jesusandmary

 

Meditazzjoni Marjana.

  1. Gib quddiem il-menti tieghek lil Marija Ssma li hekk kif tisma’ li Elizabetta kienet ser ikollha tarbija, titlaq ghal ghand qaribitha biex toffrilha l-ghajnuna taghha.

X’tara inti hawn?

Interess immedjat u bla tnikkir fil-htigijiet tal-Proxxmu.

Prattika:

Tkarkar inti saqajk biex toffri l-ghajnuna lil min jehtiegha jew tmur tigri biex ma thallihx ibati bla bzonn.

         2.Gib quddiem il-menti tieghek lil Marija Ssma Addolorata taht is-Salib tara lil Binha jmut bi tpattija ghal dnubietna.

X’tara inti hawn?

Rassenjazzjoni perfetta ghar-rieda ta’ Alla li anqas lil Ibnu ma hafirha biex jitpatta d-dnub.

Prattika:

Ma titbezzghax fuq il-gustizzja ta’ Alla li twerwer lil kull min jghaddi minnha? Thallix lix-xitan iwebblek li Alla hu Hanin u tieqaf hemm. Jekk Alla hu hanin ftakar ukoll li Huwa hu Gust u jaghti lil kulhadd dak li haqqu. Dment li ghadna hajjin il-Hniena ta’ Alla thabbibna mieghu jekk nuru ndiema minn htijietna. Imma darba mmutu tispicca l-Hniena u tidhol il-Gustizzja li minnha San Pawl jitkellem hekk: Hija haga tal-biza’ li taqa’ taht idejn Alla il-haj.

         3.Gib quddiem il-menti tieghek lil Marija Ssma flimkien ma’ Guzeppi joffru lit-tarbija Gesu’ fit-tempju.

X’tara inti hawn?

Sottomissjoni shiha ghall-ligi ta’ Alla li kienet tghid li l-ewwel wild ghandu jkun offrut lill-Mulej.

Prattika:

Ghaliex tahseb li l-familja tal-lum bosta drabi titklisser u mhux mibnija fuq il-blat? Forsi mhux ghax  mehdija wisq bi hwejjeg ta’ din id-dinja u tinsa’ jew twarrab dawk ta’ Alla?

        4.Gib quddiem il-menti tieghek lil Marija Ssma tiltaqa’ ma’ Elizabetta u tisma’ l-ghatja minn fommha “Imbierka inti fost in-nisa”.

X’tara inti hawn?

Li minhabba l-missjoni specjali ta’ Marija Ssma li toffri sehemha fil-fidwa tal-bniedem flimkien ma’ Binha Gesu’, din il-kreatur hija u ghandha tkun onorata mill-bnedmin.

Prattika:

X’hemm xi jzommok li ma tonorax lil Marija Ssma bit-talba sabiha tar-Ruzarju?5.   Gib quddiem ilmenti tieghek lil Marija Ssma tati l-ordni lill-qaddejja li kienu qed iqassmu l-ikel u xorb fit-tieg ta’ Kana biex jaghmlu dak li jordnalhom Binha Gesu’, minkejja li dan jghidilha li s-siegha tieghu ghadha ma waslitx.

    5. Gib quddiem ilmenti tieghek lil Marija Ssma tati l-ordni lill-qaddejja li kienu qed iqassmu l-ikel u xorb fit-tieg ta’ Kana biex jaghmlu dak li jordnalhom Binha Gesu’, minkejja li dan jghidilha li s-siegha tieghu ghadha ma waslitx.

X’tara inti hawn?

Il-perswazzjoni perfetta li Binha sa jisma’ talbha u ma jiksrilhiex kelmitha.

Prattika:

Ma tqisx xorti kbira li ghandek lil Marija Sssma, Omm Gesu’ bhala Ommok ukoll?

Make a free website with Yola