jesusandmary

 

 L-ANGELUS

It-talba ta’ l-Angelus Domini hija l-forma tradizzjonali uzata mill-fidili biex ifakkru meta l-anglu Gabirjiel habbar lil Marija l-missjoni taghha li tkun Omm Gesu’, l-Iben t’Alla. Tinghad tlett darbiet kuljum: fi sbieh il-jum, f’nofs inhar u filghaxija.

Tfakkarna fl-avveniment meta il-Kelma t’Alla sar bniedem fil-guf verginali ta’ Marija Ssma, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu Santu skond il-pjan tas-salvazzjoni t’Alla.

Ir-recita ta’ l-Angelus ghandha l-gheruq taghha fil-fidi u t-tjieba ta’ l-insara u msahha bl-ezempji tal-papiet. Ghalkemm f’hafna positijiet il-hajja u l-kondizzjonijiet socjali jimpedixxu li tinghad din it-talba, hafna u hafna huma dawk l-insara ferventi li mhux biss jtennu din it-talba izda jistiednu lil haddiehor biex jkompli jitlob maghhom din it-talba. Fejn ic-cirkustanzi ma tantx jippermettu, hafna jhajru biex jinghadu ghal anqas tlett Ave Marijiet.

L-Istorja ta’ l-Angelus

L-Angelus hija devozzjoni qasira ghad unur ta’ l-Inkarnazzjoni ta’ Gesu’, li tinghad tlett darbiet kuljum, jigifieri, filghodu, f’nofsinhar u filghaxija mad-daqq tal-qampiena.

Tikkonsisti fir-recita ta’ tlett Ave Marijiet li maghhom maz-zminijiet gew mizjuda tlett versetti liturgici u talba ta’ l-gheluq.

L-Angelus

L-Anglu ta’ Alla habbar lil Marija.
U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.

Sliema u Qaddisa.

Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej.
Ikun minni skond kelmtek.

Sliema u Qaddisa.

U l-Iben ta’ Alla sar Bniedem.
U ghammar fostna.

Sliema u Qaddisa.

Itlob ghalina, Qaddisa Omm Alla.
Biex ikun jisthoqqilna dak li weghedna Kristu.

Nitolbu:
Xerred, nitolbuk, Mulej fi qlubna l-grazzja tieghek, biex ahna li bit-thabbira tal-anglu gharafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tieghu, naslu ghas-sebh tal-qawmien mill-imwiet, bl-istess Kristu Sidna. Amen.

Matul iz-zmien ta’l-Ghid, pero’, it-talba tar-Regina Coeli tissostitwixxi t-talba ta’ l-Angelus. L-origini ta’ l-Angelus huma pjuttost oskuri imma jidher li l-gheruq taghha jinsabu fit-talb tas-sighat monastici u fil-forma originali taghha kienet tinkludi t-tlett Ave Marijiet. Fil-bidu l-Angelus kien jinghad fit-talbiet ta’ filghaxija, izda maz-zmien zdiedet l-uzanza li jkunu ripetuti fil-ghodu u f’nofsinhar. Fil-bidu tas-17 il- seklu it-talba ta’ l-Angelus hadet il-forma li nafuha il-lum.

Hija uzanza li ghadha mharsa sal-lum li l-Angelus ikun precedut minn tokki tal-qanpien, li jfakkru li qorob il-hin li n-nisrani jiftakar f’dan il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni ta’ Gesu’ permezz ta’ din it-talba.

Ta min ikun jaf li qniepen iddedikati lil Angelus jinsabu f’hafna postijiet gewwa l-Ewropa. Hafna minn dawn il-qniepen huma dedikati lil l-Anglu Gabirjiel bil- kliem miktuba fuqhom: “ Jiena helwa daqs l-ghasel u jisimini il-qanpiena ta’ Gabirjiel.” Dulcis instar mellis campana vecor Gabrielis jew “Gabirjiel il-messagier igib ahbar ta’ ferh lil imqaddsa Marija” Missus vero pie Gabriel fert læta Mariæ.

Fuq qanpiena tal-15 il-seklu gewwa Erfert hemm il-kliem: “Meta jiena ndoqq tlett darbiet, tlett darbiet inti ifrah li Marija Omm ta’ Kristu.” Cum ter reboo, pie Christiferam ter aveto. F’hafna parrocci imxerrda mad-dinja baqghet tinzamm it-tradizzjoni li jindaqqu il-qniepen ta’ l-Angelus fis-6.00 ta’ filghodu, f’nofsinhar u fis- 6.00 ta’ filghaxija.

Il-festa tat-Tahbira ta’ l-Anglu Gabirjiel lil Marija Ssma jew kif nafuha ahna l-Maltin l-Lunzjata jidher li originat gewwa Efesu fil- 5 seklu izda Abraham ta’ Efesu jsemmiha fis-6 seklu bejn is-sena AD 530 u 533 fi priedka li kien ghamel.

Ghal hafna nsara din il-festa kienet maghrufa bhala l-festa ta’ “l-Inkarnazzjoni ta’ Gesu’” jew “l-Koncepiment ta’ Gesu”’ Festum Incarnationis, Conceptio Christi

Fil-Punent (West) l-ewwel riferenza awtentika tal-festa hija fis-seba’ seklu. L-ghaxar sinodu ta’ Toledo fis-sena 656 jitkellem minn din ic-celebrazjoni bhala festa celebrata universalment mill-knisja kattolika. Fl-Atti tas-sinodu ta’ Trullan hemm imsemmija li din il-festa li tahbat fi zmien ir-Randan kellha tkun mehlusa mis-sawma tar-Randan.
Din il-festa kienet mharsa fil-25 ta’ Marzu izda gewwa Spanja kien hemm zmien li kienet iccelebrata f’Dicembru biex ikun evitat li taqa’ fi zmien ir-Randan, izda mal-medda taz-zmien meta gewwa Spanja giet accettata il-liturgija rumana bdiet tkun imharsa fl-istess data tal-25 ta’ Marzu.

Make a free website with Yola