jesusandmary

 FUQ TLIETA TOQGHOD IL-BORMA.


Wasalt xi siegha qabel ma titlaq it-train.  Hallejt il-bagalja fid-”Deposito Bagagli” ta’ l-istazzjon  biex ma jkollix xkiel, u dhalt niehu kafe’ f’ wiehed mill-bars numeruzi ta’ madwar.  Nies ghaddejjin jghagglu biex jilhqu x-xoghol taghhom fil-hin, portabagali jaqsmu minn naha ghal ohra bil-bagalji tal-passagieri, ohrajn jixtru magazines u gazzetti biex ikollhom x’jaqraw ghal matul il-jum jew fuq il-vjagg twil u melankonuz tat-train.

Ix-xahar ta’ Awissu hu zmien li t-Taljani juzaw biex jivvjagaw ghax ghalihom hu zmien ta’ vakanza. Hsibt biex inkun minn ta’ l-ewwel li nirkeb li ma nibqax l-art jew li jkolli naghmel il-vjagg tieghi kollu bil-wieqfa.  Il-hin li wasalt qabel malajr ghadda. Irkibt minghajr diffikulta’ ghalkemm ma kontx wahdi li immbuttajt biex nilhaq post hdejn tieqa go wiehed mill-vaguni.  Sibtu ghadu li fih ma dahal hadd u dhalt jien.  Poggejt il-bagalja fuq l-ixkaffa ta’ fuqi u qaghadt bilqieghda naqra filwaqt li nizzilt it-tendina biex nitatta mill-qilla tat-xemx ta’ Awissu.

Ma domtx wisq fil-kwiet ghax dlonk wiehed zaghzugh Taljan staqsieni jekk il-kabina kienitx okkupata.

“Le le” jien wegibtu fil-qasir u xott.  Irringrazzjani ha postu u tani l-ghodwa t-tajba. Jiena raddejtlu lura t-tislima tieghu u tbissimtlu.  Donnu dak li ried biex jibda’ tahdita li baqghet sejra tul hafna mill-vjagg .  Ghalaqt il-gazzetta u komplejt mieghu.  Introduca ruhu mieghi u qalli li jismu Antonio.

“Jiena student fl-Universita’ ta’ Ruma. Qed nistudja biex nillawrea fil-medicina.  Propju jiena noqghod Scandriglia  imma nqatta’ hafna miz-zmien tas-sena hawn gewwa Ruma. Fil-jiem tal-vakanzi nitla’ nghaddihom mal-genituri tieghi.  Ma nsib xejn ahjar minn hekk.  Hajja qalb il-kampanja u l-ghelieqi li ttik is-sahha.  Hawn hlief arja fgata bid-duhhan u hajja mghaggla ma ssibx.  U din id-darba domt ftit ma tlajt id-dar ghax qed l-Universita naghmel xi ricerka li haditli ftit fit-tul.”

U kien jibqa sejjer jaqrali hajtu li kieku ma indunax li kien qed jitkellem wahdu, u staqsieni “Mill-liema pajjiz int?”

“Jien minn Malta.”

“Kif?  Minn kliemek hsibt li inti Taljan, ma nafx ghaliex ghamiltek li gej minn Napli.  Titkellem Taljan car hafna,” staghgeb Antonio.  “Bilhaqq ma ghidtlix x’jismek?”

Jiena gharraftu li jisimi Alex. “Qieghed hawn fuq vakanza u stharrig fl-istess hin. Irbaht borza ta’ studju minghand il-Gvern Taljan u gejt nistharreg il-bzonnijiet  ghal tul iz-zmien ta’ studju u fl-istess nqatta’ vakanza zghira. Ghal nofs Settembru nibda’ ”,  wegibtu jiena. “ Sejjer sa Cascia  noqghod jumejn u wara nerga’ ninzel Ruma.”

“Faddalek daqs siegha ohra train.  Pero’ aktar ma titla ‘l fuq il-kampanja aktar issahhrek.”

Waqafna fi stazzjon zghir wara vjagg ta madwar tlett kwarti.  It-train waqaf ghal kollox biex inizzel u jtella’  xi passigieri godda.  Sa dan it-tant xi tfal imfarfrin b’tilar imdendel ma’ ghonqhom bdew jersqu lejn it-twieqi tal-vaguni u jistaqsu jekk xi hadd riedx jixtri xi ikel u xorb kiesah.  Hafna kienu li xtraw. Antonio offrili izda jiena irringrazzjatu u ma hadtx.  Qabel ma Antonio ha l-affarijiet, qal lit-tfajjel, “ Ma ghandix zghar.  Ghandek ittini bqija minn karta ta’ mitt elf?”

“Iva”’ wiegbu t-tfajjel. U filwaqt li newwilu pakkett hobz u tazza issigilata cola, hataf il-karta tal-flus u telaq jigri b’kemm kellu hila u sahha.  Biex aktar jigri b’heffa kbira u minghajr tfixkil nehha t-tilar minn ma’ zaqqu u ghosfor f’kemm trodd salib qalb il-folla.

“Al ladro, al ladro,” ghajjat Antonio b’hangra daqsxhiex. “Fermate il-ladro”, kompla jwerzaq .

Izda hadd ma ta kaz.  It-train bdiet miexja  u Antionio baqa bli ha.  Inkwieta ghall-ahhar u aktar tbaqbaq meta fetah it-tazza tal-cola u sab li kienet ilma kiesah. 

“Dahaq bija bil-kbir,”qal Antonio b’rabja kbira fuqu.  Ippruvajt nikkalmah u nwissih jiehu kollox bis-sabar. Meta sema’ bl-incident il-kunduttur tat-train offrielu l-ghajnuna tieghu.  Talbu jiddeskrivilu t-tfajjel biex ikun jista’ jghaddi messagg lill-pulizija ta’ l-istazzjoni, izda Antonio wiegbu, “L-affarijiet tant graw f’hakka t’ghajn li anqas niftakar xejn. X’ser ikun minnu dak it-tfajjel meta jikber?”.

Domt nisma’ t-tgergir tieghu ghal madwar nofs siegha meta t-train bdiet miexja bil-mod sa ma dahlet go mina li kienet taqsam il-muntanji. Waqfet hesrem fil-mina .  Antonio  habat bhal jaqta’ nifsu.  Biex taghqad f’mument minnhom id-dwal tal-vaguni marru ghal kollox u waqa’ dlam cappa.  Antonio taghtu rasu u beda’ jdur mal-vagun qisu wiehed mignun jghajjat li qed jinqatalu niffsu.  Tah bhal dellirju.  Biex nikkalmah xi ftit hrigt torch u xeghltu biex naqta’ dik id-dalma.  Meta ra dak id-dawl, avvolja nifta, donnu strah izda xorta baqa’ bhal wiehed qisu stordut.  “Ghax jiena nbati bil-klawstrophobia”, qalli meta gie ftit f’tieghu.  Xi mumenti wara d-dawl gie lura u t-train bdiet miexja mill-gdid.  Meta harget mill-mina Antonio qisu ha hajja gdida.  Hareg rasu mit-tieqa, u bela’ zewg nifsijiet kbar ta’ arja biex bhallikieku jimla’ il-pulmun tieghu li ghoddu kien svojta. “Issa nhossni bniedem iehor gdid”, lissen Antonio li donnu kien nesa’ li serquh f’wiccu ftit tal-hin qabel.

It-train kompla jigri b’velocita kbira biex bhallikieku biex igib iz-zmien mitluf wieqfa fil-mina. Antonio ma waqafx jillamenta fuq l-isfortuna tieghu izda jiena hallejtu jghid, minn widna diehel u minn ohra hiereg.  Ma tantx kien fadallu biex jasal f’rahal twelidu.  “Fejn domt nisma’ siegha indum nofs siegha ohra”, ghidt bejni u bejn ruhi. Biex forsi ndawwarlu s-suggett ghidtlu li dalwaqt jasal.  It-train kien diga beda’ jnaqqas mil-giri.  Minn got-tieqa tal-vagun bdejt nara r-rahal ta’ Antonio. 

Ftaht il-bagalja u minnha hrigt biljett bl-indirizz tad-dar tieghi f’Malta kif ukoll ta’ l-Universita’ li fiha kont ser nistudja meta nibda’ l-kors fl-Italja.  Stedintu ma jinsiniex; kienet ghogbitni l-kumpanija tieghu. Weghdni li jcempilli d-dar tieghi meta nerga’ lura Malta. Ghaddew hames minuti u t-train waqaf go stazzjon zghir.  Kien stazzjon rustiku li jolqtok bil-hlewwa tieghu.  Il-post kien nadif tazza, mertu ta’ zewgt haddiema li dmirhom kien li jnehhu xi hmieg  li seta’ jingabar mal-jum; ix-xtieli jhaddru u jwarrdu ma’ kullimkien kienu jzidu mal-hlewwa tal-post. Fuq barra xejn hadid izda kollox injam fl-istat naturali tieghu.  Il-bankijiet kienu mahduma minn zkuk ta’ sigar kbar.

Malli it-train waqaf Antonio tghannaqna qisu ilna ma naraw lil xulxin ghal snin twal. Antonio gibed il-bagalji minn fuq l-ixkaffa u b’heffa kbira tar mill-vagun.  B’girja mghaggla mexa’ l-kuritur tal-vagun u nizel it-targiet biex jilhaq lil missieru li kien qed jistennieh biex iwasslu d-dar bil-karozza .  Izda dak in-nhar l-isfortuna donna kienet qed tigri warajh.  Sewwa jghidu li fuq tlieta toqghod il-borma.  Kien jonqos l-ahhar sfortuna.  Kif mess l-art wahda mill-bagalji nfethitlu u l-hwejjeg ta’ go fiha kollha xterdu fl-art. Xi uhud minnhom li kien xtara ghal-hutu,  waqghu fuq il-linji tat-train.   Beza’ jinzel ghalihom  ghax sthajjel li t-train tibda’ timxi u thaxknu . Kien haseb tajjeb.  It-train bdiet mixja u bir-roti kbar tal-hadid sahqitlhomlu u saru hjut wahedhom. Ma baqghux jintgharfu li xi darba kienu hwejjeg.  Ma stajtx nara aktar lil Antonio.  L-istazzjon ghab warajja.  Fi ftit aktar minn ghoxrin minuti ohra kont ser nasal Cascia.


Make a free website with Yola