jesusandmary

 

MARIJA HIJA L-BIEB TAS-SEMA

Hemm mument fil-hajja taghna meta lkoll nehtiegu l-ghajnuna ta’ Marija taht dan it-titlu - Marija Bieb tas-Sema u dan ikun fil-punt tal-mewt taghna. Ma hemmx dubju li l-mewt tigi fuqna zgur, izda meta ma nafux. Hafna ma jaghtux kaz taghha ghax jirragunaw li huma b’sahhithom, ghadhom zghar – pero’ madankollu tista’ tigi f’kull hin tal-jum.

Huwa fis-setgha taghha li nizguraw mewta tajba bit-talb herqan ta’ kuljum.

Ejjew npoggu tifsira lill- kliem li spiss nghidu kuljum: Marija Omm Alla itlob ghalina midimbin issa u fis-siegha tal-mewt taghna. Kuldarba li ntennu dawn il-kelmiet bid-devozzjoni, Hija terfalna tezor ta’ grazzji li tiddispensa dak il-hin u l-aktar fil-mument tal-mewt taghna, meta probabilment ma nkunux fi stat li nitolbu sew jew xejn. Allura irrdu nahsbu qabel. Irridu nippreparaw il-bagalji taghna matul hajjitna u mhux fil-punt ta’ mewtna.” Issa” huwa tieghek , “l-“imbaghad” ma tafx.

Santa Gertrude darba offriet lil Mulej il-150 Ave Marija li qalet fir-Ruzarju u tablet lil Marija tghinha fis-siegha ta’ mewtha. Hija rat l-isforz taghha taht forma ta’ muniti tad-deheb li Gesu’ Kristu l-imhallef taghha u ta’ kulhadd, jaghti lil Ommu biex izzommhom bhala tpattija ghad-djun li kellha fil-jum tal-Gudizzju.

Osserva sew u ifhem li l-knisja tghallimna biex nitolbu lil Ommna Marija f’zewg mumenti: Issa jigifieri f’dan il-mument, l-uniku mument li huwa taht is-setgha taghna, u fis-siegha tal-mewt taghna ghaliex dak li mument jista’ ma jkollniex kontroll fuqu ghax wiehed ma jafx kif ser jhabbat wiccu mal-mewt.

Imma jekk din is-Sinjura taghna, il-Bieb tas-Sema qed titlob ghalina, allura ghandu jkollna kull tama li naslu fil-port tas-salvazzjoni, il-genna, permezz taghha. U tista’ timmagina li din is-Sinjura ma titlobx u tintercedi ghalina meta ahna kuljum ghal hamsin darba rrecitajna is-Sliema (itlob ghalina midimbin issa u fis-siegha tal-mewt taghna ) fil-hames posti tar-Ruzarju ghad unur taghha.?

Marija hija msejha “Bieb tas-Sema” ghaliex il-Mulej taghna hu fis-sema u hija t-Triq li twassalna ghal ghandu. Min jaf kemm kienet hi l-kawza li wasslet tant bnedmin mill-gdid ghand Gesu’!

Hekk kif Gesu’ gie fid-dinja permezz taghha, hekk ahna irridu mmorru ghandu permezz taghha. Hija tassew il-Bieb tas-Sema mhux biss tal-Knisja Militanti imma ukol ghall-Knisja Purganti - l-Erwieh tal-Purgatorju li ma jistghux jghinu lilhom infushom. Bl-intercessjoni taghha flimkien mat-talb taghna hija tidhol ghalihom quddiem Binha biex jehlishom mill-pwieni ta’ dan il-post u jidhlu jgawdu lil Alla minghajr dewmin.

“Itolbu u ghamlu penitenza.” DAN KIEN KULL DARBA L-MESSAGG TA’ MARIJA meta dehret lill-bnedmin. U dan biex tkun ghad-dinja u ghal-hutna li diga’ telqu qabilna l-“BIEB TAS-SEMA”

Qatt tlissen it-talba tas-Sliema u Qaddisa bi bruda u indifferenza, izda ghidha b’herqa u devozzjoni l-aktar kbira.

Make a free website with Yola