jesusandmary

 

 

Marija l-kewba ta' filghodu:

Il-Kewba ta' filghodu iggib maghha sinjali ta' tama, turi li id-dalma tal-lejl ser iccedi ghad-dawl tal-jum li jaghti l-hajja. U ghalhekk lil Marija fil-Kitanija nsellmulha bhala l-kewba ta' filghodu, ghaliex hija taghti sens ta' dawl u tama lill-hajja taghna, imdawra b'tant dlam u qerq.
Kultant inhabbtu wiccna ma' cirkustanzi li bilfors ikollna nistaqsu lilna nfusna : « Liema hija l-ahjar haga li naghmlu ? » U s-soluzzjoni taghna tkun din « Li kieku Kristu kien floki x'kien jaghmel ?».

Il-Papa Gwanni Pawlu II jissugerixilna li gia la darba ahna qeghdin f'pelleggrinagg biex jum wiehed niltaqghu mal-Mulej Gesu', il-mixja taghna ghandha tkun bhal dik ta' Marija li mxiet il-mixja tal-fidi u lealta' f'unjoni ma' Binha sal-mewt tas-salib. Marija ghandha tkun l-ispirazzjoni ghalina. Meta niftakru kemm ghaddiet minn tbatija u provi u madanakollu baqghet fidila lejn Alla, dan ghandu jkun ta' stimulu biex ma naqghtux qalbna u bhalha nghixu l-fedelta' li weghdna lil Alla fil-maghmudija. Ghandna raguni li nimxu ma' Marija ghaliex hija minghajr dubju l-mara mudell tal-fidi, l-mara mudell ta' tama u l-mara mudell ta' imhabba ghal kull wiehed u wahda minna.

Marija dehret fuq l-orizzont ta' l-istorja tas-Salvazzjoni qabel Kristu deher fid-dinja, infatti meta wasal iz-zmien biex jitwieled Kristu, Marija, ix-xebba fqajra ta' Nazaret kellha madwar hmistax-il sena. Dehret bhal kewba ta' filghodu fid-dalma tal-hazen tad-dinja biex taghti t-tama lin-nies li s-salvazzjoni hi fil-qrib. Bir-ragun nghidulha li hija l-kewba ta' filghodu ghaliex dehret qabel id-Dawl tad-dinja. Bhal kewba ta' filghodu hija ddiet b'dawl qawwi ghaliex Alla zejjinha sa minn qabel ma giet koncepita bil-grazzji kollha tieghu : ghalhekk ghamilha Immakulata. Imbaghad Alla meta ra l-kapolavur tieghu baghtilha lil anglu Gabirjiel biex ihabbrilha l-misteru tat-tnissil ta' Gesu', biex iwasslilha l-ahbar li hija kellha l-missjoni li tkun omm Gesu', is-Salvatur u l-Feddej tad-dinja. Inqieghdu lil Omm u lil Iben flimkien, lil Marija u lil Gesu' ma' xulxin, ma jistax wiehed jifridhom.

Dan kien il-pjan ta'Alla li tul iz-zminijiet ipprepara lill-bnedmin permezz tal-profeti, ghall-migja tal-Messija, imwieled minn mara u din il-mara kien jisimha Marija. Kien fis-sena 431 li l-Koncilju ta' Efesu ddikjara li Marija hija Omm Alla. Sfortunatament hawn min ma jemminix. La darba Marija hija omm Gesu' hija ukoll Omm Alla, ghax Gesu' barra li hu bniedem huwa wkoll Alla. Jekk trid tifhem min hi Marija jehtieg li thares lejn Kristu, ghax hemm relazzjoni qawwija bejn Gesu' u Ommu Marija.



Make a free website with Yola