jesusandmary

 

 IMQADDSA XEBBA TAX-XBEJBIET............ITLOB GHALINA

 

Marija, inti l-Vergni tal-Vergni. Ghalkemm il-maternita' kienet ferm rispettata aktar mill-vergnita' fost il-Lhud, inti ridt li tghix ta' vergni u tmut ta' vergni. Alla fdak f'idejn Guzeppi li rrispetta u ddefenda l-vergnita' tieghek. U meta l-anglu Gabirjiel staqsiek biex taccetta li tkun Omm Alla, huwa assigurak li bil-qawwa ta' l-Ispirtu Santu isir Omm minghajr ma tissagrifika il-purita' li weghedt lil Alla. Vergni tal-Vergni ghallimni fuq l-ezempju tieghek li nhabrek biex nghix pur u safi fl-istat tal-hajja tieghi ghaliex ma hemmx virtu' isbah u hekk sabiha quddiem ghajnejn Alla mill-purita'.

 Hekk kif il-qawwa tad-dawl tax-xemx jghaddi bil-bosta lil dak tal-kwiekeb, hekk ukoll inti O Marija tisboq lil vergni nsara qaddsin kollha bl-isplendur tal-purezza tieghek. Inti qisek gilju abjad kollu fwieha qalb ix-xewk. Minhabba li Inti ma kontx imcappsa bid-dnub originali inti qatt ma kellek xewqat hziena jew inklinazzjonijiet lejn il-hazen. Inti anglu uman. Is-sbuhija tieghek tqanqal imhabba lejn il-purezza f'dawk li jitfghu harsithom lejk. Harisni O Vergni tal-Vergni minn dak kollu li jtebba l-purezza ta' ruhi. Bieghed minni kull hsieb jew att impur u itfa' l-mant tal-protezzjoni tieghek meta ix-xitan jersaq lejja jittantani. Marija inti ghandek imhabba specjali lejn l-erwieh puri.

 Biex jimxu warajk hafna bnedmin ta' kull eta, kondizzjoni fil-hajja, u pajjiz ikkonsagrawk lilhom infushom lil Alla u offrewlu l-affezzjonijiet l-aktar puri ta' qalbhom u sabu paci meta iddistakkaw ruhhom minn pjaciri tad-dinja. Ipprotegihom inti O Marija u zommhom bhala l-gharajjes ta' Ibnek Gesu'. Zommna f'idejk O Marija biex nelghbu kull tentazzjoni kontra kull purita' u ppreservana fil-virtu' il-granet kollha ta' hajjitna. Inkun jiena maghdud bhala wiehed mill-hbieb specjali tieghek.

Make a free website with Yola