jesusandmary

 

 

 

   

Fis-sena 1345 Amsterdam ma kienitx dik il-belt tal-lum, izda lokal fejn kienu jghixu xi sajjieda. Matul il-kanal ewlieni kien hemm mibnija xi djar modesti tas-sajjieda, knisja u monasterju. Hawn sehh miraklu Ewkaristiku li gab barka lil din il-belt.

Sajjied li kien joqghod f’dar gewwa Kalverstreet, jismu Ysbrant Dommer kien qieghed fl-ahhar mumenti ta’ hajtu u talab biex isejhulu sacerdot halli jamminstralu l-ahhar sagramenti. Wara li qarru u tah is-sagrament tal-Morda, is-sacerdot qarbnu.

Appena s-sacerdot halla d-dar, il-marid beda’ jisghol qawwi hafna. Martu marret hdejh biex tghinu, izda r-ragel hassu qed jifga’ u rregetta kollox mill-istonku, ikluz l-Ostja li kienet ghadha ntatta. Il-mara mill-ewwel qabdet l-ixkupa u wadbet kollox fil-fuklar qalb in-nar. Dak il-hin stess indunat bl-izball gravi li ghamlet imma ma setghetx tirrimedja billi n-nar kien qed iheggeg sew. Dak il-lejl ma raqdet xejn ghax bezghet li wettqet dnub gravi.

L-ghada filghodu hekk kif qamet marret hdejn il-fuklar fejn in-nar kien ghadu ma ntefiex. Il-faham kien ghadu jahraq. Qalbitu biex tara x’gara mill-Ewkaristija u b’ghageb kbir taghha lemhet l-Ostja li ma gralha xejn. Kienet brillanti u friska daqs li kieku s-sacerdot kien gabha dak il-hin. Gabritha, kebbitha f’bicca ghazel nadifa u qeghditha f’kaxxa.

Sejhet lis-sacerdot li gie jqarben lil zewgha il-lejla ta’ qabel u rrakontatlu l-istorja. Il-qassis ha l-Ostja u poggieha fil-pissidi u hasel l-ghazel li fiha kienet imkebba. Imbaghad ha l-Ostja fil-knisja ta’ San Nikola. Hemm qieghda fit-tabernaklu. Is-sacerdot haseb li ahjar izomm fommu sieket biex ma jsir ebda tqassqis fuq il-mara u zewgha.

L-ghada filghodu s-sacerdot baqa’ miblugh mhux ftit meta fetah it-tabernaklu u ra l-pissidi vojt. Meta l-mara fethet il-kaxxa biex iggib xi lozor sabet l-Ostja ta’ lejl ta’ qabel hemmhekk.

L-Ostja nstabet mill-gdid mill-istess mara fil-kaxxa fejn refghitha fil-bidu. Ma setghetx tifhem ghax kienet certa li s-sacerdot hadha mieghu. Bezghet ghax hasbet li kien il-Mulej li mill-gdid gabha hemm biex dik tkun il-prova tad-dnub terribbli li kien qed ikiddilha lil qalbha.

Marret lura l-knisja, sabet il-qassis u rrakontalu kollox x’gara. Il-qassis mar id-dar taghha u hadha lura fil-knisja. Meta dak li sehh qabel rega’ sehh ghal darb’ohra, is-sacerdot ikkonsulta lil shabu l-qassisin. Kien hemm kunsens generali li dan kien miraklu li Gesu’ ried li jkun imxandar biex kulhadd jemmen li Kristu hu haj bil-Gisem, id-Demm, ir-Ruh u d-Divinita’ fl-Ostja kkonsagrata u biex ikun ta’ dawl ghal dawk li huma reqdin fil-fidi taghhom.

L-istorja malajr xterdet mar-rahal kollu u l-inhawi ta’ madwar. Saret purcissjoni lejn id-dar tas-sajjied li ghaliha attendew bosta nies. Mid-dar tas-sajjied l-Ostja kkonsagrata ttiehdet lura lejn il-Knisja ta’ San Nikola b’qima u devozzjoni li kien jisthoqqlu l-Mulej ghar-rigal li ta lil dan il-poplu umli ta’ Amsterdam.

Is-sajjied moribond fieq u ma mietx. Id-dar tas-sajjied saret post ta’ devozzjoni. Wara xi zmien imbidlet f’kappella. L-investigazzjonijiet kollha ikkonkludew li ma kienx hemm qerq f’dak kollu li gara. Anke l-knisja zammet l-istharrig taghha fuq il-kaz u wara l-ezamijiet li ghamlet iddikjarat li l-miraklu kien wiehed awtentiku. L-Ostja mirakoluza tpoggit fuq l-artal magguri ghal adorazzjoni tal-poplu.

Minn naha taghha l-knisja waqqfet purcissjoni biex ta’ kull sena tkun imfakkra din il-grajja mirakoluza. Hafna nies gew Amsterdam biex jagharfu aktar dan il-miraklu, fosthom Maximiljan, imperatur ta’ l-Awstrja. Dan gie biex jitlob ghall-fejqan ta’ ibnu. Bhala gratitudni li ibnu fieq ta l-permess li l-belt tpoggi fuq l-arma taghha l-kuruna mperjali u hekk ghadha sal-lum.

Mhux kollox pero’ baqa’ ward u zghar ghaliex fis-sena 1578 il-purcissjoni ma thallitx issir mill-kunsill protestant tal-belt u ma thallewx ukoll kattolici jersqu lejn il-kappella. Pero’ din l-attivita’ baqghet issir fil-mohbi u saret maghrufa bhala l-purcissjoni tas-Silenzju. Aktar tard fis-sena 1881 rega’ hareg il-permess li din issir mill-gdid. Hafna nies madwar 10,000 ruh jiehdu sehem fil-purcissjoni li ghadha issir sal-lum fil-festa ta’ Corpus Domini fit-toroq ta’ Amsterdam.

Make a free website with Yola