jesusandmary

 

  OMM LI TISTHOQQ KULL IMHABBA............ITLOB GHALINA

 

Hija hlieqa li habbet fuq kollox lil Alla bhala l-Kreatur taghha: x'ghamlitx biex toghgbu f'kollox? "Ikun minni skond kelmtek" marret tghid lil anglu Gabirjiel biex iwasslilha dan il-messagg lil Alla.

U habbet lil Binha Gesu' ghax hija kienet l-omm tieghu. Ghaddiet minn biza' u taghqtih il-qalb minhabba Gesu'. Forsi ma kienux mumenti ta' biza meta harbet minn Erodi bit-tarbija Gesu' flimkien ma' Guzeppi? Il-qlub ta' l-omm u l-iben ghandhom imhabba reciproka ghal xulxin. U Gesu' ma habbiex lil Ommu bir-rispett li wrieha meta fit-tieg ta' Kana qaghad ghat-talba taghha minkejja li kif qalilha hu "is-siegha tieghu kienet ghadha ma waslitx?"

Marija habbet ukoll lilna bnedmin ghaliex minhabba fina u minhabba s-salvazzjoni taghna hija ghaddiet mit-triq tad-dulur u tbatija. Ghal din l-imhabba kollha jisthoqqilha l-imhabba kollha taghna. U ebda imhabba taghna ma hi bizzejjed biex inpattu ghal imhabbitha. Imma ghal Marija bizzejjed li hija tara l-isforzi taghna biex inhobbuha u nuruha r-rispett taghna. Marija hija dik il-kreatura li tabilhaqq jisthoqqilha kull imhabba.

Make a free website with Yola