jesusandmary

IS-SANTWARJU TAL-MADONNA TA' GHISALLO - ITALJA
 
IL-KNISJA SANTWARJU TAL-MADONNA TA' GHISALLO

Il-Madonna del Ghisallo hija gholja gewwa Magreglio qrib il-Lago di Como fl-Italja. L-gholja ghandha dan l-isem minhabba dehra tal-Madonna fl-inhawi. 

Ma jezisti ebda dokument miktub fuq l-ewwel knisja imma jinghad li n-nies tal-villagg bnew kappella zghira fejn ikun jistghu jitolbu. Skont leggenda ta' zmien il-medjuevu, il-Konti Ghisallo waqt li kien ghaddej fuq il-kacca, nduna li ser ikun attakkat minn xi hallelin ; tefa’ harstu malajr madwaru u lemah daqsxejn ta’ knisja dedikata lil Madonna. Fiha huwa lemah immagini tal-Madonna u talabha tehilsu minn dawk in-nies; weghdha wkoll li jekk hi tehilsu hu jiddedika santwarju ghall-giehha. L-apparizzjoni baqghet maghrufa bhala d-dehra tal-Madonna ta’ Ghisallo u tant hadet fama li giet maghzula bhala l-patruna tal-vjaggaturi.

Fi zminijiet aktar riecenti, l-gholja tal-Madonna ta’ Ghisallo saret parti mit-tellieqa tac-ciklizmu maghrufa bhala “il-giro di Lombardia” u xi kultant mill-“giro d’Italia.” Padre Ermelindo Vigano gieh il-hsieb li jipproponi li l-Madonna ta’ Ghisallo tkun dikjarata patruna tac-ciklisti. Il-Papa Piju XII, fit-13 ta’ Ottubru 1949, ikkonferma din il-proposta. Il-lum il-gurnata s-santwarju ghandu muzew zghir tac-ciklizmu bir-ritratti u mementos ta’ l-isport tac-ciklizmu.  Hemm ukoll taqbad il-fjamma eterna ghac-ciklisti li mietu. 

Wahda mill-menentos partikulari hija l-bicikletta mfarrka ta’ Fabio Casartelli, wild dawk l-inhawi, li hu kien riekeb fil-jum li fih miet f’habta waqt it-Tour de France .

L-istruttura tal-kappella santwarju hija wahda li tmur lura ghas-sena 1623 filwaqt li l-portiku kien mibni lejn tmiem is-seklu XVII. Il-knisja hija maghmulha minn navata wahda bil-presbiterju rettangulari mifrud mill-bqija tan-navata permezz ta’ kancell tal-hadid.  Fuq naha ta’ wiehed mill-hitan hemm esebiti bicikletti u flokkijiet tar-rebbieha tal-kampjonat tac-ciklizmu u insinji ta’ diversi socjetajiet sportivi. Fin-nofs tan-navata hemm tixghel fjakkola li tqeghdet fis-sena 1949 u mbierka mill-papa Piju XII is-sena ta’ qabel, opera ta’ l-iskultur Carmelo Cappello.

Fuq il-presbiterju hemm xi oggetti konservata tal-knisja ewlenija fosthom l-artal ta’ l-irham u l-affresk li juri lill Madonna tredda’ lil Gesu’ xoghol ta’ artist anonimu mahsub li gie esegwit f’nofs is-seklu XVI. Dan gie maghqluh u imqieghed fuq it-tila.
 

ID-DEHRA INTERNA TAL-KNISJA
 

IL-MEMORABILIA FIL-MUZEW TAC-CIKLISTI

Make a free website with Yola