jesusandmary

 KOLLNI  TIEGHEK.


Anqas hadd ma kien johlom li Andew ghad isir zaghzugh hekk popolari.  Fi tfulitu kien xi ftit jew wisq misthi u qatt ma kellu cirku ta’ hbieb wieghsa. Kien gej minn familja tat-tajjeb u ommu u missieru meta kienu jarawh hekk imgerrex mill-kumpanija kienu jimbuttawh biex jithallat man-nies.

Il-genituri tieghu baghtuh f’kullegg tal-patrijiet Gizwiti biex jiehu l-edukazzjoni tieghu minn ghandom.  It-taghlim bidillu l-karattru tieghu u sar aktar socjevoli.  Bil-partecipazzjoni tieghu f’hafna attivitajiet socjali kien iferrah u jqajjem l-okazzjoni ghal-altezza  taghha.

Iz-zmien itir u ma jistenna lil hadd.  Iz-zaghzugh kien il-mira ta’ hafna tfajliet li xtaqu jithabbu mieghu bit-tama li jum wiehed ikun ir-ragel taghhom.  Izda Andrew kien mohh ir-rih jiggerra ‘l hawn u ‘l hemm jixxala kemm jiflah. Ma ried jintrabat ma hadd.

F’gheluq l-ghoxrin sena tieghu, il-genituri tieghu ghamlulu festa kbira li ghaliha stieden lil hbiebu kollha. Damu jiddevertu sas-saghtejn ta’ filghodu fil-gnien tal-villa tieghu. Meta rtira fil-kamra tas-sodda tieghu n-nghas kien tarlu u minn mohhu kienu ghaddejjin hsibijiet li bdew idejquh.  Tefa’ harstu fuq il-kurcifiss li kellu imdendel fuq is-sodda tieghu u hsibijietu intensifikaw .  Fl-ahhar meta ma setax isib risposta, iffissa harstu lejn Gesu’ mislub u qallu, “ Mulej erga’ cempel.”  Intefa’ minn tulu fuq is-sodda bil-hwejjeg ta’ fuqu u ntilef fin-nghas.

Meta qam filghodu, ir-raggi tax-xemx kienu diga’ dahlu gmielhom fil-kamra tieghu u malli lahqulu wiccu qajmuh.  Il-hsibijiet tal-lejl regghu feggew quddiemu.  “Mulej ma tafx li jiena ma nhiex tajjeb biex naqdik. Nilbes l-iswed idejjaqni, nghix wahdi nibza.  Imbaghad kif nista’ nasal biex ma nithallatx mat-tfajliet?  Trid sagrificcju kbir u dan ma jghoddx ghalija.  Imtajjar wisq fil-pjaciri tal-hajja u nhossok li qed titlobni biex nerfa’ salib li ma niflahx ghalih.  Fittex lil haddiehor Mulej.”

Andrew ried jahrab mill-istedina tal-Mulej. “ Ma tafx li t-targa tal-knisja ma niekohliex Mulej.”  Ma’ dan il-kliem Andrew libes malajr, nizel ha kolazzjon u telaq il-barra jfittex il-hbieb ghax dak il-jum kien Jum il-Hadd.  Izda ma sab lil hadd ma’ wiccu. Rega’ lura d-dar u ha l-karozza li missieru kien irregalalu f’gheluq it-tmintax -il sena. Gibed lejn il-kampanja kif s-soltu kien jaghmel u hekk kif dar bil-karozza mal-kantuniera jitfacca quddiemu kartellun bi stampa ta’ Gesu’ jistaqsi, “ Inti tinsab fit-triq it-tajba?”

Waqaf fil-gemb u tefa’ rasu bejn idejh u qaghad jahseb.  “Ili tant nghaddi minn hawn u narah, qatt ma ghamel impressjoni fuqi daqshekk,” qal bejnu u bejn ruhu. “Mulej quddiemek ghandek il-persuna zbaljata. Tini sinjal u ntik risposta.” Saq lura lejn id-dar.

Meta wasal id-dar ha ahbar li qatt ma stenna.  Habibu Ludvic waqa’ u miet f’daqqa. Din l-ahbar waslitu biex jghaddi sal -knisja u hemm jaqdi dmiru f’Jum il-Hadd.  Waqt li kien gharkubtejh il-lehen ta’ go fih qallu, “Andrew iddeciedi.  Ili hafna nhabbatlek u dejjem thallini barra nistenna.  Dahhalni gewwa.”  

“Mulej jiena tieghek. Aghmel minni dak li trid.”


Make a free website with Yola