jesusandmary

 

 

Skrizzjoni li tidher fuq irhama tas-sbatax-il seklu tiddeskrivi dan il-miraklu Ewkaristku bhala li sehh fis-sena 750 gewwa Lanciano f il-Knisja ta’San Frangisk. Il-patri li kien qed iqaddes iddubita li l-Gisem u d-Demm ta’ Kristu jinsab verament prezenti fl-Ostja Konsagrata. Meta ccelebra l-quddiesa mal-kliem tal-Konsagrazzjoni l-Ostja imbidlet fl-Laham Haj u l-Imbid f’Demm. Kulhadd ra u kien xhud okulari ta’ dak li sehh fuq l-artal.

Sal gurnata tal-lum il-Laham ghadu ntatt u d-Demm hu maqsum f’hames partijiet mhux ugwali li flimkien ghandhom l-istess toqol daqs kull parti separata.

Fis-sena 1970 l-arcisqof ta’ Lanciano u l-Provincjal Superjur tal-Frangiskani Konventwali gewwa Abruzzo bil-permess ta’ Ruma stieden lil Dr. Edward Linoli, direttur ta’ l-isptar f’Arezzo u professor ta’ l-atonomija, kemistrija, histologija u mikroskopija klinikali biex jaghmel ezami xjentifiku bir-reqqa fuq r-relikwiji tal-miraklu li kien gara tnax-il seklu qabel. Fl-14 ta’ Marzu 1971 il-professur hareg b’dawn ir-rizultati dettaljati fuq l-istudji u ricerka li kien wettaq.

Il-Laham Mirakoluz huwa tassew Laham awtentiku ta’ bniedem.Id-Demm Mirakoluz huwa tassew Demm uman. L-analasi jindika li din hija haga assoluta u certa li wiehed ma jistax iddisputaha.Saru testijiet fis-sena 1973 minn Bord tal-World Health Organization biex jikkonfermaw jew le dawn ir-rizultati tal-professur Linoli. Ix-xoghol taghhom dam sejjer 15 il-xahar u kien jinkludi 500 ezami. Ilkoll qablu ma dawn ir-rizultati u qalu li framenti tal-Laham ma hux xi haga bbalzmata. Ix-xjenza waqfet hemm ghax quddiem dak li kienet qed tara ma setghetx tati aktar spjegazzjoni.It-tip ta’ Demm hu AB l-istess tip ta’ Demm li hemm fuq il-Lizar Mqaddes ta’ Turin.

PRATTIKA:

Quddiem dan il-miraklu kif tista’ tibqa’ passiv u ma tinzilx gharkubtejk u tadura lil Kristu Haj bil-Gisem u d-Demm u d-Divinita’ Tieghu fil-Quddiesa u fit-Tqarbina?

 IR-RELIKWARJU LI FIH JINZAMMU IL-GISEM U D-DEMM TA’ KRISTU.

Make a free website with Yola