jesusandmary

RUZARJU 'L BOGHOD


Lejliet il-Milied il-knisja ta’ San Pietru kienet mimlija daqs bajda ghall-funzjoni ta’ nofs il-lejl. Ghall -habta tal-hdax il-volontiera tal-parrocca bil-ghajnuna tal-kappillan tellghu pageant bil-partecipazzjoni tat-tfal li kienu jattendu c-centru tad-duttrina.  Il-kongregazzjoni kienet attenta ghal dak li kien qed isir u xi tbissima ma naqsitx ukoll meta l-atturi ckejkna kienu jaghmlu xi zball genwin bhal xi twerzieqa jew stonatura kif kant.  Izda d-dahq gera’ fuq fomm kulhadd meta tifel dahal igebbed naghga b’habel minn ghonqa, u jew ghax ma zammiex sewwa jew l-annimal beza’, harbet u griet qalb in-nies bit-tifel jigri u jghajjat warajha biex tieqaf halli ikun jista jaqbadha. Minghajr ma tfixklu jew taw kaz tad-dahq tan-nies, l-atturi zghar komplew jahdmu l-parti taghhom qisu qatt ma gara xejn.  Il-kant u l-quddiesa f’nofs il-lejl temmew din l-attivita’.

Miss Jones kienet mghaggla. Riedet tilhaq taxi biex tasal id-dar.  Ghalkemm ix-xita  waqfet kienet kesha wisq biex tmur id-dar bil-mixi. Barra minn dan kien lejliet il-Milied. Mhux ghax fid-dar kien hemm xi hadd jistenniha. Kull ma kellha kienet sigra tal-Milied, xi zewg rigali li baghtulha hbiebha u presepju. Xejn aktar, la familja u anqas mistednin. Izda li tigri wahedha fit-toroq ta’ New York wara li attendiet il-quddiesa ta’ bil-lejl fil-knisja ta’ San Pietru kienet haga perikoluza.  Ghalhekk riedet taqbad taxi u tasal malajr id-dar.

Iz- ziffa kiesha gaghlietha taqfel il-buttuni tal-kowt tal-mink u tghaddas sewwa go rasha il-kappell li kienet liebsa. Meta waslet fuq il-bankina rat li kien fadal taxi wahda biss. Hasbet li is-sewwieqa tat-taxis l-ohra kienu qed jixorbu biex jiffestegjaw l-Milied. Waqt li haffet il-pass biex tilhaqha u xejret lis-sewwieq biex tigbidlu l-attenzjoni tieghu, ma indunatx b’Miss Anna Rocks.  B’kuntrast maghha kienet liebsa fqir. Kienet qed iggor hafna basktijiet, uhud minnhom tal-karti ohrajn tad-drapp. F’dawn kellha dak kollu li kienet tippossiedi. Kullimkien kien id-dar ghal Miss Rocks. Daqqa tghix hawn, ohra tghix hemm. Is-subways kien il-mezz ghaliha biex titbieghed mill-kesha jew xita.

Miss Jones ma indunatx b’Anna.  U dahlu go xulxin. Iktar tort ta’ Anna li baqghet diehla go fiha.  Imma Anna pronta skuzat ruhha. 

Miss Jones wegbitha lura, “ O! ara x’ghamiltli. Tflit it-taxi minhabba fik”

“Jiddispjacini hafna sinjura,” qaltilha sincerament Anna.

“Tinkweta xejn,” qaltilha Miss Jones filwaqt li bdiet tfittex dollaru biex taghtih karita’ lil dik l-imcercra.

“ Le sinjura. Jiena ma inhiex nitlob karita,’ qalitliha Anna xi ftit misthija.” Huwa veru li jiena nittallab hawnhekk barra l-katedral imma mhux il-lejla. Jigifieri mhux il-lum, lejlet il-Milied. Fil-Milied jiena naghti r-rigali.  Ghalhekk jiena waqqaftek. Ghal darba ohra nitolbok tahfirli minhabba li kien tort tieghi li inti tlift it-taxi.”

“Insiha, qisha qatt ma kienet xejn. Li qed ibezzghani hu li hu tard.”

“Fejn toqghod madam?”

“Hames blokki ta’ bini ‘l boghod minn hawn.  Imma nibza’ nimxi wahdi mal-lejl. Perikoluz wisq.”

“Tinkwieta xejn.  Nimxi mieghek jiena.  Mieghi tkun mohhok mistrieh.  Jiena nterraq dawn in-nahat tal-belt lejl u nhar.”

“Imma verament ma rridx niehdok barra minn trieqtek. Hu naqra ‘l boghod.”

“Le mhux boghod xejn. Hames blokki ta’ bini ‘boghod,  huwa biss Ruzarju ‘l boghod.”

“Ruzarju ‘l boghod? ” staqsieha mistaghgba Miss Jones

“Da zgur. Jiena dejjem nghid ir-Ruzarju meta nimxi u ninduna kemm hawn boghod bir-Ruzarji.”

“ Originali. Imma issa hu tard u inti missek tingabar id-dar.”

“Jiena d-dar qieghda.  Irrid infisser li jiena ma ghandix dar regolari.  Kullimkien hu dar ghalija.”

“Verament qed nibza. U jekk ma jimpurtax……..,” qaltilha Miss Jones.

“Anqas xejn. Nistghu nghidu r-Ruzarju.”

“Tajjeb hafna.  Hekk nibza inqas,” wiegbitha Miss Jones.

It-tnejn hargu l-kuruna tar-Ruzarju. Waqt li wahda harget il-kuruna taghha minn but taht il-hafna hwejjeg li kient liebsa bhala protezzjoni kontra il-kesha, Miss Jones sabet taghha fil-basket li kienet iggor f’idejha. Kien f’dan il-mument li indunat li kienu ma introducewx lil xulxin.

“Jisimni Anna Rocks imma sejjahli Annie.  Hbiebi kollha hekk jghattuli.”

“Ismi hu Joan,” qaltilha Miss Jones xott xott ghax hbieb kellha ftit li xejn u certament dawn ma kienux jsejhulha b’xi laqam. “Qed nara li ghandek kuruna sabiha hafna.”

“Grazzi Joan. Xtrajtha minghand it-Tiffany ghal 75 dollaru ftit tas-snin ilu.  Mahdumha mill-fidda  u z-zibeg taghha tal-madre perla.”

“Verament sabiha. Imma kif stajt tixtriha.?”

“Gemmajt dik ix-xi haga zghira kull xahar.  Ridt wahda sabiha.  Jiena nhobbha lis-Sinjura taghna u r-Ruzarju taghha ukoll.”

“Veru  ammirajtha, Annie. Hawn hi tieghi. Xtrajtha minghand is-sorijet ta’ Ulied San Pawl. Swietli 49 dollari.”

It-tnejn bdew mexjin bil-mod jghidu r-Ruzarju.  Ikkontemplaw il-Misterji tal-Ferh.  Kif kien mehdija fit-talb Annie hasbet fit-tielet misterju, it-twelid ta’ Gesu’. Fil-lejl tal-Milied ftit wara nofs il-lejl dan il-Misterju donnu sar realta’  Hsibijietha taru lejn Betlem, fuq it-tarbija u ommu Marija. Hasbet ukoll fuq San Guzepp il-Missier putattiv ta’ Gesu’.  Quddiem ghajnejha rat l-istalla u hasbet kemm kienet kesha f’dak il-post qaddis.

Ghal kuntrarju l-hsibijet ta’ Miss Jones kienu differenti minn dawk ta’ Annie. Hasbet fiha – mara bla dar, tghix wahedha fil-kesha. Fatt ta’ qsim il-qalb.

Hekk kif waslu hdejn l-ahhar blokk Anne bdiet is-Salve Regina. It-tmiem tar-Ruzarju kien juri li Miss Jones waslet id-dar.

“Annie irrid minn qieh qalbi nroddlek hajr talli wassalnti d-dar u ghamiltli kumpanija.”

“Haga zghira. Kuntenta hafna li kont ta’ servizz ghalik.”

“U Annie waqt li konna qed nghidu r-Ruzarju hsibt li inti bla dar fejn toqghod u jiena ghandi dar kbira hafna .  Min jaf kieku tigi toqghod mieghi.!”

“Le Joan, grazzi hafna. Ili ma jkolli dar ghal hafna snin. Issa drajt ghal din il-hajja u jiena mara fqira.”

“Imma Annie hawn barra, hawn bard kbir.”

“Toqghodx tithasseb.  Ghalija kollox seww.”

“Ikollok  il-kamra tieghek u sodda shuna fejn tista tistrieh minghajr ebda inkwiet u ……..”

 “Le Joan. Tinkwetax minhabba fija. Ahjar kif jiena. Ninsab tajba.”

“Imma Annie jiena ma inhiex……………….”

“X’jigifieri Joan?.”

“Annie ma ghandiex ma min nghid ir-Ruzarju.”

“Hadd ma’ min tghid ir-Ruzarju. Allura f’dak il-kaz ma nistax nirrifjuta t-talba tieghek. Barra minn hekk qed nixjieh. Nahseb li s-Sinjura taghna trid li jigri hekk.”

Miss Jones qabdet idejn Annie u t-tnejn flimkien dahlu fl-appartament taghha.

Dak il-hin taxi waqfet ma gemb il-bankina u s-sewwieq staqsa, “ Sinjuri ghandkom bzonn ta’ xi taxi?”

“Le,” wiegbet Anna, “Qeghdin id-dar.”

“Le,” qablet maghha Miss Jones, “wasalna d-dar. U konna biss Rusarju ‘l boghod.”

 

<

Make a free website with Yola