jesusandmary

 

 

Marija ta’ Nazaret - Omm il-Mulej

Tistenna l-migja ta' l-Ispirtu Qaddis

Qabel ma Gesu’ tela’ is-sema, irrakomanda lis-segwaci tieghu biex ma jitbeghdux minn Gerusalem imma jistennew permezz tat-talb id-don ta’ l-Ispirtu Mqaddes li kien ser jghamel minnhom xhud kuraggjuzi tieghu u ghoddha biex jasal it-taghlim tieghu sat-truf tad-dinja sa l-ahhar zminijiet.

Migbura madwar Marija baqghu Gerusalem fic-cenaklu qalb wahda maghquda fit-talb. Certament li quddiem ghajnejhom gabu tifkiriet prezzjuzi ta’ meta Gesu’ kien maghhom u ma naqasx li minn mohhom ghaddewlhom hsibijiet ta’ dieqa meta huma abbandunaw lil Imghallem taghhom fit-tbatija tieghu.

 Issa waqt li kienu qed jistennew l-Ispirtu Qaddis, Marija kienet is-sostenn u l-konfort taghhom. Luqa jirrakonta din il-grajja kbira ta’ l-Ispirtu Santu hekk: “ Meta jum il-Pentekoste wasal fi tmiemu, kienu migbura ilkoll flimkien. Mis-sema nstema’ hoss bhal ta’ rih qawwi li mela id-dar kollha. Fuq kull ras wiehed minnhom dehru bhal-ilsien tan-nar u huma mimlija bl-Ispirtu Qaddis bdew jitkellmu bl-ilsna ohra....U kull min semaghhom staghgeb.

 O Marija itlob ghalina u maghna, biex mimlija bl-Ispirtu Qaddis ngharfu nghixu u nxandru t-tjubija ta’ Alla. Anke ahna, bhala nsara, fid-dmir li nixdhu ghal Kristu u ghalih inkunu kattolici kredibbli, nkunu fejn inkunu. Ghinna biex tassew inhobbu lil ghajrna u maghquda fit-talb nirbhu r-rispett uman biex nimxu wara Ibnek Gesu’ minghajr ma naghtu kaz ta’ dak li jghid haddiehor fuqna. Ave Marija....

 Impenn

Fil-Maghmudija jinzel jghammar fina l-Ispirtu Qaddis. Nitolbu lil Marija biex hija tintercedi ghalina quddiem Gesu’ biex jaghtina l-ghajnuna tieghu halli nkunu xiehda fidili tieghu.

Make a free website with Yola