jesusandmary

 


IR-REBHA FUQ ID-DIEQA


Jeremy kien mitluq fuq is-sufan tas-salott bit-tazza tax-xorb f’idejh jixrob grokk wara l-iehor.  B’harsa 

cassa u mitlufa fil-boghod kien qed jara t-televisjoni mixghul fuq volum baxx. Ma kienx qed jifhem x’qed jara, imma basta fil-kamra, jikser dak is-skiet li kien waqa’ fid-dar tieghu minn xi hames xhur ‘l hawn, kien ikun hemm xi hoss. Dik id-dieqa ma felahx izjed ghaliha u taha ghax-xorb bit-tama li johrog mid-dieqa li hakmitu bit-telfa ta’ martu.

Waqt li kien qe jixrob biex iderri, ftakar meta iltaqa ma’ martu Alexia l-ewwel darba.  Kien mistieden ghal party tad-Diretturi tal-kumpanija flimkien ma’ Jesmond meta ghajnejh iltaqghu ma’ dawk ta’ Alexia. Taghtu harsa helwa bhallikieku riedet tfisser li ghandha pjacir bil-kumpanija tieghu.  Qatt ma kienu raw lil xulxin ghalkemm Alexia kienet rat kemm-il-darba korrispondenza taht il-firma tieghu.

“Jesmond, min hi dik it-tfajla liebsa ilbies twil kulur car?  Hemm qieghda titkellem ma’ dik darha lejna, qeghdin hdejn il-bieb ,” staqsa Jeremy.  Alexia kellha madwar sbatax-il-sena,  twila, b’xaghar dehbi twil mitluq pulit fuq spallejha.

“Dik is-segretarja tas-Sur Micallef wiehed mid-Diretturi tal-kumpanija. Thajjart tizfen xi wahda maghha?” nibxu Jesmond.

“Kieku mhux xi haga hazina.  Fejn ser niltaqa’ ma’ okazzjoni sabiha bhal din?  Imma ma ghandix kunfidenza maghha.  Ma nafhiex?  Kieku......” stqarr Jeremy.

“Fhimtek,” qallu Jesmond.  “Ejja nintroducik maghhom. It-tnejn nafhom. Alexia ghalik u Joann ghalija.”

Wara li hadu b’idejn xulxin, kienet Alexia li fethet il-konversjoni.  Ghal Jeremey kien qisu nehha xi piz minn fuq l-istonku tieghu meta ra li Alexia kienet hi li bdiet titkellem.  Ma kienx jaf x’sejjer jghid.

“ Min jaf kemm nara korrispondenza tieghek Sur Jeremy.  Issa li ghamilt konoxxenza tieghek, inkun nista nifhem aktar min hu wara dik il-kitba.”, qaltu Alexia.

“Innehhu kull formalita’ u sejjahli b’ismi. Joghgbok tizfen mieghi?”

“Isbah din, niehu gost.”, qaltlu Alexia. 

Wara li zifnu wiehed mill-”waltzs” ta’ Strauss, marru mal-mejda u ordnaw xi xorb u ikel.  Bil-platt f’idejhom hargu fil-gnien ghal arja friska tar-rebbiegha ‘l boghod mid-dahna u l-gheluq tas-sala u bilqieghda fuq bank tal-gebel tkellmu fuq hafna hwejjeg.  Insew in-nies tas-sala u mitlufin f’interess lejn xulxin tkellmu fuq il-familji taghhom, fuqhom infushom u hwejjeg ohra.  

Il-hin kien dahal gmielu u Joann ghamlet sinjal lil habibtha biex jitilqu.  “Jekk trid li nwasslkom id-dar jiena, ghandi l-karozza fil-qrib.”

Alexia rringrazzjatu, izda qaltu li ser twassalha l-habiba taghha Joann.  

“Qabel titlaq, Alexia nerga narak?” talabha Jeremey.

“Jekk trid?  Fejn?”, staqsietu Alexia.

U din ix-xrara ta’ interess kibret f’imhabba sa ma fl-ahhar lahqet il-quccata taghha fuq l-artal meta wieghdu lil xulxin imhabbithom fil-gid u fid-deni.

Kienet il-familja idejali, imma b’daqshekk ma jfissirx li ma kellhomx il-problemi taghhom.  Kienu jiehdu pacenzja bin-nuqqasijiet ta’ xulxin, jaghdru u jahfru wiehed lil ohra.  Izda li wara erba’ snin ta’ zwieg kien ghad ma kellhomx tfal kienet tifnihom wisq.  Marru ghand hafna tobba li lkoll qalulhom li ghalkemm ma kien hemm ebda nuqqas kienet in-natura li trid  taqtalhom xewqthom.  Kollha tawhom il-parir biex jghixu hajja trankwilla u xi vakanza barra minn Malta zgur li taghmel wisq gid.  Fl-ahhar iddecidew li jmorru jqattghu hmistax Spanja.  Kien ahjar li ma marru xejn ghax waqt il-btala Alexia mietet f’incident tat-traffiku.  Laqatha mutur waqt li kienet qed taqsam it-triq. 

“Hadtha Spanja hajja u gibtha lura mejta”, haseb bejnu u bejn ruhu Jeremy. U dlonk gelgel aktar whisky sa ma zvojta l-flixkun kollu.

Ohtu Margerita spiss kienet twissih li dak il-mod ma kienx ser isolvi l-problema izda li jidhol f’wahda aktar serja. Meta rat li huha kien ilu ma jcempel xi tlett ijiem,  marret id-dar tieghu biex tara xi gralu.  Fethet il-bieb u ratu mixhut fuq is-sufan mitluq qisu ghal mejjet b’riha ta’ xorb taqsam fuq.  

“Jeremy, Jeremy qed tismaghni?, staqsiehu Margerita.

“Iva. Ghandi rasi trid tinqasam bl-ugieh.”

“Issa ixrob ftit kafe u ejja d-dar tieghi ghal jumejn sa ma terga tigi f’tieghek.  U m’hemmx xorb izjed.”, ordnatlu Margerita ghalkemm kienet taf fil-qiegh ta’ qalbha li l-wieghda tieghu kien kollu kliem fieragh. Wasslitu bil-karozza taghha sa darha u hemm qatta’ jumejn fil-kwiet sa ma ghaddielu.  Imbaghad rega rritorna lejn daru.  Kif dahal qabduh dwejjaq kbar.  Kollox beda jfakkru f’martu Alexia.  Ir-ritratti taghha imxerrda ‘l hawn u ‘l hinn fuq l-bcejjec ta’ l-ghamara, l-kamra zghira fejn Alexia kienet tghaddi bicca mill- hin taghha thit u tghaddi hwejjeghom u elf haga ohra. Meta ra hekk hareg dawra bil-karozza tieghu lejn in-naha ta’ fuq ta’ Malta biex hekk ittajjar xi ftit il-hsibijiet li kienu jkiddu wisq u li hu kien ghadu ma accettax.

Mitluf kif kien fi hsibijietu bla ma ried u kien jaf kif, saqajh haduh lejn hanut tax-xorb  Hemm ta mill-gdid ghax-xorb.  U xorob bil-goff.  Hareg jixxengel u qabad isuq.  Meta wasal lejn Burmarrad immagina li mill-boghod ra lil Alexia qed tistennieh fuq l-istage. Saq kemm felah li ma tmurx ma tarahx u tirkeb ma’ xi karozza tal-linja u b’hekk jitlifha.  Rega’ sabha mill-gdid.  Sidru intelaq b’nifs gdid.  Izda qalja ra li fin-nofs tat-triq kien hemm hofra gmielha u bla ma ra ghadda minn go fiha.  Tilef kull kontroll li kellu fuq il-vettura u baqa’ diehel go l-istage. Imm’alla ma kien hekk ebda passiggier jistenna ghax kieku kien jotqlu bla ebda dubju.  Il-karozza ta’ Jeremy garrbet hsara kbira meta l-gebel ta’ l-istage waqa’ kollu fuqha.

Il-sewwieqa li intertaw li dak il-hin kienu ghaddejjin minn dawk l-inhawi riedu jaghtu l-ewwel ghajnuna, izda ma setghux johorgu lil Jeremy mill-karozza.  Cemplu lil pulizija u lil ambulanza li waslu fuq il-post tad-disgrazzja fl-iqsar zmien possibbli. 

Margerita nhasdet meta ghat-tahbit tal-bieb rat quddiemha pulizija li talabha tmur mieghu l-isptar. “Huk kellu daqsxejn ta’ incident.  Ejja nwasslek sa l-isptar.”  Ghalxejn ipprova issabbarha, Margerita tilfet kull tama li tarah haj.  It-tobba qalulha li jridu jghaddu tmienja u erbghin siegha ohra qabel ma jikkonfermaw li Jeremey ghaddha mill-periklu tal-mewt.  Kemm talb u kemm wieghdi ghamlet Margerit biex l-uniku huha jaqleb ghal ahjar.

Meta gimgha wara gie ghal kollox f’tieghu talab li ohtu biex taghmillu appuntament ma’ l-ghaqda li tispecjalizza fil-fejqan tal-vizzju tax-xorb.  Kien zmien iebes li minnu ried jghaddi biex ifieq izda issa kellu rieda ta’ l-azzar biex ifieq.  Il-kbir kien ghaddha u rega’ bniedem ghan-normal jmur ix-xoghol bla ma jfalli ghal xejn b’xejn.  Ghaddha minn esperjenza qarsa u ried li l-hin liberu tieghu jaqsmu ma' dawk li huma mahkumin mill-istess vizzju li kellu. 


Make a free website with Yola