat ta' l-ubbidjenza taghha lejn Alla.

Kemm il-genituri ta' Marija kif ukoll dawk ta' Guzeppi l-gharus taghha zgur li ghaddew minn konflitti emozzjonali kbar izda fl-ahhar wara l-burraxki gie l-bnazzi.  Guzeppi li ried jitlaq lil Marija bil-mohbi kellu zjara fil-holm mill-anglu li wissieh biex jiehu lil Marija b'martu ghax dak li kellha fi hdanha kien l-Iben t'Alla li meta jitwieled kellhom issemmhu bl-isem helu ta' Gesu'.

Kultant Alla jitlob minna hwejjeg li jqanqlu kritika minn dawk ta' madwarna. Kultant li nobdu r-rieda ta' Alla tinvolvi certu skomdu li mhux dejjem niehdu pjacir bih. Ghalkemm Marija sabet grazzja quddiem Alla, hajjitha ma kienet xejn ward u zahar. U wara li kienet diga ghaddiet minn prova biex issib kenn halli twelled lil Binha Gesu', u dan ghamlitu gewwa ghar, billi hadd ma offrielha kenn, issa hadet konferma ohra li hajjitha ser tkun wahda tat-tbatija u sofferenza meta fit-tempju Simewni habbrilha li dan Binha ser ikun stallet li jinfidilha qalbha. Kellha tkun prezenti ghall-passjoni ta' Binha u tippartecipa fiha minghajr ma tista' biss tgholli subghajha iz-zghir biex tissoleva t-tbatija ta' Gesu'.  U zgur li matul il-missjoni pubblika ta' Gesu' min jaf kemm waslulha ahbarijiet li spiss il-kbarart riedu jonsbu lil Binha.  Nahseb  li Marija wasslulha l-bxara li l-Lhud riedu jitfghu lil Binha minn fuq l-gholja ghal isfel biex joqtluh; u forsi Marija ma ddispjacihiex li riedu jaghmlu dan lil Binha meta Binha hlief gied ma riedx jaghmel?

Il-prova taghna tal-fidi u l-fiducja f'Alla tigi mill-ubbidjenza taghna Lejh. Inharsu lejha u nitolbuha tmexxina fit-triq ta' l-ubbidjenza halli nimxu wara Gesu'.


Make a free website with Yola