jesusandmary

 

IS-SANTWARJU TAL-MADONNA TAL-VITORJA  FI PRAGA

Fi Triq Karmelitska fin naha ta’ isfel fid-distrett ta’ Praga tinsab il-knisja dedikata lil Madonna tal-Vitorja. Hija binja ta’ importanza pjuttost eccezzjponali mhux biss minhabba l-arkitettura taghha u d-dekorazzjonijiet artisitici li biha hija imzejna, iżda b'mod partikolari minħabba li fiha hemm ippreservata u meqjuma l-istatwa famuża ta' Ġesù Bambin maghruf bhala il-Bambin ta’ Praga. Kopji ta’ dan il-Bambin tista’ tghid wiehed isibhom madwar id-dinja kollha.

 Kienu l-Lutherani Germanizi li kienu gejjin minn kull klassi socjali, aristokratici, rapprezentanti mperjali, diplomatici u l-poplu komuni,  li fis-sena 1611-1613 bnew knisja li tospita l-lum ix-xbiha tal-Bambin ta’ Praga.  Fil-21 ta’ Lulju 1613 il-knisja giet dedikata lilt-Trinita’ Qaddisa.  Il-Perit li bniha mhux maghruf izda wisq probabbli li huwa Giovanni Maria Filippi, mwieled l-Italja, li kellu sehem fil-bini tal-qorti ta’ l-imperatur Rudolfu II.

Wara l-Battalja tal-White Mountain fis-sena 1620 li kienet rebha mperjali ghall-partit Kattoliku fl-artijiet Ceka, l-Imperatur Ferdinandu II taha l-knisja lil-Ordni tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi. Fit-8 ta’ Settembru 1624 il-knisja giet dedikata lill- Madonna tal-Vitorja flimkien ma’ San Antnin ta’ Padova.

Il-knisja hija sala notevoli mibnija fuq stil ta’ bini ruman,  parti rinaxxementali u parti stil barokk bikri.  Fejn originarjament kien hemm il-presbiterju illum wiehed jista’ jara l-faccata. L-entratura fil-knisja kienet mill-gnub tat-tramuntana u tal-punent. Fis-sena 1636 – 1644 il-knisja hadet id-dehra li ghandha l-lum bid-dhul mit-triq principali. Fis-sena 1669 intemm ix-xoghol fuq il-kampnar. Ma’ gemb il-knisja fuq in-naha ta’ nofsinhar kien hemm kunvent kbir tal-patrijiet Karmelitani Skalzi li l-lum huwa s-sede tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zaghzagh u Sports.

Fl-1784 il-monasteru ingħalaq b'digriet ta’ l-Imperatur Guzeppi II. Il-Karmelitani kellhom jitilqu ‘l barra  u l-knsija saret is-sede tal-parrocca tal-Madonna tal-Katina.  L-Amministrazzjoni tal-knisja gie afdata mill-arcidjocesilil Ordni ta’Malta.  Anke f’dan il-perijodu l-knisja baqghet centru ta’ attivita ta’ qima lejn il-Bambin ta’ Praga. U ma naqasx li jibqa’ hekk anke matul iz-zmien tal-kommunizmu meta pellegrinaggi kienu jigu jzuru dan is-santwarju minn mnadwar id-dinja kollha.

 u l-knisja saret is-sede tal-parroċċa tal-knisja tal-Madonna taħt il-Katina. L-amministrazzjoni tal-knisja kienet fdata mill-Arċidjoċesi l-ordni Malti. Matul dan il-perjodu, ukoll, il-knisja baqa 'ċentru attiva tal qima tal-Bambin Ġesù. Anki matul il-perjodu komunista, in-nies daħal hawn fuq pellegrinaġġ minn madwar id-dinja.

Kienet ix-xewqa ta’ l-arcisqof ta’ Praga  Kardinal Miloslav Vlk li l-ordni tal-Karmelitani Skalzi terga’ lura lejn il-knisja wara nuqqas ta’ 200 sena.  Dan sehh fit-2 ta’ Lulju 1993. Minn dak in-nhar il-knisja hadet aktar hajja billi zdiedu l-pellegrinaggi lejn dak il-post ta’ qima fejn in-nies kienu jersqu aktar lejn Alla bil-fidi u talb.

Fis-26 ta’ Settembru 2009 il-Papa Benedittu XVI  beda’ l-vjagg appostoliku tieghu minn din il-Knsija tal-Vitorja u ghamel ghotja ta’ rigal lill-Bambin ta’ Praga meta offra kuruna tad-deheb biex titpogga fuq ras il-Bambin.

 

 

 

Make a free website with Yola