jesusandmary

Make a free website with Yola

 Marija hi mera tal-Qdusija

 Marija hija kreatura kbira ghax trid tinheba’ u tickien hi u jikber u jidher Alla. Hija l-mara umli billi x-xewqa taghha hi li tkun il-qaddejja ta’ Alla. “Ikun minni skont kelmtek” wiegbet lil anglu Gabirjiel meta dan habbrilha li kellha tkun Omm Alla. Gharfet li aktar tista’ tati gost lil Alla jekk taccetta li tkun parti mill-pjan tas-salvazzjoni tal-bniedem progettat minn Alla, milli timxi fuq il-pjanijiet taghha.

Marija hija mara ta’ fidi ghax emmnet fil-weghda t’Alla “Imbierka int li emmint”, Eliżabetta tgħidilha ( Lq. 1:45). Il-Magnificat, l-ghanja li bih wiegbet lil qaribitha Elizabetta huwa xiehda tat-twemmin taghha fil-Kelma t’Alla. Kienet midhla seww tal-Kelma t’Alla ghax din il-ghanja hija mibnija fuqha. Dak li kienet tahseb u titkellem kien imsejjes fuq il-kelma t’Alla, l-istess bhalma r-rieda taghha hija maghguna mar-rieda t’Alla.

 Din il-mara eccezzjonali li hija mimlija bil-Kelma t’Alla hija Omm Alla, it-tieni Persuna tas-Santissma Trinita’, Gesu’ Kristu, il-Kelma Nkarnata. Marija hija l-mara li thobb. Habbet lil gharajjes ta’ Kana meta rat il-htigijiet taghhom u ndahlet ghalihom quddiem binha minkejja li s-siegha tieghu kienet ghadha ma waslitx. Habbet lil Binha u bl-umilta’ u l-pacenzja kollha baqghet fl-isfond ta’ hajtu billi kienet taf li Binha kellu jwaqqaf familja gdida u li s-siegha li tkun Omm din il-familja tasal mas-Salib. Harbu d-dixxipli ta’ Kristu u hallew jfendi wahdu, izda l-omm baqghet taht is-salib; aktar tard huma ngabru madwarha jistennew l-migja ta’ l-Ispirtu Santu.

 Hija l-mara tat-tama billi fis-skiet kienet tistenna l-fidwa ta’ Izrael u titlob li dan ma jdumx ma jsehh.

 Bhalma ahna nharsu lejn mera biex naraw lilna nfusna u nirrangaw fejn nindunaw li ma ahniex sew, hekk ukoll nitfghu harsitna lejn Marija Ssma l-Omm taghna u minnha nitghallmu l-virtu u fuqha nfasslu il-hajja taghna biex din tkun toghgob lil Alla.