jesusandmary

 

IC-CURKETT.

Enrico u Julia izzewwgu fil-knisja ta’ San Bastjan f’rahal zghir mitluf qalb il-muntanji. Kunjomhom Perbene kien kuntrarju ghal dak li jfisser.  Enrico hlief risq hazin ma rax quddiem wiccu. 

Meta kellu sentejn tilef il-missieru f’disgrazzja gewwa l-minjieri u ghalkemm harguh haj kien midrub tant gravament li sa ma wasal l-isptar miet. Tant tatha gewwa t-telfa ta’ zewgha li ommu qatt ma setghet tiehu r-ruh.

 Xi gimghatejn qabel iz-zwieg tieghu ma’ Julia, tilef lil ommu u kellu jipposponi z-zwieg bi ftit xhur ohra.  L-inkwiet ma waqafx hemm u kompla jigri warajhom. Julia tilfet it-tqala taghha u qatt ma regghju gew f’taghhom.  Meta ra dan ir-risq hazin fuqu, hallew kollox warajhom u b’ta fuqhom senduqhom marru l-Amerka bit-tama li xortihom timbidel. Kull ma kienu hadu maghhom kien ic-curkett tad-deheb u d-djamanti li ommu taghtu bhala tifkira. Kien jghozzu hafna u qaflu f’kaxxa zghira maghmula mill-injam tal-kewba bil-wicc interzjat.  Ftit tal-gimghat wara li wasal l-Amerka sab post mat-taqsima tat-tifi tan-nar.

Il-koppja Perbene kienu jghixu f’appartament semplici, zghir u nadif tazza. Ir-ragel irtira mix-xoghol snin ilu u kienu jghixu fuq dhul fiss. Dak li kienu jdahhlu kien iservihom biss ghall-htigijiet tal-hajja u xejn iktar.  Dejjem nefqu bil-ghaqal u sahansitra kienu jwarrbu dik il-haga zghira biex meta jasal il-waqt, jixtru rigal lil xulxin. Izda din is-sena, zmien il-grajja taghna ma setghux anqas jaghmlu hekk.

Madankollu l-koppja Perbene xorta ma tilfux sabarhom u kienu kuntenti.  Qatt ma naqsu li jsellmu lil Marija Ssma bit-talba ghaziza taghha tar-Ruzarju fil-knisja ta’ San Mikiel, li taghha kienu parrucani ezemplari.   Kienet l-ghaxqa taghhom li wara l-quddies tas-Sibt filghodu kienu jidhlu fil-librerija parrokkjali biex jissellfu xi kotba biex jaqraw.  Kienu jhobbu hafna l-qari.

L-inhawi fejn kienu joqghodu l-koppja Perbene kien hemm presenza qawwija ta’ Litwanji. Dawn ukoll kellhom il-kappella taghhom iddedikata lil San Kosma u San Damjan. Il-familja Kostantinis kienet parrucana ta’ din il-knisja u kienet toqghod fis-sular t’isfel ta’ l-istess blokk ta’ appartamenti.  It-tifla l-kbira taghhom, Michelle kellha hmistax-il sena u waslet biex tispicca l-iskola sekondarja. L-koppja Perbene kienu jhobbuha daqs dawl ghajnejhom.

Sibt qabel il-Milied Julia ma marritx il-librerija bhas-soltu izda baqghet id-dar taghmel xi helu. Ir-ragel taghha mar wahdu l-librerija u hemm iltaqa’ ma’ Michelle li kienet qed taghmel xi tiftix ghal xoghol li kellha tikteb fuq il-kwiekeb. “Suggett addatat hafna ghal dawn iz-zmienijiet,” qalilha Enrico hekk kif it-tnejn hargu mill-librerija u bdew mexjin flimkien biex jaghmlu kumpanija lil xulxin sad-dar.

 Kelma iggib lil ohra u t-tahdita waqghet fuq il-Milied.  Enrico qal lil Michelle kif din is-sena kienu tant qoxqox mill-flus li hu u martu ma setghux jixtru rigali lil xulxin. “ Madankollu l-fatt li ngawdu sahhitna u ghandna lil xulxin diga’ huwa rigal mill-isbah.” Waqaf  ghal ftit biex jiehu nifs ‘l gewwa u kompla, “  U inti x’tixtieq bhala rigal ghal dan il-Milied?,”

Haga wahda biss nixtieq, propjament, u mhux ghall-Milied. Irrid xi haga aktar minn rigal. Nixtieq nattendi l-Akkademja ta’ Notre Dame is-sena d-diehla u mhux il-kullegg pubbliku.  Imma l-genituri tieghi ma jistghux ihallsu.”  Enrico ma sabx kliem biex iwennisha u ra li ahjar izomm halqu maghluq. Kienu waslu fejn joqghodu u wara li sellmu lil xulxin kulhadd mar ghar-riehu.

Enrico irrakonta lil martu dwar ix-xewqa ta’ Michelle, li tattendi l-akkademja ta’ Notre Dame u kemm kienet qalbha sewda ghaliex ma setghetx tilhaq l-iskop taghha.  Wara li Julia tat tilwila lill- helu fil-forn biex ma jinharqilhiex,  tniehdet, “Povra tfalja.  Li konna nistghu nghinuha ahna.”

Michelle dahlet gewwa u marret dritt f’kamritha u sellmet lil Madonna li kellha eposta f’nicca fuq il-gradenza. Kienet replika tax-xbiha ta’ l-Immakulata, li tinsab gewwa Lourdes. Go kaxxa fil-gradenza kienet izzomm b’ghozza kbira l-kuruna tar-ruzarju, il-fjuri artificjali maghmula mill-harir u xi xemgha li hija kienet tixghel mal-lejl quddiem din ix-xbiha. Quddiemha kienet tghid talb qasir fost l-ohrajn biex is-Sinjura taqlaghha l-grazzja li tattendi l-akkadameja ta’ Notre Dame u li tixhet il-barka taghha fuq il-familja taghha u dik tal-Perbene.  Il-lum hija ziedet xewqa ohra li tkun tista tofrilhom rigal anke l-aktar ckejken biex jifirhu fi zmien il-Milied.

Il-koppja Perbene poggew sigra artificjali tal-Milied imzejna bi dwal zghar iteptpu. Il-familja Kostantinis kellha sigra naturali ghaliex zijuhom, li kien jigi  hu missierhom kien jaghtihom wahda b’xejn mill-hafna li kien ikollu ghall-bejgh.  It-tfal flimkien ma’ ommhom kienu zejnuha b’dekorazzjoniijiet stil Litwan maghmula mit-tiben.

Fil-Milied meta l-Perbene dahlu d-dar wara il-quddiesa tat-8.00 ta’ filghodu staghgbu mhux ftit meta taht is-sigra tal-Milied taghhom lemhu zewg rigali imgezwrin puliti. Fethuhom  u sabu rigal ghalihom it-tnejn.  Kull rigal kien indirizatt minghand  wiehed ghal ohra. Wiehed kien kwadru zghir tac-ceramika, u l-iehor kien sett ta’ tlett imkatar.  Min seta’ poggihom hemmhekk? Hadd ma kien dahal fin-nuqqas taghhom. Izda l-misteru malajr inhall meta fuq wara ta’ wahda mill-kaxxi kien hemm miktub hekk: “Lil Michelle.”   Julia tat daqqa hafifa fuq mohha u qalet lil zewgha: “ Dak zgur li kienet Michelle. Ommha ghandha ic-cavetta ta’ dar taghna li tghinha tidhol f’kaz li ahna jkollna bzonn l-ghajnuna.”

Enrico  dar lejn martu u qalilha: “Kemm ghandha qalb nobbili. Taghha offrietu li haddiehor biex taghmlu ferhan. Zewg rigali zghar imma gejjin mill-qalb.”

Wara ftit tas-silenzju staqsa lil martu, “Kif ser inroddu hajr ghal din l-azzjoni ta’ tjubija kbira?”

“Li kieku noffrulha l-aktar haga ghaziza li ghandna,” hajritu martu minghajr ma qaltu x’inhi.

Enrico fehem li kienet qed tirreferi ghac-curkett tad-djamanti li ommu taghtu qabel ma mietet. Ma tkellem xejn u qaghad hosbien jixrob il-kafe ma’ bicca helu tal-Milied. Wara ftit Julia kompliet, “Tkun tista thallas l-ispejjes ta’ kullegg ta’ Notre Dame.”  Zewgha baqa’ sieket u meta rat li ma qal xejn dawret id-diskors.

"Bih fil-kaxxa ma kien qed iservi ta’ ebda gid,” haseb bejn u bejn ruhu. “Tfal ma ghandniex.” Hargu mill-kexxun resaq bih lejn martu u talabha thares lejh ghal ahhar darba. Biesu u dawru f’karta tar-rigali u marru ghand il-familja Kostantinis biex jipprezentawh lil Michelle.

 Nizlu ghand il-Kostantinis u tawhom l-awguri tal-Milied u s-sena t-tajba.  Staqsew ghal Michelle.  Hekk kif dahlet u lkoll kienu hemm, Enrico b’vuci imqanqla beda jghid: “ Qeghdin hawn biex nroddu hajr lil xi hadd li baghtilna zewg rigali tal-Milied. Ahna ukoll ghandna rigal ghal Michelle.”

Taha l-kaxxa u Michelle fethitha. “Curkett,” ghajtet Michelle bil-ferh.

“Tad-deheb u djamanti,” qalilha Enrico bid-dmugh f’ghajnejh. “Jekk tbieghu ddahhal kemxa gmielha u tkun tista thallas il-kors fl-Akkademja Notre Dame.” Dak in-nhar baqghu jieklu ghandhom u flimkien iz-zewg familji ghaddew Milied mill-aktar hieni.

Michelle dahlet fl-Akkademja ta’ Notre Dame ghall kors li wasalha biex tilhaq infermiera kwalifikata u aktar tard iggradwat bhala tabiba. 

Il-Perbene saru xjuh u ftit li xejn kienu johorgu mill-appartament taghhom hlief ghal xi okkazjoni specjali tal-parrocca meta l-volontiera kienu jigu ghalihom bil-karozza biex jehduhom ghal attivita’.  Jum wiehed semghu tahbita fuq il-bieb . Enrico mar jiftah u quddiemu lemah li swor Julia.  Bil-ferh li hass dahal gewwa biex ghajjat lil martu u anqas biss stedinha tidhol gewwa.

“Gejt biex narakom qabel nitlaq bhala missjunarja lajka fl-Afrika.”

 

 

 

 

Make a free website with Yola