jesusandmary

 

IS-SALVE REGINA

Hafna huma l-awturi li gew proposti ghal dak li huwa maghruf bhala l-aktar antifona popolari marjana, is-SALVE REGINA:  San Bernard minn Clairvaux, Adhemar de Monteil, l-Isqof ta’ Le Puy (cir. 1080 AD) u Pietru minn Compstela (930AD).  Pero’ huwa Herman Contractus, li kiteb  numru ta’ innijiet marjani li jinghata l-mertu ta’  l-awtur favorit tas-Salve Regina.

IS-SALVE REGINA

Sliema ghalik, Sultana, omm tal-hniena, hajja, hlewwa u tama taghna. Sliem ghalik, lilek inghajtu, ghaliex ahna tturufnati wlied Eva, lilek nitniehdu, ahna li nibku u nolfqu f'dan il-wied tad-dmugh. Ejja, mela, avukata taghna, dawwar lejna dawk l-ghajnejn tieghek tal hniena. Urina, wara dan it-turufnament lil Gesu’ frott imbierek tal-guf tieghek, o hanina, o pija, o helwa Vergni Marija.

It-talba tas-Salve Regina hija talba qasira, imma tassew mimlija fidi fil-Madonna, Omm ta’ Kristu. Jiena nsejhilha talba ta’ bniedem  nieqes mill-hila billi l-bniedem huwa mghobbi bil-konsegwenzi tal-htija u allura jehtieg l-ghajnuna ta’ min huwa aqwa  minnu u jista’ jaghtihielu. U min hi fl-ahjar post biex jista’ jghin jekk mhux l-Omm taghna spiritwali, Marija? Dan il-bniedem nieqes mill-hila jdur lejn Marija Ssma u jsejhilha bhala s-Sultana tieghu l-“ omm tal-hniena, hajja, hlewwa u tama taghna” U ghax huwa mhabbat hawn fid-dinja  jhoss il-bzonn ta’ xi hadd li jindahal u jintercedi ghalih billi l-gwerrta li ghandu mal-qawwiet tad-dlamijiet. huwa ma jistax jelghibhom wahdu u allura jsejjha lil l-Avukata tieghu, lil Marija biex hija l-hanina, il-pija u l-vergni, tmexxih u tiehdu jum wiehed, ghand Binha Gesu.

Dwar l-ahhar tlett invokazzjonijiet “ O hanina, O pija O helwa Vergni Marija”  tinghad storja interessanti . Il-Kronaki ta’ Spires jghidulna li l-ahhar tlett invokazzjonijiet  kienu mizjuda minn San Bernard (1091 – 1153). L-istorja tirrakonta li l-innu tas-Salve Regina kien jispicca bil-kelma OSTENDE.

Madankollu meta San Bernard kien il-legat tal-Papa fil-Germanja, meta sema’ dan l-innu jitkanta fil-knisja ta’ Spires, nizel gharkubtejh u f’telfa ta’ ispirazzjoni ghajjat il-kelmiet: O hanina, O pija O helwa Vergni Marija.” Dawn it-tlett kelmiet baqghu jkunu ripetuti tul iz-zminijiet u l-erba’ gebliet li fuqhom nizel gharkubtejh id-duttur tal-knisja ghadhom immarkati  bhala tifkira ta’ din il-grajja. Pero’ sfortunatament ghal istorja dawn il-linji jidhru miktuba fil-manuskritti ewlenin qabel ma din il-grajja sehhet.

Li nafu zgur huwa li s-Salve Regina kienet titkanta sa mis-sena 1135 fi processjonijiet gewwa Cluny.  Madwar is-sena 1218 ic-Cistercensi bdew ikantawha kuljum fil-processjonijiet taghhom u fis-sena 1251 kienu jispiccaw it-talb tal-Kompjieta biha. Kemm id-Dumnikani kif ukoll il-Frangiskani addotawha fit-talbiet taghhom bejn wiehed u iehor fl-istess zmien u l-Karmelitani uzawha ghal xi zmien lejn tmiem il-Quddiesa.  Gregorju IX ( 1227 – 1241) ordna li titkanta wara l-Kompjieta kull nhar ta’ Gimgha. Mill-erbatax il-seklu ‘l quddiem sal-lum tifforma parti mill-Kompjieta fir-Rit Latin.

Dan l-innu jinghad li huwa t-talba favorita tal-Madonna minn xiehda li raw lil Marija Ssma fil-vizzjonijiet. Lacordaire li kiteb il-hajja ta’ San Duminku jirrakonta li meta l-fundatur ta’ l-ordni kien ghaddej mill-kuritur biex imur ikompli it-talb tieghu ta’bil-lejl gholla harstu u lemah tlett xebbiet sbieh resqin lejh. Huwa nizel gharkubtejh quddiem is-Sinjura tan-nofs u hija berkitu. Ghalkemm San Duminku gharafha, talabha biex tghidlu isimha u hija wiegbet: “  Jien jien dik li inti kull filghaxija issejjah meta tghidilha: < Ejja mela, avukata taghna.> U meta ssejjahli  jiena ninxtehet quddiem Ibni u nitolbu jhares l-Ordni tieghek.”

Hafna kittieba jfahhru dan l-innu. San Alfons jikkummenta fit-tul  fuq is-Salve Regina  fil-kitba tieghu il-Glorji ta’ Marija u Father Taunton jikteb hekk: “ Il-fwieha ta’ din it-talba hija balzmu ghar-ruh meta fi tmiem il-jum  ahna npoggu t-talb taghna f’idejn Marija sabiex hija, il-glorjuza u l-pura, toffrihom lil Binha Gesu’ bil-qawwa ta’ Imhabba t’ Omm lejn Alla taghha, Gesu’ Kristu, il-frott imbierek tal-guf taghha. Binha zgur li jaccethom billi ghall-qima u rispett li huwa ghandu lejn l-Omm tieghu ma jirrifjutalha xejn.”  Hemm xiehda li anke l-bahrin ta’ Kristoforu rrecitaw din it-talba qabel ma lemhu d-Dinja l-Gdida l-ghada filghodu.

Illum din it-talba hija l-antifona marjana li biha tispicca l-kompjieta ta’ l-Ufficju Divin u tinghad ukoll fit-tmiem ir-Ruzarju. Indulgenza parzjali tinghata lill-fidili li bid-devozzjoni jirrecitaw din it-talba.

 

GHID DIN IT-TALBA BIL-QALB KULL JUM  

 ISMA S-SALVE REGINA 

Make a free website with Yola