jesusandmary

 IX-XITAN JOGHROK IDEJH.



Ta’ 24 sena Miriam  hadet lawrja universitarja u sabet tahdem bhala uficcjal ghar- relazzjoniet pubblici ma’ Bank Amerikan maghruf. Izzewget lil Marcus li kien kollegga taghha fl-istess Universita’ jistudja l-kompjuters. Huwa jaqlaghha tajjeb ma’ ditta f’Wall Street.  

Ghall-bidu tal-hajja mizzewga l-attendenza fil-knisja kienet wahda regolari.  Imma billi kienu mhabbtin wisq bix-xoghol, bdew jaqghtu bil-ftit il-ftit u birdu. Issa tista’ tghid li saru kattolici mhux prattikanti.

Miriam kienet thossha mbarazzanti bl-imgieba stramba ta’ zewgha. Kien ipejjep bla waqfien u jwaddab it-trufijiet mahruqa tas-sigaretti taht l-ghamara. Bla ma tgerger, martu kienet tnaddaf warajh. L-ikel tieghu kien bla hin.  Ftit tal-jiem ilu waqaf iqaxxar il-lehja biex tikbirlu l-baffi. Go rasu jitfa’ berritta sewda biex kif jghid hu jixbah lil Che Guevara. Kemm –il darba martu wissietu biex igib ruhu ta’ l-eta’ tieghu billi mhux kull moda kienet tixraqlu, izda minn widna jidhol u mill-ohra johrog.

Miriam kienet mistiedna ma’ zewgha ghal ikla gewwa restorant minn bankier zaghzugh li kien kollegga taghha. Billi Marcus kellu xi xoghol importanti x’jispicca, ftiehem ma’ martu li jasal xi ftit tard.  Izda dak il-ftit tard fisser siegha. Marcus wasal siegha tard, liebes l-uniformi ta’ Che. Miriam xtaqet l-art tiblaghha u aktar sthat meta l-ghada l-bankier staqsieha fejn kienet iltaqghet ma’ zewgha.

 “Tifhimnix hazin,” qalilha l-bankier b’mod simpatiku, “ Huwa bniedem minn taghna, pero’ mhux dak li kont qed nistenna. Fejn kontu iltqajtu?”

“Fil-kullegg,” wegibtu b’indifferenza filwaqt li go fiha kienet qed taqbad.

Meta marru lura d-dar qaltlu li d-dehra tieghu l-jum ta’ qabel ma tantx halliet impressjoni tajba fuq il-kollega taghha tal-bank. Argumentaw xi ftit u li kieku ma kienitx telefonata li qatghet qasir il-botta u risposta bejnithom kienu jibqghu sejrin biha u ma nafx kif kienu jispiccaw. 

It-telefonata kienet wahda qasira ghal Marcus. Zitu nfurmatu li zijuh Steve kien miet fid-dar ta’ l-anzjani. Huwa kien wasal lura d-dar mill-Vjetman imma l-hajja li ghadda hemm harbtitu billi qatt ma seta’ jsib serhan.  Sas-sena 1980 kien meqjus bhala ta’ periklu ghalih nnifsu u ghal ta’ madwaru.  Kien ihobb jonghos bis-sigaretti mixghula bejn subghajh u meta ghalaq is-60 sena miet.

L-unici nies prezenti ghall-funeral ta’ Steve kienu omm Marcus, u missieru flimkien maz-zewg hutu l-ohra. Il-kappillan tad-dar ta’ l-anzjani mexxa’ ic-ceremonja tal-funeral u d-difna. Ma naqasx li Marcus u martu Miriam jmorru jaghtuh l-ahhar tislima. Is-silenzju tac-cimiterju kien miksur mill-ilfieq tal-membri tal-familja waqt li t-tebut kien niezel bil-mod fil-qabar. Miriam qatghet fjura mill-bukket tal-fjuri li kienu gabu maghhom biex iqeghduh fuq il-qabar u xehtitha fuq it-tebut huwa u niezel ‘l-isfel fil-qiegh ta’ l-art. Imbaghad id-deffiena ghalqu il-qabar bil-kapitelli u kollox rega’ lura ghal li kien.

Miriam resqet fuq il-kappillan u haditlu b’idejh b’sinjal ta’ radd il-hajr ghas-servizz li tahom.  

“Grazzi, Father,” qaltlu Miriam.

“Nassumi li inti kattolika?,” qalilha is-sacerdot hekk kif kulhadd beda’ triqtu ‘l barra mic-cimiterju.

“Er, iva,” wegbitu kemmxejn imhawda Miriam, ”il-familja tieghi, iva.”

“U inti?,” staqsieha il-kappillan.

“Jiena, er,” laqalqet Miriam.” Biex nghidlek il-verita’ ma nafx precizament x’jien. Kull ma naf hu li dan il-pass mhux it-tmiem tal-hajja,” qaltlu filwaqt li b’subghajha wrietu l-oqbra ta’ madwar.

“Nixtieq li kullhadd ikun perswaz minn dan bhalma inti int,” qalilha gentilment. “Ifisser dan li inti temmen f’Alla?

 Miriam waqfet tahseb ghall-mument qabel wiegbet.

“Ahna ilkoll inhobbu,” wiegbet bil-ghaqal Miriam,”il-bniedem ihobb minn natura tieghu, qieghda fih.”

Il-kappillan nizel rasu darba darbtejn biex juriha li jaqbel maghha u qalilha: “ Dik l-imhabba giet minghand xi Hadd, li zera’ fina l-imhabba ghax hu l-istess Imhabba. U jekk Alla jhobbna ghaliex il-bniedem jabbanduna din l-ghajn ta’ imhabba li hija is-sors ta’ l-ghexien?”

Marcus u l-familja tieghu mehdija fi qsim il-qalb ma semghux il-konversazzjoni bejn Miriam u l-kappillan.

Kulhadd telaq ghar-rasu fil-bieb tac-cimiterju. Marcus wassal lil martu Miriam id-dar u kompla triqtu ghax qalilha : “Ghandi xi affarijiet x’inlesti fuq ix-xoghol u rrid nehles minnhom.”

Il-konversazzjoni li kellha mal-kappillan tad-dar ta’ l-anzjani halliet impressjoni kbira fuq Miriam. U biex tikseb ftit tad-distrazzjoni harget ‘l  barra. Fi triqtha ghaddiet minn quddiem knisja  u dahlet toqghod bilqieghda. Hekk kif ghalqet il-bieb warajha Miriam setghet ixxomm ir-riha ta’ l-incens.  Fuq l-artal fit-tarf tan-navata ta’ din il-knsija gotika tad-19 il-seklu, Miriam lemhet sacerdot liebes ilbies liturgiku.  Kellu jghinuh zewg abbatini zaghzagh li wiehed minnhom kien qed ixengel censier lejn kongregazzjoni ta’ madwar 30 ruh. U vuci sabiha kienet qed tkanta innu ta’ tifhir bi stil gregorjan.

Meta harset madwarha rat dawl mixghul fuq konfessjonarju li fih kien hemm qassis mohbi wara purtiera . Miriam marret inxtehtet gharkubtejha u qalet: “Father jiddispjacini.” Imbaghad infaqghet tikbi.

“Ma jimporta xejn, binti,” semghet vuci simpatika tghidilha minn wara l-grada tal-konfessjonarju.” Hu z-zmien tieghek kollu biex tibda’. Ghagla ma ghandix.”

Meta giet f’taghha u setghet titkellem, Miriam stqarret dak kollu li ghal zmien twil kien qed jghakkisha u jtellfilha l-paci bla ma kienet qed tinduna.

“Inti maqbuda fix-xibka tad-dnub. Taf x’irrid infisser b’dan?”, qalilha s-sacerdot. 

“Le .Ma fhimtx.”

“Dnub igib dnub.  Ghaliex ix-xitan – nahseb li inti temmen fih? Jiena nemmen fih. Ghaliex ix-xitan irid jaghmel minna bnedmin mizerabbli, bla tama. Fina jrid jizra’ id-disperazzjoni. U hekk, ikun jista’ jaghmel ix-xoghol tieghu mahmug b’mod l-aktar hafif.  Jekk inehhu kull tama ahna nsiru miftuha ghal kull hazen. U nibqghu sejrin hekk, minn haga ghal ohra.”

“Issa fhimtek xi trid tghid, Father,” qaltu Miriam.

“U hawn nigu ghal zewgek. Zewgek gej minn familja li hija rrabjata ma’ Alla. U allura ma jemmnux fih. Korrett jiena? Taqbel mieghi?,” tenna s-sacerdot.

“Iva,” wegbitu lura Miriam.

“Din hi haga perikoluza hafna, binti. Ghax il-qalb iebsa taghlaq kull tieqa ghall-lehen ta’ Alla. F’dinja bhal taghna l-lum haga bhal din tressqek lejn id-droga ghax fiha jahseb li ser isib dak li jonqos fih.  Imma pass bhal dan igib il-qerda.”

Miriam affermat dak li qalilha s-sacerdot.

“Din hija sitwazzjoni fejn ix-xitan qed joghrok idejh bil-ferh. Qed jizfen bil-ferh ghax zewgek ghazel id-disperazzjoni u inti, b’Alla u minghajru , xorta wahda.”

Ghal Miriam din is-sitwazzjoni kienet wahda terribbli.

“Tahseb li inti tista’ tghin lil zewgek?”

“Nghidlek il-verita’ hsibt fuq hekk u t-twegiba tieghi hija le. Li jiena nezisti ma taghmillux differenza. Jiena qieghdha hemm biex ingib l-flus id-dar u nzommu lil darna nadifa ghalkemm ma jaghtix kaz ta’ hekk.”

Irrakontatlu meta isib it-trufijiet tas-sigaretti taht l-ghamara.

“Hmm. Hajtek tista’ tkun fil-periklu,” avzaha s-sacerdot u kompla meta ra l-bocca qrib il-likk, ” Ruhu ukoll hija fil-periklu u x-xitan jinsab kuntent b’xoghlu.”

“Imma trid taf xi haga ohra, x’nahseb jien? Li x-xitan ma kienx kuntent li jarak qrib il-qabar billi dan kien l-ewwel pass biex tikkoregi ruhek. Din hija l-ewwel grazzja ta’ Alla li qed isejjahlek biex ma taqghax fil-qabar u tispicca ghal dejjem fit-telfien,” widdibha l-konfessur.”Din hija l-fidi li tigi ghandna b’xejn minn Alla.”

Il-konfessur ried isammar l-ahhar musmar. Qalilha: “ Inti gejt titkellem mar-ragel ta’ Alla. Infakkrek li Gesu’ qalilna li hu t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja. U qalilna aktar. Hadd ma jigi ghand il-Missier jekk mhux permezz tieghi. Aghzel inti – il-hajja jew il-Mewt.”

Miriam minghajr ma qaghdet tahsibha qaltlu: “Jiena naghzel il-Hajja.”

“L-ghazla tieghek hija wahda tajba u gusta.”

“Issa, binti, kun af, li hawn ma jieqafx kollox.  Ix-xitan mhux ser jistrieh, ma hux ser jaghti ruhu b’mirbuh.  Issa inti trid tibqa’ taghmel ghazla wara l-ohra sakemm jasal tmiem hajtek.”

Fl-ahhar taha l-assoluzzjoni.

Miriam hasset ruhha hafifa, it-toqol li kien itaqqalha gheb u harget mill-konfessjonarju b’qalb safja. Ghazlet u ghamlet l-ahjar ghazla.  Ix-xitan ma kienx baqghalu setgha fuq hajjitha.

Issa hi kienet fi gwerra mieghu.

Kienet taf li l-konfessonarju kien l-uniku post fid-dinja li fih setghet issib il-verita’

U l-verita’ helsitha.



Make a free website with Yola