jesusandmary

 

IL-HSAD TAT -TAMA

 

 Malli Jack ghalaq it-tlieta u ghoxrin sena,  halla  daru biex isib xortih fl-art ta’ l-Awstralja . Kien ghalxejn il-biki u t-talb bla heda li ommu kienet ittennilu biex jibqa’ jghix maghhom u jaqla’ il-hobzna ta’ kuljum hekk kif jibghatilhom Alla.  Webbes rasu u telaq.  Qatt ma naqas li ta’ kull hmistax jiktbilhom lura u jtihom ahbaru.  Jack qaghad bil-ghaqal f’din it-tieni art tieghu u sab xortih.  Ta’ kull xahar kien jitwi xi dollari, jahbihom qalb il-karti ta’ l-ittri u jibghathom lil ommu.  Bejn il-hidma ta’ l-gharaq ta’ gbinu u  sagrificcji ohra li kien jaghmel irnexxilu jgemma kemxa gmielha u biha xtara bicca art halli jahdimha u minnha jaqla’ l-ghexien tieghu.  Jum wiehed kiteb lil ommu u talabha biex flimkien maz-zewg hutu bniet jitilghu joqoghdu mieghu. Ommu ma riditx, xtaqet tmut fejn twieldet u tindifen hdejn zewgha.  Izda uliedha ghamlulha hafna kuragg u fl-ahhar telqulha lejn l-Awstralja.

 

Julia u z-zewgt uliedha ntasbu fuq il-gverta tal-vapur b’harsa fissa lejn art twelidhom li kull ma tmur kienet qed tisfoka u tintefa’ aktar mal-vapur jitbieghed u jitbieghed ‘l boghod.  Kienu jghixu f’rahal agrikolu lejn it-tramuntana ta’ l-Irlanda. Xoghlhom kienu bdiewa. Ftit djar imdawra mal-knisja u l-palazz tas-sindku u hafna irzizet imxerda ‘l hawn u ‘l hemm fit-truf tar-rahal. Ir-razzet taghhom kien ‘l boghod mic-centru tar-rahal izda mdellel mill-abbazija tal-Benedittini.  Il-familja Greene qatt ma kellha arlogg id-dar.  Ma kellhomx bzonnu.  Id-daqq tal-qniepen tal-kunvent kienu jirregolawlhom hajjithom. Ghaliex hallew l-Irlanda u marru gewwa l-Awstralja hadd ma jaf.  Xi uhud hasbu li il-hsad mill-ghalqa zghira taghhom kien fqir wisq  jew inkella riedu jittantaw xortihom gewwa l-Awstralja  biex jistghanew.  Meta l-Irlanda ghebet bejn sema u ilma, gabru  hsibijiethom u riedu jharsu ‘l quddiem. Issa x-xewqa taghhom kienet li l-omm tinghaqad ma’ binha. Kellha seba’ mitt sena li barra li tara lil binha tiltaqgha ma’ martu.  Jack kien izzewweg lil Eleonora, bint taljan emigrant.  Eleonora kienet tfajla bil-ghaqal u ghenet hafna lil Jack biex jakkwista dak li kellu. Il-bniet kellhom xewqa kbira li jiltaqghu ma’ huhom. Jack ried jaqsam gidu mal-familja tieghu.

 

Ommu u hutu stghagbu mhux ftit kemm fortuna kienet l-Awstralja ghal binhom.. Fuq il-bicca art li Jack kien xtara bena dar ghalih u ghal familja tieghu. Il-familja Greene malajr sabet postha f’din l-art gdida taghhom. Kienu nies hawtiela u b’zewg pari idejn ohra fuq ix-xoghol, ir-razzett kien success kbir.  Il-girien  kienu jhobbuhom hafna, hlief ghal wiehed jismu Lucio li kien jghir ghalihom u qatt ma qata’ figura sabiha ma’ ta’ madwaru. It-tort kien kollu tieghu ghax hinu kien jahlih fix-xalar, divertiment u loghob.

 

Kellhom xoghol bir-radam xi jwettqu . L-ghaqda fil-familja Greene kienet l-ghaxqa tal-girien . Kienu jhobbu lil xulxin.  Kollox mexa’ sew sakemm l-ghira hakmet lil Lucio.  Is-success tal-familja Greene kien jifnih u meta kien jinfena’ kien jaghtiha ghax-xorb. Jum wiehed tant infena’ go fih li halef li jeqridilhom ir-razzett. Haseb lejl u nhar fik ser jasal ghat-tir tieghu. Fl-ahhar fassal pjan.

 

Fil-bidu ta’ l-istagun meta Jack  mar ibexxex il-prodotti ta’ l-ghelieqi qatt ma ghaddielu minn mohhu x’kien gara. Fit-tankijiet ta’ l-isprej kellu tahlita ta’ velenu u bexx.  Fis-satra tal-lejl Lucio ghamel dan. Fi zmien gimghatejn il-prodotti kollha fl-ghelieqi tal-familja Greene kienu ser jithassru u jmutu.

 

Jack ra dan kollu jigri taht ghajnejh. Il-frott ta’ l-art beda’ jisfar u jmut. Ma setghax jifhem x’gara. Imma l-hsieb li ma kienx ser ikollu x’jbiegh kien jinkwetah.  L-uniku tama tieghu kienet li kellu ikel bizzejjed ghalih u ghall-familja tieghu.  “Imma ghaliex il-frott kollu spiccali,” beda’ jahseb bejnu u bejn ruhu waqt li kien jitnikker madwar l-ghalqa. Kien cert li bexxex sew. L-insetti ma setghux jaghmlu dik il-hsara fi zmien hekk qasir. Dahal fil-ghorfa fejn kien izomm l-ghodda  u ezamina it-tankijiet. Kellu twegiba mill-ewwel ghad-diffikuta’ tieghu. Kollox kien risultat tal-velenu.

 

Iz-zmien beda ghaddej u l-Greenes fehemu li kienu ser jitilfu l-prodott kollu. Kellu sebat ihluq x’jitma u l-bzonnijiet tal-hajja kienu jiswew il-flus.

 

Lejla wahda malli il-familja Green spiccat ir-Ruzarju, instema’ ghajjat kbir. Bdiet tintalab l-ghajnuna.  Ilkoll hargu biex jaghtu daqqa t’id.  L-ghorfa ta’ Lucio fejn kellu t-tiben u l-annimali  kienet fjamma wahda. Lucio flimkien ma’ uliedu kienu qed jippruvaw kontra kull tama li jitfu n-nar. Izda ziffa hafifa kienet qed tghin biex in-nar ikompli jinfirex.

 

 

B’ordni u kalma kbira l-familja Greene organizzat filliera ta’ nies biex jghaddu l-ilma mill-bir taghhom minn id ghal ohra. Bi tbatija kbira tfew in-nar u ghalkemm l-ghorfa tista’ tghid kellha timbena mill-gdid, l-annimali gew salvati. Il-hsara kienet kbira izda l-kontroll immedjat naqqas hafna minn hsarat akbar li setghu graw.

 

Lucio hassha go fih. Il-hazen tieghu tpatta bit-tajjeb. Jack ghenu biex ma jsofrix danni. Ma kellux kliem biex jirringrazzjah. Resaq lejh u qallu, “ Jack grazzi.”

 

Jack pogga idejh fuq spallejn Lucio u qallu, “Issa l-lejl dahal sewwa. Ghamilna li stajna. Il-lejl it-tajjeb.”  Dak il-messag kien ghalih bhal daqqa ta’ stallet f’qalbu. Lejl tajjeb kien ghalih ghax bil-ghajnuna ta’ Jack salva minn danni akbar, izda Jack tilef kollox.

 

L-ghada filghodu  Jack dawwar il-hsieb tieghu fuq il-falliment tal-hsad. Kull jum Jack kien idur l-ghelieqi tieghu jigbor pjanta marida u taht ghajnejh jaraha titfarrak f’idejh. Julia, kienet titnikket tarah inkwetat minghajr ma tista’ tghinu. Jum wiehed qabel Jack telaq lejn l-ghalqa ommu resqet lejh u tajtu medalja ta’ San Benedittu. Ghaliha dan il-bniedem kien qaddis kbir u tieghu kienet devota hafna. Qaltlu biex jizra’ l-medalja fil-hamrija  u jitlob. Binha ghamel it-tnejn.

 

Minkejja li l-ghelieqi baqghu vojta hlief ghal pjanti mejta u fjuri selvaggi bla ebda siwi, Julia baqghet titlob bla ma qaghtet qalbha. Is-sajf wasal lejn tmiemu u Jack flimkien mal-bqija tal-familja kien jaf li ghal dik is-sena frott ma kienx ser ikun hemm.  Qorbot il-harifa.  Julia mghejjuna bil-bastun f’id wahda u bil-kuruna tar-rusarju fl-id l-ohra, marret fil-ghalqa  u qaghtet ftit fjuri selvaggi. Poggiet il-bukket tal-fjuri f’qoffa zghira u regghet lura lejn id-dar. Resqet lejn binha u qaltlu, “ Dawn huwa l-hsad ghal din is-sena.”   Hadd ma fehemha. Izda meta filghaxija l-familja ingabret ghac-cena, Julia spjegatilhom il-pjan taghha. 

 

Filghodu ghazlet il-fjuri l-aktar sbieh u bdiet tippresshom bejn il-kotba. Sakemm jghaddi il-process li l-fjuri jinxfu Julia flimkien ma’ uliedha u Eleonora kienu jqattghu pulit il-kartoncin  li kienu jitwu f’forma ta’ ktieb. Fuq in-naha ta’ barra kienu jpingu disinn u jwahhlu il-fjuri f’nofsu. Fuq gewwa kienu jwahhlu xbiha tat-twelid ta’ Gesu b’xi awgurju jew messag nisrani mehud mill-bibbja. Xi uhud mill-kartolini kellhom xi talba, ohrajn versi mis-Salmi.

 

U hekk komplew jaghmlu dan ix-xoghol sakemm kellhom hazna tajba. Il-Milied kien riesaq gmielu, qalbet l-ewwel gimgha ta’ Novembru, u dawn il-kartolini kienu ser jinbieghu fl-isgtess zmien li jsir il-hsad mill-ghelieqi.

 

Eleonora flimkien ma’ hut ir-ragel hadu xi uhud minn dawn il-kartolini l-ewwel lil-kappillan, imbaghad lis-Sorijiet ta’ l-iskola u fl-ahhar fil-bazaar tar-rahal. Il-kartolini kienu success kbir ghas-sbuhija taghhom u l-originalita’. Il-kappillan , is-sorijiet u l-merkant tal-bazaar hadu bil-gzuz u dik is-sena l-kartolini tal-Milied imbieghu bhal pastizzi f’festa ta’ rahal.  Id-domanda kienet wahda kbira.

 

Jack assigura lil familja tieghu li bil-hila ta’ l-idea ta’ ommu dahhlu hafna flus, tant li kien bizzejjed biex dawn iservuhom sas-sajf.  Fir-rebbiegha ikun jista’ jizra’ mill-gdid il-frott fl-ghelieqi tieghu u jkomplu bil-hidma taghhom.  Jack halef li jkattar il-fidi tieghu f’San Benedittu .

 

Meta waslet in-Novena tal-Milied Julia resqet fuq binha u taghtu envelope. “X’inhu dan ma?” staqsieha kollu kurzita’.

 

 “Kartolina tal-Milied,” wegbitu minnufih.

 

“Xi hadd ordnaha?”

 

“Le hadd ibni. Irridek tibghatha d-dar.”

 

“Id-dar?,” staqsa mistghageb binha.

 

“Iva, id-dar. Lil patrijiet ta’ l-Abazija fl-Irlanda.”

 

Binha tbissem u wrieha li ser jaghmel kif xtaqet hi.

 

Fil-qieh ta’ qalbu radd hajr lil Alla ghall-kuragg t’ommu u l-intercessjoni ta’ San Benedittu.

 

Make a free website with Yola