jesusandmary

MARIJA SSMA U S-SAGRAMENT TAL-QRAR.

Meta Marija Ssma dehret lir-rghajja gewwa Fatima, talbithom jitolbu wisq ghall-midimbin biex dawn jikkonvertu u ma jaqghux f’halq ix-xitan ghal-eternita’. Il-konverzjoni tfisser waqmien mid-dnub. “Mur u tidnibx izjed,” kien jghid Gesu’ lill-midimbin ta’ zmienu u hekk jghid lill-midimbin ta’ zminijietna, inkluzi ahna li xi ftit jew wisq morna kontra l-ordni ta’ Alla, il-Kreatur taghna.

Il-grazzja t’Alla tfejjaqna u tehlisna minn kull irbit tad-dnub. Is-sagrament tal-Qrar jghinna infejqu d-dizordni ta’ ruhna. Il-messagg ta’ Marija Ssma Omm Gesu li ghadditilna gewwa Fatima ghadu jghodd u validu fil-gurnata tal-lum. Theggigna Marija biex inhabbtu fuq il-Qalb Immakulata taghha bit-talb u l-pentenza halli titlob lil Binha jaghti l-Grazzja Tieghu lill-midimbin biex ihallu t-triqat hziena taghhom u jersqu lejn il-qdusija.

Mhux bizzejjed li nitolbu l-ghajnuna ta’ din l-omm spiritwali taghna: il-midneb jehtieg li jkollu rieda li jdur mill-hajja hazina tieghu u jkisser l-irbit tad-dnub li jostakola l-mixja spiritwali. Dan isehh bis-Sagrament tal-Qrar li permezz tieghu jinhafrulna dnubietna biex nibdew hajja gdida.

Marija Ssma hija kenn tal-midimbin u ghall-midimbin .F’kelma wahda hija kenn taghna lkoll ghax ahna ilkoll midimbin. Hekk nitolbuha lil Marija Ssma fit-talba sabiha tas-Sliema:  Itlob ghalina midimbin issa u fis-siegha tal-mewt taghna.

Nersqu lejha u nitolbuha tmexxina Hi lejn is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni li hallilna Binha bhala mezz biex nippurikaw ruhna mid-dnub.

Make a free website with Yola