jesusandmary

 

 

ID-DEHRA TAL-MADONNA FL- LA SALETTE


Mélanie u Maximin, zewgt itfal li kellhom ix-xorti li jaraw lil Madonna fis-sena 1846 kienu jghixu fil-belt ta' Corps, boghod xi 35 kilometru minn Grenoble, f'parti fqira ta' Franza. Maximin Giraud dak iz-zmien kellu 11 il-sena, filwaqt li Melania Calvert kellha 14. Dawn saru jafu lil xulxin jumejn qabel il-grajja ta' La Salette waqt li kienu qed jirghaw il-merhliet . Fid-19 ta' Settembru tas-sena 1846, festa ta' Marija Addolorata hekk kif kienu jharsu l-merhliet tas-sinjur taghhom, qalb l-gholjiet ta' La Salette, huma raw id-dehra li sahhrithom. 
 
Globu ta' dawl infetah biex jirrivela mara splendenti bil-qieghda fuq tronn b'rasha baxxuta f'idejha. Aktar tard it-tfal iddeskrivewha bhala mara twila u sabiha, iebsa ilbies twil abjad mirqum bil-perli u xall abjad, bi tjara jew kuruna imzejna b'ward fuq rasha. Qaddejha kien imhazzen b'fardal isfar. Iz-zarbun taghha abjad kien imzejjen b'ward ta' kull kulur. Madwar ghonqha hija kienet liebsa gizirana li minnha kien imdendel salib kbir imzejjen b'matell zghir u tnalja bil-figura ta' Kristu tleqq misluba fuqu. Kollox kien jindika li hija kienet qisha maghmulha mid-dawl. Is-Sinjura qamet bilwieqfa filwaqt li stiedent lit-tfal biex jersqu lejha ghaliex kif qaltilhom hija kellha bxara mportanti xi twasslilhom.

It-tfal innotaw li is-Sinjura kienet b'idejha marbuta, mdejqa u bid-dmugh niezel ma haddejha. Ghal ewwel hija kellmithom bil-Franciz izda malajr qablet biex tithaddet maghhom bid-djalett li kienu mdorrijin jitkellmu.

Hija kellmet lit-tfal u qaltilhom li l-bnedmin tant kienu qed joffendu lil Alla bid-dagha, jahdmu fil-jum tal-Hadd u jiksru ligijiet ohra divini. Is-Sinjura wissiethom li ma setghitx twaqqaf aktar idejn Alla milli jikkastiga lid-dinja ghaliex il-hazen kiber wisq. Kompliet tghidilhom li hija kienet titlob kontinwament lil binha biex juri hniena imma il-poplu xorta wahda baqa' jahdem fil-jum tal-Hadd u jsemmi fil-battal l-isem Mqaddes t'Alla u jwarrab fil-gemb il-kmandamenti t'Alla. Wissithom li b'kastig ta' dawn id-dnubiet kellhom isofru il-guh ghax il-mard kellu jinfirex fuq il-frott ta' l-art. Is-Sinjura talbithom biex jitolbu u jitolbu ghall-konverzjoni tal-midimbin u jaghmlu penitenza ghax b'hekk biss il-qilla t'Alla timbidel bi hniena ghall-bniedem. "Il-midimbin jehtieg li jikkonvertu," kien il-messagg principali tas-Sinjura ta' La Salette.

Imbaghad hija ghaddiet biex tghid sigriet lil kull wiehed mit-tfal. L-ewwel kellmet lil Maximin minghajr ma Melania semghet dak li intqal bejnithom, imbaghad kellmet lil Melania minghajr ma Maximin sema' dak li qalet is-Sinjura tas-Sema.

Melanie tghid li z-zewg sigrieti afdati mill-Madonna inkitbu u gew moghtija , lill-Papa Piju IX fis-sena 1851.

Dwar is-sigriet afdat lil Melania, Marija Ssma ordnatilha biex dan jibqa mistur sas-sena 1858 meta allura hija setghet ixxandru. Din kienet ukoll is-sena li Marija Ssma dehret gewwa Lourdes. Fost hwejjeg ohra s-Sinjura qaltilha li minhabba d-dnubiet il-bniedem jitbieghed minn Alla u ghaldaqstant l-fidi tonqos fuq skala kbira u postha jiehduh il-materjalizmu u taghlim falz iehor. Hija talbet lit-tfal biex jitolbu filghodu u filghaxija u jekk il-hin kien problema ghalihom, ghal anqas jghidu Missierna u Sliema. "Xandru dan il-messagg lin-nies," ordnatilhom ghal darbtejn.

Qabel ma ghebet minn quddiemhom, is-Sinjura intrefghet daqs gholi ta' metru u nofs u ghebet bil-mod il-mod sakemm ma baqghux jarawha aktar.

Meta it-tfal marru lura d-dar qalu b'kull ma kienu raw u semghu u sar rapport ta' din il-grajja bil-kitba l-ghada. Ghalkemm raw hafna oppozizzjoni kontrihom, ippruvaw jixtruhom, u sahansitra hedduhom huma baqghu jghidu u jirrepetu l-istess storja u messagg. L-isqof lokali ra hafna wkoll ma wiccu waqt li kien qed jinvestiga din id-dehra u wara 4 snin li l-isqof ta' Grenoble approva dawn id-dehriet.

L-isqof ta' Grenoble iddikjara li ma kienx hemm qerq fid-dehriet tal-Vergni Mbierka u ta' l-permess tieghu biex issir kult lis-Sinjura ta' La Salette f'Novembru 16, 1851. F'Mejju 1, tas-sena 1852 l-isqof hareg digriet li fih awtorizza il-bini ta' Santwarju lis-Sinjura ta' La Salette fuq l-gholja fejn saret id-dehra. Il-Basilka bdiet timbena fis-sena 1852 u kienet kompleta fis-sena 1865.

Maximin miet fl-1 ta' Marzu 1875 meta kellu 40 sena. Melania ghal hafna snin ghexet f'diversi kunventi gewwa Franza, l-Ingilterra u l-Italja. Mietet fil-15 ta' Dicembru 1904 u difnuha gewwa Altamura fl-Italja.


Il-Messagg ta' La Salette:

Din id-dehra ta' Ommna Marija Ssma gewwa La Salette giet approvata mill-knisja fis-16 ta' Novembru 1851.

Dan ghadu jghodd ghal zminijietna wkoll.

Alla hu nkurlat ghall-bniedem minhabba id-dnubiet tieghu, id-dizubbidjenza tieghu lejn ir-rieda divina, il-materjalizmu, is-suppervja u d-dizonesta'. Marija Ssma titlob minna konverzjoni, li nduru lejn Alla billi nitilqu u nitbieghdu mit-toroq hziena li qbadna.

Is-Sinjura bil-Qalb tad-Deheb

Id-dehriet ta' Marija SSma gewwa Beauraing


Beauraing, Belgium huwa villagg zghira boghod xi 60 mil minn naha t'isfel tal-Belgju. Fis-sena 1932 il-popolazzjoni kienet tghodd madwar 2000. F'din il-parti tal-Belgju kienu jitkellmu bil-Franciz.F'dawk iz-zminijiet id-dinja nhakmet minn dipressjoni kbira: nuqqas ta' xoghol, faqar u guh kienu qed jinfirxu ma' l-Ewropa kollha. Qawwiet anti kristjani, bhal ma kienu l-kommunisti, in-Nazi u l-Faxxisti kienu qed jaghmlu hafna gwadan fost il-poplu disilluz. Hafna nsara kienu qed jitbieghdu mill-knisja u fejn qabel Beauring kien kommunita qawwija ta' nsara, issa l-fidi naqqset u ddaghajfet. Fis-sena 1932 il-knejjes kienu kwazi vojta.

Fid-19 ta' Novembru 1932 Fernande li kellha 15 il-sena u huha z-zghir Albert (11 il-sena) marru biex jiltaqghu ma' ohthom Gilberte li baqghet tistudja fl-iskola tas-sorijiet. Fit-trieq iltaqghu ma' zewgt ibniet ohra, hbiebhom Andree Degeimbre (14 il-sena) u Gilberte Degeimbre. Il-hames t-itfal kienu gejjin mill-familji ta' Voisin u Degeimbre, li hadd minnhom ma kien xi Kattoliku konvint. Meta waslu fil-kunvent, it-tfal dahlu mix-xatba u marru fil-gnien li kellu grotta ta' Lourdes. Dan kien il-post favorit fejn it-tfal kienu jistennew lil Gilberte ta' spiss. Barra mill-gnien kien hemm trieq u fuqha kien jghaddi bridge biex jiehdok ghal-inhawi ta' taht . Albert tefa' harstu lejn in-naha tal-pont u qal lil shabu: "Harsu ftit il -Vergni Mbierka liebsa l-abjad qed timxi ‘l fuq mill-pont." It-tfajliet harsu lejn n-naha fejn indikalhom Albert u setghu jaraw figura kollha dawl ta' sinjura liebsa l-abjad miexja fl-ajru, b'saqajha mohbija fi shaba zghira.

Jirrakontaw aktar tard li huma raw Sinjura sabiha liebsa libsa bajda u b'idejha maqghuda ma' xulxin bhallikieku kienet qed titlob, u b'raggi ta' dawl madwar rasha. Fit-2 ta' Dicembru, Albert staqsieha jekk kienitx l-Immakulta u hija wiegbet billi tbissmet u nizzlet rasha ‘l isfel filwaqt li qaltilhom: "Uliedi dejjem kunu tfal tajba."

Normalment is-Sinjura kienet tidhrilhom fuq xitla tal-ward selvagg fil-gnien. Talbithom biex fit-8 ta' Dicembru, festa ta' Marija Mmakulata, huma jkunu presenti maghha. Il-kelma malajr xterdet u folla ta' madwar 15,000 resqet lejn dawk l-inhawi. Waqt li s-sorijiet ghalqu l-bibien tal-kunvent taghhom, numru ta' tobba qaghdu jezaminaw lit-tfal waqt id-dehriet. Kienu jtuhom bil-harta, joqorsuhom, inigzzuhom.....jitfghulhom id-dwal f'ghajnejhom, it-tfal ma kienu juru reazzjoni waqt id-dehriet. Wara hadd minnhom ma kien juri xi sinjali ta' maltrattament.

Matul ix-xahar ta' Dicembru, il-Vergni Mbierka kompliet bid-dehriet taghha lil hamest itfal. Hija talbithom:
li timbena kappella (Dicembru 17)
stqarret car u tond li hija l-Vergni Mmakulata (Dicembru 21)
xtaqet li jsiru pellegrinaggi ghal dak il-post tad-dehriet (Dicembru 23)
uriet lit-tfal il-Qalb Immakulata taghha (Dicembru 29)
talbet lit-tfal u lil kulhadd biex "jitolbu, jitolbu u jitolbu" (Dicembru 31).

Hekk kif fethet idejha biex taghtihom l-ahhar tislima l-akbar fosthom, Fernande Voisin rat lil Marija turiha l-Qalb tad-Deheb taghha.Hekk ukoll kull darba qabel telqet Marija, hija wriethom il-Qalb tad-Deheb, li hija il-Qalb Immakulata taghha.

L-Omm Qaddisa ghamlet l-ahhar dehra taghha gewwa Beauraing fit-3 ta' Jannar 1933. Kellmet lil kull wiehed u wahda mit-tfal u fdatilhom sigriet. U lil kull wiehed u wahda minnhom hija wriethom il-Qalb tad-Deheb taghha, imma mhux lil Fernande Voisin. Imbaghad sellmitilhom u ghebet.

Fernande tbieghdet mill-ohrajn u infaqghet tikbi ghaliex din id-darba Marija Ssma ma wrietx il-Qalb taghha tad-Deheb u dak il-hin emmnet li ma kienitx ser taraha aktar. F'daqqa wahda hoss qawwi bhal ta' sajjetta flimkien ma' globu dawl qawwi dehru fuq Fernande u kienet biss it-tfajla li setghet tara l-Qalb tad-Deheb ta' Marija Ssma. Marija staqasiet lil Fernande: "Thobbni inti?"
"Iva," wiegbet Ferande.
"Allura ssagrifika ruhek ghalija," qaltilha Marija Ssma.
Qabel ma Fernande setghet tghidilha x'sagrificcji riedet minnha, is-Sinjura tal-Qalb tad-Deheb fethet idejha f'gest ta' tislima ta' tluq u ghebet.

Wara dawn id-dehriet hafna kienu jinghaqdu mat-tfal biex jghidu r-Ruzarju hdejn il-grotta kuljum. Bosta kienu l-barkiet u fejqan li sehhew. Fis-sena 1935 infethet investigazzjoni dwar dawn id-dehriet u fil-bidu tas-sena 1943 l-isqof awtorizza il-kult lejn is-Sinjura tal-Qalb tad-Deheb f'Beauraing.

Fis-sena 1949 dokument ufficjali kien jghid li r-Regina tas-Sema tassew dehret lit-tfal gewwa Beauraing. Imbniet kappella ad unur is-Sinjura ta' Baeuriang u giet ikkonsagrata f'Awissu 21, 1954. Is-Sinjura ta' Beauraing hija maghrufa bhala s-Sinjura tal-Qalb tad-Deheb.

Make a free website with Yola