jesusandmary

 

Gewwa Orvieto, fid-Duomo dedikat lil Assunta, hemm kustodita r-relikwija tal-Korporal li fiha tbajja tad-Demm tal-Miraklu Ewkaristiku li sehh gewwa Bolsena fis-sena 1263 fil-knisja ta’ Santa Cristina.

Fi zmien il-Papa Urbanu IV meta flimkien mal-kurja tieghu kien joqghod gewwa Orvieto, sacerdot ta’ kostumi tajba, u fidi f’Alla ( x’aktar li ismu kien Pietru minn Praga ) qatt ma seta’ jifhem kif mal-kliem tal-konsagrazzjoni l-hobz u l-imbid jimbidlu fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu.

Kuljum kien jitlob lil Alla biex jurih sinjal anke ckejken biex hu jnehhi dawn id-dubbji li kellu fuq l-Ewkaristija. Meta wasal iz-zmiem, Alla fil-hniena tieghu wrieh sinjal biex dan is-sacerdot ma jibqghax dubbjuz, izda jemmen.

Jum wiehed wasal fil-kastell ta’ Bolsena, fl-arcidjocesi ta’ Orvieto u waqaf hemm biex jiccelebra s-sagrificcju tal-quddiesa fil-knisja ta’ Santa Cristina. Waqt li kien qed jiccelebra l-Quddiesa u jzomm l-Ostja fuq il-Kalci sehhet grajja li quddiemha ghalkemm hakmitu l-biza’, waqaf milli jkompli jiddubita fuq il-prezenza ta’ Kristu fl-Ostja u l-Imbid konsagrati.

 

 

 

Minghajr ma kien jistenna xejn, is-sacerdot ra dik l-Ostja timbidel f’veru Laham u mcappsa b’veru Demm, hlief dik il-parti li kien qed izomm b’sughajh. Id-Demm kompla jqattar u waqa’ fuq il-Korporal. Issa s-sacerdot ma kien fadallu ebda dubju u twerwer quddiem dak il-fatt. Ipprova jahbi l-Ostja fil-Korporal biex jistor l-miraklu, izda aktar ma sforza aktar hareg haj il-miraklu. Infatti kull qatra li tebbghet il-korporal kellu figura li tixbah lill-bniedem.

Is-sacerdot waqaf milli jkompli jiccelebra l-quddiesa, u qieghed b’devozzjoni l-aktar kbira s-sagrament fit-tabernaklu. Hu telaq girja wahda ghand il-Papa li kif ghedna aktar ‘l fuq kien jinsab f’Orvieto u rrakontalu l-grajja kollha u talab mahfra tan-nuqqas ta’ fidi lill-Vigarju ta’ Kristu fuq l-art.

Il-Papa hafirlu u ordna lil isqof ta’ Orvieto biex imur igib il-Gisem ta’ Kristu. Hekk sar u f’purcissjoni l-aktar devota wassal is-Sagrament fost partecipazzjoni numeruza ta’ Orvjetani.

B’konsegwenza ta’ dan il-fatt il-Papa ordna it-twaqqf tal-festa ta’ Corpus Domini bil-bolla “Transiturus de hoc mundo" fis-sena 1264, madwar id-dinja kollha. L-Ostja u l-Korporal baqghu f’Orvieto u gew kustoditi f’relikwarju mill-isbah.

PRATTIKA
Tista’ quddiem grajja bhal din tibqa’ ndifferenti meta tghaddi minn quddiem tabernaklu li fih hemm maqful Gesu’ ghal imhabba tieghek?


Ghaliex ma taghmlix genuflessjoni biex turi l-fidi tieghek, biex turi li temmen li f’dak it-tabernaklu hemm Gesu’ li ried jibqa’ mieghek u maghna prezenti sa tmiem iz-zmien?

Make a free website with Yola