jesusandmary

 

 

FATIMA

Bejn Mejju u Ottubru 1917 Marija Ssma dehret sitt darbiet lil tlett itfal Portugizi f'ghalqa msejha Cova de Iria, hdejn il-villagg zghir ta' Fatima madwar 70 mil boghod minn Lisbona. Il-genituri ta' dawn it-tlett itfal rawmuhom f'edukazjoni religjuza. Kien jisimhom Lucia dos Santos ta' 10 snin, u iz-zewg kugini taghha Frangisku u Gjacinta. Spiss kienu jinzlu gharkubtejhom jghidu it-talba sabiha tar-Ruzarju waqt li huma kienu jharsu n-nghag.

Kien il-jum tal-Hadd tas-sena 1917, 13 ta' Mejju, meta dawl qawwi forma ta' sajjetta gibed l-attenzjoni tat-tfal. Sinjura sabiha liebsa l-abjad dehritilhom u talbithom biex kull 13 tax-xahar jirritornaw hemm biex hi tkellimhom. U hekk gara . Fid-dehriet, 6 b'kollox il-kliem tal-Madonna dejjem kien fuq l-importanza li wiehed jghid ir-Ruzarju, ghax dan hu arma qawwija spiritwali kontra kull hazen., il-konverzjoni tal-midimbin, u d-devozzjoni lejn il-qalb immakulata taghha. Hija ukoll talbet ghall-konsagrazzjoni tar-Russja lil Qalb Immakulata taghha. Talbithom ukoll biex l-insara josservaw l-ewwel Sibt ta' kull xahar billi jersqu lejn is-sagrament tar-Rikoncilazzjoni u it-Tqarbin Imqaddes biex b'hekk jaghmlu riparazzjoni lill-Qlub Imqaddsa ta' Gesu' u Marija. Kien fl-ahhar dehra li s-Sinjura svelatilhom li hija kienet ir-Regina tar-Ruzarju Mqaddes. U bi prova ta' dan kollu sehh dak il-miraklu fejn ix-xemx bdiet iddur donna kienet ser taqa fuq id-dinja, u li tieghu kienu xiehda folla ta sebghin elf ruh. Il-knisja iddikjarat li d-dehriet huma awtentici wara li gharblithom kif kien xieraq. Frangisku miet f'April 4, 1919 u sena wara mietet ohtu Gjacinta fi Frar, 20, 1920. L-aktar li damet hajja kienet sor Lucija li dahlet taghmel parti mill-komunita' karmelitana. Hija mietet fi Frar 13, 2005.

Bhala tifkira imbniet arkata imma din mibdula malajr f'kappella. Sfortunatament giet imtajra fis-sena 1922 minn dinamita. Kappella ohra flimkien ma' post Reikoveru ghall-Morda gew mibnija minflok.

Pero' f'Ottubru 13 tas-sena 1922 tpoggiet l-ewwel gebla tal-Bazilka tal-Madonna tar-Ruzarju u fis-6 ta' Ottubru tas-sena 1953 giet ikkonsagrata mill-Kardinal Cerejeira, Patriarka ta' Lisbona wara li tlesta x-xoghol kollu. Gewwa l-Bazilka hemm sensiela ta' kolonna li bejnhom hemm hmistax l-artal, ad unur in-numru tal-Misterji tar-Ruzarju Mqaddes.

Fl-okazzjoni tal-25 sena mill-apparazzjon, f'Ottubru 31, 1942. Piju XII( 1939 -1958) ikkonsagra sollenement lid-dinja lil Qalb Immakulata ta' Marija. Kien fit 13 ta' Mejju 1946, li il-Kardinal Masella, legat tal-Papa nkuruna ix-xbiha ta' Fatima.

Fil- hamsin anniversarju tad-dehriet jigifieri fit-13 ta' Mejju 1967, il-Papa Pawlu IV (1963 - 1978) mar pellegrinagg ghall-Fatima biex jitlob ghall-paci. F'din l-okazzjoni huwa ppublika l-Ezortazzjoni Appostolika Signum Magnum fejn stieden "lill-membri tal-knisja biex jikkonsagraw ruhhom lil Marija Immakulata flimkien ma' dak kollu li jaghmlu fil-hajja taghhom ta' kuljum."

Il-Papa Giovanni Pawlu II qaddes gewwa Fatima fit-13 ta' Mejju, 1982 biex jirringrazzja lil Marija ghal intercessjoni taghha li huwa heles mill-mewt sena qabel. Fakkar lill fidili " fil-htiega li jikkonvertu u li jaghmlu pentienza li huwa l-qalba tal-Vangelu ta' Kristu.". Huwa gedded il-konsagrazzjoni tad-dinja lil Qalb Immakulata ta' Marija u sejjah lil kullhadd ghat-talb b'mod specjali ghar-Ruzarju.

 

Make a free website with Yola