jesusandmary

IL-MIRAKLU EWKARISTU TA’ PATIERNO’ - NAPLI

F’Awissu 29, tas-sena 1774, il-Kurja Arciveskovili ppronunzjata ruhha favorevoli dwar is-sejba mirakoluza u l-preservazzjoni inspjegabbli ta’ Ostji kkonsagrati misruqa mill-Knisja ta’ San Pietru gewwa Patierno fl-24 ta’ Frar tas sena 1772.

Fis-sena 1971, giet stabbilita s-sena Ewkaristika fid-djocesi biex il-kommunita’ tiftakar u tidhol fil-hsieb ta’ dan il-miraklu Ewkaristiku. Bi sfortuna kbira fis-sena 1978 xi hallelin mhux maghrufa kienu kapci jisirqu r-relikwarju li kien jerfa’ fih l-Ostji mirakoluzi tas-sena 1772. Sfortunatament dawn qatt ma nstabu.

Dik is-sena, jigifieri, 1772, hallelin ohra mhux maghrufa dahlu fil-knisja u serqu numru ta’ Ostji konsagrati li nstabu xahar wara fl-artijiet li kienu jappartienu lid-Duka ta’ Grottolelle. Dawn instabu taht id-demel li jitfghu fl-ghelieqi. Madankollu dawn baqghu ntatti. Dawl misterjuzi u hammiena li kienet dejjem iddur fuq il-munzell ghamluha possibli li jinstabu dawn l-Ostji konsagrati. San Alfons Marija de Liguori jiddeskrivi dan il-miraklu fid-dettal uj iehu l-opportunita biex iqajjem il-fidi u d-devozzjoni tal-poplu lejn dan is-Sagrament ta’ l-Imhabba. Il-Vigarju Generali, Mons Onorati , ghamel ezami bir-reqqa matul is-snin 1772 u 1774 stqarr fil-minuti li kien izomm, li dan hu miraklu mwettaq minn Alla biex juri l-verita’ tad-domma dwar il-Prezenza Reali ta’ Kristu fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija.

Fost ix-xhud ta’ dan il-miraklu kien hemm tlett xjentisit maghrufa, fosthom Dr Domenico Cotugno, professor fl-Universita’ ta’ Napli u kollha kien ta’ l-istess fehma li hadd ma jista’ jaghti spjegazzjoni ghaliex dawn l-Ostji Konsagrati baqghu ntatti. Dan il-fenomenu jisboq kull principju tal- fizika u tan-natura. Dan hu miraklu haj. Fis-sena 1972 il-Professur Pietro De Franciscus, ghalliem tal-psikologija umana fl-Universita ta’ Napli ukoll ikkonferma l-konkluzzjonijiet ta’ dawk ta’ qablu.

Fis-sena 1967 il-kardinal Corrado Ursi fl-okazzjoni ta’ meta l-knisja ta’ San Pietru giet mghollija ghal santwarju djocesan ewkaristiku stqarr: “ Dan l-att prodigjuz huwa rigal mis-sema u twissija divina lil arcidjocesi. Dan il-lehen qatt ma ghandu jiddghajjef imma jqanqal il-qlub lejn il-messagg li dan il-Hobz tal-Hajja huwa s-salvazzjoni ghad-dinja.”

Prattika

Jekk inti tassew temmen li l-Ewkaristija hija l-Hobz tal-Hajja ta’ dejjem, x’inhu li qed izommok lura li ma tiekolx minn dan il-Hobz Imqaddes li hu l-Hajja. ?

Irhama memorjali biex tfakkar fejn insabu l-Ostji Konsagrat

Make a free website with Yola